Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/598353
12 illum | Il-Ħadd 08 ta' Novembru 2015 Il-ħajja wara l-mewt skont reliġjonijiet differenti minn Veronica Lynn Mizzi Fil-Funerali li jkollna, dejjem imdorrijin naraw l-istess affarijiet. il-qraba u l-ħbieb jaslu l-knisja, lebsin l-iswed, jieħdu posthom fuq il-bankijiet, jgħidu t-talb waqt il-quddies u forsi jxerrdu xi demgħa jew tnejn b'rispett lejn il-mejjet. imbagħad, wara purċissjoni bil-fjuri wara t-tebut, il- qraba jinġabru f 'serbut ta' karozzi suwed u jwasslu 'l-mejjet għall-aħħar vjaġġ tiegħu lejn iċ-ċimiterju, biex issirlu d-difna. Jiġifieri bejn wieħed u ieħor, naraw l-istess proċedura kull darba li nattendu għal funeral. Dan huwa l-istess għaliex fil-maġġoranza tagħna, nattendu għal funerali fi knejjes Kattoliċi, b'riti li għandhom fuqhom is-snin. Kulturi differenti għandhom diversi tradizzjonijiet dwar x'jiġri lill-persuna meta tkun ħallietna u wħud minn dawn it-tradizzjonijiet għandhom l-għeruq tagħhom fi żminijiet passati. Fl-Indonesja, il-funerali huma ċelebrazzjoni li tinvolv l-villaġġ sħiħ, fejn ġieli jdum għaddej anke ġimgħat. Il-familji hemmhekk idumu jaħdmu ħafna biex ikunu jistgħu jorganizzaw funeral kbir, u fih sa anke jiġi sagrifikat buflu għall- okkażjoni għaliex jemmnu li dan se jkun jista' jwassal lil ruħ il-mejjet lejn il- ħajja wara l-mewt. Fil-fatt, sakemm il-mejjet ikun jista' jingħaqad fil-ħajja ta' wara l-mewt, jirreferu għalih bħala 'l-marid' jew 'ir-rieqed'. F'dak iż–żmien, il-mejjet jibqa' jiġi mitmugħ u mnaddaf. Fil-Filippini, xi gruppi etniċi jagħttu għajnejn il-mejtin tagħhom u jħalluhom fejn l-entratura tad-dar, oħrajn jidfnuhom ġo zokk ta' siġra li ħafna drabi jkun għażel il- mejjet stess qabel imut. Bħal dawn it-tradizzjonijiet, hemm kemm trid, b'uħud minnhom ġejjin minn żminijiet pagani ta' eluf kbar ta' snin ilu. F'dan ix-xahar ta' Novembru li normalment huwa ddedikat għall-mejtin kollha fil- kultura tagħna, se nagħtu ħarsa lejn x'jemmnu li jiġri lill-bniedem ma' mewtu diversi reliġjonijiet. Minkejja li kull reliġjon għandha t-twemmin tagħha għal dak li jiġri lill-bniedem wara mewtu, hemm ħaġa li tgħaqqadhom kollha, u din hi li dak li jiġri lill-persuna meta tmut, huwa riżultat ta' kif għexet tul ħajjitha. Feature Trab kont imma mhux bilfors Ħindu Skritturi importanti tal-Ħindu jitkellmu sikwit dwar il-ħajja wara l-mewt. Fil-fatt, l-alla Krishna jgħid kif l-istess bħalma bniedem ibiddel il-ħwejjeġ l-antiki tiegħu biex jilbes ħwejjeġ ġodda, hekk ukoll ir-ruħ 'tarmi' l-ġisem l-antik tagħha u tilbes wieħed ġdid. Fil-Ħindu, it- tagħlim huwa li l-ġisem huwa sempliċiment il-qoxra ta' barra waqt li r-ruħ hija indistruttibbli u tieħu diversi ħajjiet f 'ċiklu ta' ħajja u mewt. Imbagħad finalment, meta jasal tmiem iċ-ċiklu li jissejjaħ 'Mukti', ir-ruħ tkun tista' toqgħod għal dejjem ma' alla. Fil-Ħindu, jeżisti l-alla tal-mewt, Yama, li jwassal lill-mibgħuta tiegħu sabiex jiġbru l-erwieħ mill-ġisem meta dawn ikunu waslu biex imutu. Dawn jieħdu r-ruħ lil Yama fejn ikollhom rekord ta' dak kollu li tkun għamlet persuna tul ħajjitha. Ir-ruħ, meta titlaq il-ġisem tivvjaġġa tul mina lejn in- nofsinhar, u fil-fatt, huwa għalhekk li titqiegħed lampa taż- żejt ħdejn ras il-mejjet, sabiex iddawwal din il-mina u r-ruħ tkun tista' tivvjaġġa. Il-Ħindu jemmnu fir- riinkarnazzjoni, fejn ir-ruħ, skont il-'Karma' jew dak li jkun għamel f 'ħajtu l-bniedem, terġa titwieled. Jekk bniedem ikun għamel 'Karmas' ħżiena, dan jitwieled f 'forom inferjuri bħal annimali, imma jerġa' jitwieled f 'persuna u f 'familja tajba jekk għex ħajja tajba fil-ħajja passata. Wara l-ħajjiet, ruħ tpatti għal dak li tkun għamlet fl-infern 'naraka' jew tgawdi fil-ġenna 'svarga'. Meta jintemm dan iż-żmien, ir-ruħ terġa' tintbagħat fid-dinja. Finalment, meta ruħ tkun laħqet l-ogħla livelli tar-ruħ, tkun laħqet in-'Nirvana'. Il-kunċett bażiku tal-'Karma' huwa li 'Dak li tiżra', taħsad. Familja Indoneżjana tat-Torojan mal-mejtin tagħha Il-kunċett ta' riinkarnazzjoni fir-reliġjoni Ħindu