Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/598353
14 illum | Il-Ħadd 08 ta' Novembru 2015 F ilwaqt li pajjiż jista' jkollu elf problema u kwistjoni li qed tkun diskussa, f 'Malta problema li bħalissa hija rikorrenti tibqa' dik tat-traffiku. Diskussjonijiet saru, mozzjonijiet Parlamentari saru wkoll, akkużi politiċi, bħal ma jiġri dejjem ma kienux neqsin, iżda jidher li lil hinn mir-rabja ta' bosta sewwieqa u ppuntar tas-swaba', it li xejn saret diskussjoni serja dwar proposti li jistgħu verament jibdew jindirizzaw il-problema li qed iħabbtu wiċċhom magħha mijiet ta' sewwieqa kull filgħodu, kull filgħaxija u issa jidher li l-ħin kollu wkoll. Iżda mhux kulħadd mitluf biss fil-paroli għax jidher li hemm nies bħalma huwa Andrew Pisani, kwalifikat bħala tekniku fis-sistemi tal-vetturi u gradwat fl-Istudji taż- Żgħażagħ u l-Komunità, b'esperjenza twila bħala impjegat fit-trasport pubbliku, u li twieled f 'familja li qalgħet l-għajxien tagħha mit-trasport li għandu ideat diversi u pjuttost oriġinali wkoll ta' kif dan il-pajjiż jista' jibda jindirizza s-sitwazzjoni mwiegħra li fiha jinsabu t-toroq. Tħallas skont kemm issuq Niltaqa' ma' Pisani, li lanqas nilħqu npoġġu bilqiegħda li ma jibdiex jitkellem dwar proposta partikolari minn tiegħu li prattikament tbiddel is-sistema ta' ħlas ta' liċenzji minn waħda fissa, li togħla meta jiddeċiedi l-Gvern, probabilment għal skopijiet strettament finanzjarji, għal waħda 'pay-as-you-go'. 'X'qed jgħid imma eżattament Pisani?' tistaqsi din il- gazzetta. "Dak li qed ngħid jien, jista' jkun ġdid fil-qasam tat-trasport u liċenzji tal-karozzi, iżda madwarna qed naraw dan il-kunċett jintuża l-ħin kollu. Ejja nħarsu lejn l-użu u l-ħlas tal-mobile, biex inġib l-ewwel eżempju. Hemm min iħallas €10 jew €20 jew aktar fix- xahar permezz ta' kuntratt, u għandu użu bla limitu filwaqt li għandek persuni oħrajn li jixtru kard u jħallsu waqt li jikkonsmaw. Għalkemm ma rridx niġġeneralizza, min jixtri kard bis-sistema 'pay-as-you-go' joqgħod ħafna iktar attent kemm iċempel, imma min ikun bil-kuntratt, xi daqqiet, kieku jista' anke lil xi ħadd li qiegħed f 'kamra oħra tad-dar iċempel." Pisani jkompli jispjega, qabel jintroduċi l-kunċett tiegħu għat- trasport, li anke fil-każ tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, il-ħlas isir parallel mal-użu. "Hawn xi ħadd li jħallas €50 fix-xahar u juża kemm irid dawl u ilma? Le hux. Tħallas għal kull unit li tuża. Immaġina kieku kellek ħlas fiss kull xahar minkejja l-użu, kemm ikollok ħela! Kulħadd jixgħel u jħalli mixgħul, kulħadd iħalli l-aircondition miftuħ. Mhux bilfors, la tuża kemm tuża se tħallas l-istess?" Jieqaf għal ftit mumenti qosra u jfakkarni kif dan huwa eżattament il-kunċett li qed jipproponi hu. Il-liċenzja hija fissa, issa jekk tuża l-karozza 24 siegħa kuljum jew darba fil-ġimgħa, l-istess tħallas. Mela x'inhu l-inċentiv li nħalliha ġewwa? X'inhu l-punt li qed inħallas €400 fis-sena liċenzja biex inħalliha fil-garaxx u mmur naqbad tal-linja?" Allura x'qed jipproponi Andrew, tistaqsi din il-gazzetta, l-introduzzjoni ta' ħlas oltre mil-liċenzja kull meta xi ħadd juża l-karozza? "Le," jwieġeb Pisani, "li qed