Illum previous editions

ILLUM 08 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/598353

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 39

Il-Ħadd 08 ta' Novembru 2015 | illum 13 Feature bilfors trab terġa' ssir Kristjaneżmu Essenzjalment, ir-reliġjon Kristjana temmen li l-mewt hija l-bidu tal-ħajja li ma tintemmx, fejn il-mejjet jiċċaqlaq minn din id- dinja fiżika, għal ħajja wara l-mewt, b'ruħ il-mejjet tmur jew il-Ġenna, jew l-Infern, jew inkella fil-Purgatorju. It-twemmin huwa li wara l-mewt, ir-ruħ tal-bniedem tiġi ġġudikata skont kif kien għex ħajtu. Jekk tkun għext ħajja tajba, u fl-istess ħin tkun indimt mid-dnubiet li tkun għamilt tul ħajtek, tkun tista' titla' l-Ġenna. Jekk tkun għamlet dnubiet li ma nidmitx minnhom, tmur l-infern, li l-Lhud kienu jirreferu għalih bħala 'Gehenna', wara l-post fejn fih kienu jemmnu li huwa misħut minħabba li kienu jiġu ssagrifikati xi tfal. Min- naħa l-oħra, jekk ikun miet bi dnubiet venjali, il-Knisja Kattolika temmen li r-ruħ tmur il-Purgatorju sabiex tiġi purifikata qabel ma tkun tista' tmur il-Ġenna. Fl-istess twemmin, huwa mifhum li n-nies se jiġu ġġudikati f 'jum il-ġudizzju fil-futur meta Ġesù jerġa' jirritorna fid-dinja. Iżlam Fil-Quran, l-Iżlam jagħti deskrizzjoni dettaljata ta' kif inhi l-ħajja wara l-mewt, bil-ġenna tkun 'Jannah' u l-infern 'Jahannam'. Fil-fatt, hemm it-twemmin li sabiex persuna tkun kuntenta wara mewtha, irid ikollha livell għoli ta' 'Iman' jew fidi, li jiżdied grazzi għall-affarijiet tajba li wieħed jagħmel tul ħajtu. It-tagħlim tal- Iżlam idur mat-tifħir u qima lil Alla, li tkun ħanin man-nies u l-annimali ta' madwarek, fost l-oħrajn. Il-ħajja f 'din id-dinja, skont l-Iżlam, hija test għall-bniedem sabiex f 'mewtu jiġi deċiż għandux jieħu kastig jew tgawdija għal dejjem. Il-'Jannah' għandha seba' livelli u seba' gradi, fejn iktar ma tkun 'il fuq, iktar tkun kuntent. Min-naħa l-oħra, il-livelli tal- 'Jahannam' huma wkoll seba' fejn iktar ma jkun 'l isfrel, iktar ikun ħażin. L-Iżlam jemmen li r-ruħ tibqa' tgħix wara l-mewt. Għandu wkoll ikun hemm il-ġurnata tal-ġudizzju li fiha, n-nies kollha jinqasmu, skont fejn għandhom imorru, jew hux fil-ġenna jew l-infern. Finalment, f 'dan il-jum, in- nies jiġu ġġudikati minn Allah skont dak li jkunu għamlu f 'ħajjithom u l-bilanċ tat-tajjeb u l-ħażin li jkunu għamlu. Hemm, jew jingħataw il-ġenna fejn jgħixu fi tgawdija għal dejjem, jew inkella jintbagħtu l-infern u jkunu kkundannati għal turment għall-eternità. Buddiżmu Fil-Buddiżmu, hemm ukoll ukoll il-kunċett ta' karma u riinkarnazzjoni. Il-mod ta' kif tgħix tul il-ħajja jiddermina fiex se titwieled fil-ħajja ta' wara. Jekk persuna tkun għexet ħajja tajba u kienet karitattiva, din għandha titwieled f 'livell kuntent, bħal dak ta' bniedem. Min-naħa l-oħra, jekk tul il-ħajja, il-persuna tkun għamlet affarijiet ħżiena, titwieled f 'livell iktar baxx, bħal xi annimal. Skont il-Buddiżmu, hemm 31 livelli ta' eżistenza li wieħed jista' jitwieled fihom. Fiż-żmien ta' bejn il-mewt u t-twelid mill-ġdid, il- mejjet jara dawl li għandu jimxi fuqu sabiex ikun jista' joħroġ minn dan iċ- ċiklu ta' riinkarnazzjoni. Minkejja dan, ikun hemm diversi raġunijiet għalfejn ruħ ma timxix ma' dan id-dawl, ħafna drabi tkun biża' jew nuqqas ta' għarfien. Il-mejjet ikollu wkoll għajnuna li tingħata minn diversi Buddha li jidderiġuhom lejn id-dawl. Il-pittura ta' jum il-Ġudizzju fil-Kappella Sistina Il-Quran jgħallem li b'fidi qawwija, persuna tkun kuntenta wara mewtha Rit tal-funerali fir-reliġjon Buddista

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 08 Novembru 2015