Illum previous editions

ILLUM 08 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/598353

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 39

16 illum | Il-Ħadd 08 ta' Novembru 2015 Għall-bejgħ din il-ġimgħa Biex tixtri kopja ċempel - 9966 3370 OT TUBRU 2015 Għall-bejgħ din il-ġimgħa NOVEMBRU 2015 Opinjoni Il-Palestinjani refuġjati f 'arthom...Imma minn Alex Caruana X i ftit tal- jiem ilu kelli l-opportunità nżur żewġ kampijiet tar- refuġjati, Aida Camp, li fih madwar 6,000 persuna u Dheisha Camp li fih 11,000 persuna. Dawn huma żewġ kampijiet tar-refuġjati Palestinjani ġewwa Betlehem. Fil-West Bank kollha hawn dsatax-il kamp tar-refuġjati, filwaqt li 80% tal-1.8 miljun persuna li jgħixu f 'Gaża huma refuġjati. Sabiex l-istat Iżraeljan seta' jkollu maġġoranza Lhudija, fl-1948 il-gruppi armati Iżraeljani marru fl-irħula u l-ibliet Palestinjani u qatlu u keċċew lin-nies minn hemm. Uħud ħarbu fil-pajjiżi ġirien, is-Sirja, il-Ġordan u l-Libanu. Oħrajn ħarbu lejn postijiet oħra fil- Palestina stess. Malli tasal viċin id-daħla ta' Aida Camp issib ħnejja b'muftieħ kbir fuqha. Il- muftieħ jissimbolizza ċ-ċwievet tad-djar li ġew imkeċċija minnhom il- Palestinjani mill-militias Żionisti (li mbagħad saru l-armata Iżraeljana) fl-1948. Il-Palestinjani żammew dawn iċ-ċwievet u jgħadduhom minn ġenerazzjoni għall-oħra. Għal dawn ir-refuġjati kollha, il-muftieħ jissimbolizza r-ritorn, dritt fundamentali ta' kull refuġjat u refuġjata Palestinjan/a li jirritornaw lura f 'arthom u li qed jiġi miċħud lilhom mill-istat Iżraeljan. Hekk kif tidħol fil-kamp ta' Aida, issib il-ħajt ta' apartheid ma' wiċċek. Uħud mill- faċċati tal-bini f 'dan il-kamp huma biss ftit ċentimetri 'l bogħod minn dan il-ħajt mibni illegalment mill-Iżrael, li prattikament jagħlaq u jkompli jifga l-kamp kollu. Fuq in-naħa l-oħra tal-ħajt, hemm l-Iżrael. L-irħula li oriġinaw minnhom ir- refuġjati li jgħixu fil-kamp jinsabu wara dan il-ħajt. Għandhom kull dritt taħt il-liġi internazzjonali, hekk kif imniżżel b'mod ċar fir- riżoluzzjoni 194 tal-Ġnus Maqgħuda, li jerġgħu jmorru lura lejn djarhom. Iżda "Is-suldati Iżraeljani daħlu fil-kamp, sparaw kemm felħu gass tad-dmugħ u fuq il-megaphone jidwi mal-kamp kollu bdew jheddu li se jiggassjaw u joqtlu lil kulħadd, irġiel, nisa u tfal" Il-Muftieħ fid-daħla tal-Kamp Aida

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 08 Novembru 2015