Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/598353
Il-Ħadd 08 ta' Novembru 2015 | illum 17 Opinjoni 'arthom...Imma għaliex? dan ma jistgħux jagħmluh għaliex il-ħajt u ċ-checkpoints Iżraeljani jwaqqfuhom milli jerġgħu lura lejn arthom. Meta l-Palestinjani ppruvaw jirritornaw, is-suldati sparaw fuqhom, waqt li oћrajn ġew ittorturati u mitfugħa l-ħabs. Bdiet nieżla x-xita. Fuq il-lemin hemm il-ħajt ta' madwar 8 metri għoli, fuq ix-xellug kmamar fuq xulxin u toroq dojoq. L-oppressjoni tinħass fl-arja. Ġie gwida, qalilna li missieru kellu 13-il sena meta l-familja tiegħu ġiet sfurzata titlaq min artha. B'daħka fuq wiċċu qalilna li huma m'għandhomx qalbhom maqtugħa għax, jekk hux għada jew mitt sena oħra, se jirritornaw lura. Waqafna u wriena bott tal-metall griż mal-art – il-gass tad-dmugħ velenuż li sparaw is-suldati Iżraeljani. Qalilna wkoll li s-suldati saru jinvadu l-kamp minn tal-inqas darba fix- xahar. L-għada sirna nafu mill-aħbarijiet li fil-lejl ta' qabel, fl-istess kamp li konna fih filgħodu, is-suldati Iżraeljani daħlu, sparaw kemm felħu gass tad-dmugħ u fuq il-megaphone jidwi mal- kamp kollu bdew jheddu li se jiggassjaw u joqtlu lil kulħadd, irġiel, nisa u tfal. L-ironija storika ta' dan il-kliem hija ċara u xokkanti. Il-kamp ta' Dheisha mhux wisq 'il bogħod mill-kamp ta' Aida. Il-gwida ta' dan il-kamp ukoll twieled u għex ħajtu kollha ġol-kamp. Spjegalna kif l-UNRWA (United Nations Relief and Works Agency for Palestine Refugees in the near East) kriet l-art għal 99 sena. Il-kamp jinsab fuq medda ta' art ta' 1.5km u fil-bidu kien magħmul biss minn tined. Illum il-kamp huwa magħmul minn djar u kmamar żgħar mrassin f 'xulxin madwar toroq dojoq u mudlama, bħall- kampijiet kollha tar-refuġjati Palestinjani. Waqt li konna qed induru l-kamp, kien hemm tfal jiġru, tfajliet ħerġin mid-dar bil-kotba f 'idejhom u tpinġijiet fuq il-ħitan. Tpinġija partikolari li laqtitni kienet dik ta' Fidel Castro u Che Guevara. Dan il-kamp hu magħruf għall-ideoloġija xellugija li l-maġġoranza tar- refuġjati jħaddnu. Mistoqsija li ħarġet minn fommi mingħajr wisq ħsieb kienet dik ta' x'se jiġri wara li jiskadu d-99 sena ta' kiri tal-kamp. Ir-risposta kienet tipikament Palestinjana, risposta dinjituża. Ma jaħsbux x'se jiġri mill-kamp għax il- kamp mhux darhom, darhom qiegħda wara l-ħajt u xi darba għad jirritornaw. Aħna u sejrin lura d-dar, fuq ix-xellug rajna għolja fejn hemm settlement Iżraeljan. Eluf ta' Iżraeljani joqogħdu f 'settlements ġewwa l-West Bank, illegalment skont il- liġi internazzjonali. Il-gvern Iżraeljan mhux biss ħataf l-art Palestinjana, mhux biss ma jħallix lir-refuġjati jirritornaw f 'arthom, imma qiegħed ukoll jinċentiva lis-settlers jieħdu iktar art Palestinjana u jinżlu fil-villaġġi Palestinjani, isawtu lin-nies, jaħarqu s-siġar taż- żebbuġ u joħolqu terrur minn kull fejn jgħaddu. Is-settlers għandhom dritt iġorru l-armi fuqhom u huwa komuni li tara settlers b'M16 wara darhom. Hija sitwazzjoni ta' paradoss estrem. Min-naħa, hemm il-poplu Palestinjan. Poplu li nofsu huwa magħmul minn madwar 5 miljun refuġjat u refuġjata madwar id-dinja. Refuġjati li qed jistennew li xi darba jirritornaw lejn l-art li ġew imkeċċija minnha bil-vjolenza. Min-naħa l-oħra hemm realtà totalment differenti, dik Iżraeljana. Il-gvern Iżraeljan iħeġġeġ lil- Lhud madwar id-dinja sabiex imorru jgħixu ġewwa l-Iżrael. Jekk ikollok evidenza u turi li inti persuna bi twemmin Lhudi, il-gvern Iżraeljan jilqgħak b'idejh miftuħa, anki jekk qatt ma meddejt riġlejk fl-Iżrael qabel. Pajjiż ibbażat fuq regoli diskriminatorji u soċjetà ta' apartheid. Bħalissa, jien u nikteb dan l-artiklu fi pjazza f 'Betlehem, ħdejn il-knisja tan-natività fejn twieled Kristu, flimkien mal-ħoss tat-talb Musulman ħiereġ minn Moskea viċin, qed jinstemgħu ukoll l-ambulanzi. Dan huwa l-ħin li normalment iż-żgħażagħ tal-kamp ta' Aida jaffrontaw lis-suldati li qed jokkupaw din l-art. Fl-ispirtu ta' kull raġel u mara jwaddbu l-ġebel lejn l-oppressur tagħhom, hemm ħsieb wieħed: li xi darba jirritornaw f 'arthom u jgħixu ħielsa bi drittijiet indaqs u b'dinjità. Il-Ħajt ta' Apartheid madwar il-Kamp Aida "Il-Gvern Iżraeljan mhux biss ħataf l-art Palestinjana, mhux biss ma jħallix lir-refuġjati jirritornaw f 'arthom, imma qiegħed ukoll jinċentiva lis-settlers jieħdu iktar art Palestinjana u jinżlu fil-villaġġi Palestinjani" Alex, li bħalissa tinsab fil-Palestina