nipproponi jien huwa li jkollna sistema li permezz tagħha, tħallas għal li tuża, mela min juża r-rota, jew min jagħmel użu mill- 'carpooling' jew trasport pubbliku u min-naħa l-oħra juża l-karozza tiegħu b'ċerta għaqal se jħallas, per eżempju €200 f 'kont tal-liċenzja u jkun iffranka l-€200 oħrajn. Jiġifieri din tkun sistema ta' aktar kemm tuża, aktar tħallas u viċe versa. Din is-sistema tkun minflok is-sistema li għandna bħalissa u mhux miżjuda fuq li diġà hemm." Dan mhux xi kunċett fl-arja...diġà għandna bħalu Xi ftit xettiku nistaqsih jekk għamilx xi forma ta' studju li jaħseb dwar ħlas skont l-użu. Jekk jien għandi qadja bil-karozza, kemm se nħallas għal dik il-qadja? Kif se jkun pruvat li użajt il-karozza, quddiem l-awtorità? Ma taħsibx li din hija xi naqra ta' proposta kollha fl-arja? Pisani jirrimarka li l-kunċett għadu fl-arja għax għad ma kellux ċans jispjega kif se taħdem sistema bħal din. "L-ewwel u qabel kollox, il-Gvern irid jaqbad l-għadd medju ta' mili (mileage) li tagħmel persuna medja fil-pajjiż, informazzjoni li diġà teżisti, u skont il-mili jiġi stabbilit rata ta' ħlas, li kif se nispjega iktar tard se jvarja wkoll skont il-vettura. Imma ejja għas-saħħa tal-argument, għalissa niġbdu linja bi ħlas wieħed. Mela l-Gvern jara li b'madwar 7ċ jew 10ċ għal kull kilometru, bl-istess ammont ta' mili medji kull persuna, se jdaħħal l-istess ammont ta' flus li qed idaħħal f 'liċenzji bħalissa. Issa inqas kemm idaħħal minn din is-sistema ta' ħlas kull kilometru, aktar tkun evidenza tas-suċċess l-iskema. Idea tajba kieku, jirrimarka l-ILLUM, imma xi jġiegħel lil Pisani jaħseb li l-Gvern, konxjament, se jdaħħal sistema li tista' tnaqqaslu d-dħul mil- liċenzji b'mod konsiderevoli? Iva vera, jwieġeb Pisani, "imma se jiffranka mill-ħmieġ fl-arja, se nibdew insolvu l-problema li qed joħloq it- traffiku, mhux biss ta' inkonvenjent imma wkoll ta' siegħat mitlufin mix- xogħol jew ta' ħlas żejjed f 'child care, għax il-ġenituri jaslu tard." Huwa jkompli jgħid li ladarba n-nies jibdew joqgħodu attenti u jużaw mezzi oħrajn ta' trasport bħal dak pubbliku, il-Gvern ikun jista' jdur fuq il- kumpanija Spanjola u jgħidilha li bil- qliegħ li tkun qed tagħmel, minħabba żieda fil-passiġġieri, jista' jnaqqas is-sussidju li qed itiha. Ladarba iktar nies ikunu attenti kif jużaw il-karozza, bħalma huma attenti kif jużaw is- servizzi l-oħrajn li semmejt qabel, il-Gvern ikun jista' jilgħab mat-tariffa, fis-sens li jżidha għax iktar nies ikunu qed joqgħodu attenti bħalma jiġri bil- kontijiet tad-dawl. B'hekk, l-inċentiv li ma tużax il-karozza għal kollox u kullimkien jiżdied. Xorta xi ftit xettiku nistaqsih kif dan kollu se jaħdem u jekk is-sistema hux se tkun miftuħa beraħ għal abbuż kbir. Hu jispjega kif meta inti tmur għand tal-VRT, darba kull sena jew sentejn, permezz tal-ispeedometer, ikun jista' jikkalkulalek kemm għamilt kilometri, jeħodlok ir-reading u jsir il-ħlas. "Din mhux xi xjenza kbira ta'. Diġà qed titħaddem fil-każ tal- karozzi vintage li għandhom liċenzja 'baxxa' u limitu ta' kemm jistgħu jużaw l-istess karozza. Tgħidli, ma jistgħux ibagħabsu? Vera, għalhekk għandhom isiru siġilli bħal m'hemm siġilli mal-arloġġ tad-dawl, li jkunu mal-ispeedometer tal-karozza. Din is-sistema diġà ntużat fil-meters tat- taxis fejn kien hemm l-ispeedocable. Jekk l-awtorità ssib li m'għandekx siġill, tiġi mħarrek. Anke ħafna karozzi diesel, kollha jagħmlulhom siġill mal-pompa (fil-magna) biex jikkontrollaw l-emisjonijiet. B'dan il-mod, nistgħu naraw kemm saru km u sussegwentement tħallas skont kemm tuża.' Mod ieħor huwa permezz tal-użu tal-apparat li jirrekordja l-użu tal-vettura. Dan l-apparat jintuża f 'ħafna pajjiżi Ewropej f 'vetturi kummerċjali. Dan l-apparat ikollu kard, u l-istess kard tista' tittieħed għand l-awtoritajiet, u huma jaqraw l-informazzjoni kollha li hemm fuqha permezz ta' kompjuter. B'dan il-mod, jistgħu joħorġulek kont skont kemm tkun użajtha. Jista' wkoll ikun hemm tariffi differenti li jiddependu fuq liema ħin tal-ġurnata użajt il-karozza. Mod ieħor forsi xi ftit radikali, però iktar prattiku, huwa li titneħħa s-sistema ta' liċenzja annwali fis-sena, u dan l-ammont jiżdied bħala taxxa fuq kull litru petrol jew diesel. Vetturi kummerċjali u tat-trasport pubbliku ikollhom fuel mingħajr din it-taxxa. It-tariffi jvarjaw skont il-karozza Ikompli jispjega kif it-tariffa ma tkunx l-istess għal kulħadd, bħalma l-liċenzji ma jkunux l-istess. 'Jekk jien għandi karozza li tħammeġ ħafna, inħallas, biex nagħti eżempju, 12ċ, jekk ikolli karozza tħammeġ inqas, inħallas 8ċ u jekk ikolli mutur li ma jħammiġx ħafna inħallas 2ċ kull km.' Pisani jkompli jispjega kif is-sistema tista' taħdem ukoll permezz ta' arranġament ta' klijent ma' kumpanija li żżomm id-data. Din diġà teżisti fuq il-vetturi kollha tat-trasport pubbliku, u fuq diversi vetturi oħra. Huwa jgħid li għalkemm f 'dan il-każ ikollok il-kwistjoni ta' data protection u akkużi ta' 'big brother', is-sistema tista taħdem billi jkun l-individwu li jidħol fi qbil mal-kumpanija u li TM ma jkollha ebda aċċess għall- informazzjoni. "Finalment, jien nkun nista' nitlob lil din il-kumpanija toħroġli rapport kull sena ta' kemm għamilt km mingħajr dettalji oħra bħall-postijeit fejn kont, u min-naħa tagħha, TM toħroġ il-kont. 'Imma din is-sistema mhux se tkun qed tiftaħ il-bibien beraħ għall-abbuż? Ma tistax tinħoloq sitwazzjoni fejn informazzjoni ta' fejn persuna tkun marret, tasal għand membri ta' familja jew saħansitra għand awtoritajiet, jekk ikun hemm 'leaks'?' staqsiet l-ILLUM. Pisani jammetti li dan jista' jkun il-każ, għalkemm huwa pront ifakkar li dawn l-affarijiet mhux talli mhumiex permessi li jsiru, talli kieku kumpanija, bħal tal-mobiles tasal biex tagħti informazzjoni lil xi ħadd kif ġieb u laħaq, tista' tiffaċċja proċeduri iebsin il-Qorti u anke possibilità ta' għeluq. "L-abbuż qiegħed kullimkien, u għalhekk għandna l-istrutturi u l-liġijiet meħtieġa biex abbuż simili mhux talli ma jkunx tollerat, talli jkun miġġieled bl-akbar qawwa." Dwar din il-proposta, Pisani jtemm jgħid li jekk qatt il-Gvern jikkonsidra Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt "Għal dawn l-erba' toroq, qed inħallsu liċenzji daqs kemm iħallsu fir-Renju Unit, jekk mhux iktar" 'Ħallas skont kemm issuq' Intervista "Wasal iż-żmien li t-trasport ma jibqax sors ta' introjtu biss"