Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/598353
Il-Ħadd 08 ta' Novembru 2015 | illum 15 li jwettaq proposta simili jista' jikkunisdra wkoll li jħalli lil kullħad fil-libertà li jagħżel li jew iħallas liċenzja fissa kull sena, jew iħallas meta jmur għand tal-VRT jew inkella jidħol f 'arranġament ma' kumpanija tad-data. Nieqfu naraw it-trasport bħala baqra li taħleb minnha "Is-suċċess tal-inizjattiva, kif għidna tista' twassal għat-tmiem tagħha minħabba li tfisser inqas introjtu. Imma wasal iż-żmien li t-trasport ma jibqax sors ta' introjtu biss. Ma nistgħux nibqgħu naraw it-trasport bħala baqra li teħleb minnha. Is-sewwieqa Maltin għassarnihom, għandna toroq inferjuri, nħallsu taxxi għoljin u għandna netwerk tat-toroq żgħir, u ammont kbir ta' karozzi għal kull km kwadru. Għal dawn l-erba' toroq qed inħallsu liċenzji daqs kemm iħallsu fir-Renju Unit, jekk mhux iktar. Irridu naħsbu iktar 'outside the box' għax qed naslu f 'sitwazzjoni fejn it- traffiku qed jiddeterjora n-negozju, it- tfal qed iqumu kmieni biex ma jaslux tard u xogħol mhux qed jasal fil-ħin għand tal-ħwienet. Dan kollu jista' jfisser li Malta tkun inqas attraenti għall-investiment." L-Awtorità ta' Trasport taħti għad- diżastri fit-trasport pubbliku Induru fuq it-trapsort pubbliku u l-ILLUM ifakkar kif f 'dan il-pajjiż kellna trasport immexxi mill- Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku li kien diżastru, imbagħad kellna l-Arriva li kienet diżastru u issa l-Ispanjoli li s'issa, diżastru wkoll. 'Taħseb li wasal iż-żmien li l-Gvern jikkunsidra li jieħu s-servizz lura f 'idejh, xi ħaġa kkunsidrata dagħwa fid-dinja ekonomika tal-lum, jew jipprova jtiha lil kumpanija jew konsorzju privat lokali. Jaħseb Pisani li din tista' tkun soluzzjoni? Huwa jispjega kif d-direzzjoni tal-argument huwa tajjeb imma mhux neċessarjament is-soluzzjoni. "Vera qabel kien hemm battibekki u dwejjaq bl-antiki, però l-għarfien tagħhom intilef. Għarfien? "Iva għarfien," jirrispondi Pisani, "dak li bassar persuna mill-Assoċjazzjoni fuq il-programm Xarabank ġara, anke jekk Manwel Delia dak iż-żmien kien ipprova jirridikolah." Fiex bassru tajjeb imma, staqsa l-ILLUM. "Li tnaqqas il-flotta bin- nofs, kienet idea ħażina. Naqqasnieha bin-nofs vera, imma x'ġara? Bdew jieqfu l-karozzi fit-toroq. Mela magna tista' tħaddimha kontinwament mingħajr lanqas ċans ta' maintenance. Anke r-rotot, kienet tagħmel sens li Manwel Delia qabbel Malta ma' Londra? Tista' tqabbel u tfassal pjan ta' trasport pubbliku għal 400,000 passiġġier fuq sistema li taqdi mal-20 miljun persuna?" Imma minkejja kollox, it-trasport pubbliku qabel l-Arriva ma kienx tajjeb, ifakkar l-ILLUM. "Naqbel, imma nfakkrek ukoll li dak iż-żmien kellek l-awtorità tat-trasport (illum TM) li swiet miljuni kbar u kollox kien abbandun, tal-linja kollha neżlin biċċiet. Qabel nistenna lix- xufier jiddixxiplina lilu nnifsu, kont nistenna lil TM li tagħmel xogħolha mhux ħalliet lil kulħadd jagħmel li jrid. Ix-xufiera kienu trattati b'mod dispreġġjattiv, u dan irrifletta fis- servizz li kienu jagħtu. Mill-banda l-oħra, meta bdew l-Arriva, kieku stajna ġibnielhom l-ilma jiżfen biex is-servizz jimxi sew. Meta bdew jinfurzaw fuq il- minibuses, id-dixiplina daħlet. Kieku nfurzaw il-liġi d-dixxiplina kienet iddejjaq għal ftit imbagħad kienet tkun aċċettata. Imma hemm soluzzjoni għat-trasport pubbliku? L-ewwel nett tajjeb, vera li naraw mudelli barranin, imma aħna nafu s-suq tagħna l-aħjar. Billi ġibna l-Arriva biex imbagħad indunajna li toroq bħal tal-Imrabat huma wisq dojoq u x-xarabank ma setgħux jgħaddu. Konna kkritikajna tant it-trakkijiet l-antiki li armejna, meta dawn ma kinux jgħerqu għax kellhom staffi għoljin, u setgħu jgħaddu minn toroq dojoq. Seta' faċilment isirilhom modifika biex jaqdu l-bżonnijiet ta' nies bi bżonnijeit speċjali u jitnaqqsu l-emminssjonijiet. Jiena nħoss li fi TM għandu jkollok bord magħmul minn uffiċjali tal-Gvern flimkien ma' xufiera tat-taxis, tal-minibuses, fost l-oħrajn, għax fejn jidħlu kwistjonijiet relatati mat-toroq dawn huma l-veri esperti mhux xi Ministru bix-xufier dejjem miegħu. Huwa jitkellem dwar l-importanza li fit-trasport pubbliku jkun hemm ħidma bejn operaturi differenti u li jerġa' jkun introdott servizz ta' minibuses għal impjegati li jaħdmu f 'post tax-xogħol wieħed. Pisani jipproponi li jkun hemm sistema ta' minibuses li jgħaddu minn lokalitajiet differenti f 'ċerti ħinijiet ta' filgħodu u li jkunu jistgħu jwasslu lin-nies x-xogħol fl-iqsar żmien possibbli. TM jistgħu jikkreaw websajt li tiffaċilita minn fejn jingabru n-nies, fix-ħin u fejn jinżlu. Jista' jkun hemm rappreżentanti tat-TM li jduru postijiet kbar bħall-Isptar, l-Università u żoni industrijali u jipromovu dan is- servizz. Il-Koperattiva tal-Minibuses kienet provat tagħmel dan, però ma kelliex biżżejjed sapport mingħand TM. "Imma din mhux se tkun qed toħloq kompetizzjoni diretta, mal- operatur tat-trasport pubbliku? jistaqsi l-ILLUM. "Allura? TM m'għandhiex ikollha problema li tinħoloq din il-kompetizzjoni, wara kollox mhux qiegħda hemm biex tippreferi operatur, imma biex tara li jkun hemm l-għażla. Issa jekk l-Ispanjoli ma jistgħux ilaħħqu mal-kompetizzjoni affarihom." issuq' biex jonqos it-traffiku Intervista Ritratt: Chris Mangion Andrew Pisani • Kwalifikat bħala tekniku fis-sistema tal-vetturi • Għandu esperjenza twila bħala impjegat fit-trasport pubbliku • Jipproponi sistema ta' ħlas ta' kull kilometru sewqan minflok liċenzji fissi