Illum previous editions

ILLUM 08 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/598353

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 39

Il-Ħadd 08 ta' Novembru 2015 | illum 19 H emm differenza bejn li tkun illegali u anti- legali. Tista' tkun tal-aħħar mingħajr ma tkun tal-ewwel. Illegali, meta tagħmel xi ħaġa kontra l-liġi. Anti-legali meta ma tkunx trid toqgħod għal-liġi jew topponi dak li tgħid il-liġi. Tal-aħħar tista' ssir kontra l-liġi fiha nnifisha jew l-istituzzjonijiet li jkunu legalment kostitwiti. Ġieli kien hemm politiċi kbar li kienu anti-legali biex jipprovaw punt li jridu jagħmlu. Per eżempju wieħed minn dawn kien Gandhi, li biex jiġġieled għall-ħelsien ta' pajjiżu, kien jirrikorri għal mezzi anti-legali. Ir-reżistenza paċifika kienet waħda minn dawn il-mezzi. Meta l-Ingliżi għamlu taxxa fuq il-melħ, Gandhi simbolikament, niżel ħdejn il-baħar u ġabar niskata melħ. Ried jagħmel punt: mhux li qiegħed jikser il-liġi, iżda qiegħed jopponieha. Iżda xorta oħra ta' anti-legaliżmu. Dan jiġri meta jeħodha kontra l-istituzzjonijiet jew juri nuqqas ta' rispett lejhom għaliex ma jkunx jaqbillu li jaħdmu kif suppost. F'pajjiżna, dan ġara diversi drabi u fil-fehma tiegħi, kien fattur determinanti fl-aħħar elezzjoni. Fattur li kien ilu jiġri iżda kien tant kiber, li kienet saret attitudni evidenti ta' min jiggverna li jopponi lill-istituzzjonijiet li jikxfu l-għawwar ta' minn jiggverna. L-ewwel darba li seħħet b'mod evidenti, kienet meta kien għad hemm Joe Sammut bħala l-Ombudsman, wara rapport li kien ħareġ dwar x'qiegħed jiġri fl- AirMalta u fl-Armata. Dakinhar, l-Ombudsman kien ħareġ verdett ta' ikrah. Skont dak ir-rapport, kemm l-Armata u kif ukoll l-Airmalta kienu saru bejta ta' partiġġjaniżmu politiku u klijenteliżmu jdoqq l-iskotti. Il-Gvern tal-ġurnata, flok ra x'għandu jagħmel biex jirranġa s-sitwazzjoni, ħareġ qatta' mingħajr ħabel kontra l-Ombudsman li kien konfoffa mal-Oppożizzjoni. Joe Sammut, li ħadem ma' kulħadd u kellu esperjenza vasta ma' kull Gvern, gie mxajtan. Każ ieħor li niftakar, huwa dak tal-Maġistrat Consuelo. Hawn irrid ngħid ħaġa waħda, li qalu x'qalu kontra din il-Maġistrat, tibqa' waħda mill-aħjar maġistrati li qatt kellna, u dwar dan hemm qbil totali bejn kull min jaħdem il-Qorti. Iżda għalissa fuq dan il-punt nieqaf hawn. Minn meta din il-Maġistrat tat sentenza dwar it-taħwid li kien għaddej fil- Fondazzjoni tal-Iskejjel t'Għada, qatt ma ħallewha minuta bi kwietha. Pruvaw jimminawha minn barra u minn ġewwa l-Qrati. Dan għaliex il-Gvern ta' dak iż-żmien ma ħamilx li toħrog il-verità. Darba kien hemm Awditur tal- MEPA li kien jismu Joe Falzon. Perit tal-affari tiegħu u tal- Mużew. Miegħu kellu bniedem ieħor magħruf għall-onestà u l-korrettezza, il-Perit Carmel Cacopardo, illum viċi ċermen tal-Alternattiva, u telaq mill-PN għaliex ma felaħx il-ħmieġ. Dawn it-tnejn għamlu rapporti li żvelaw kemm kienu qegħdin isiru affarijiet irregolari. Flok il-Gvern tal-ġurnata ra x'kellu jagħmel biex jirranġa l-affarijiet, dakinhar anke l-Prim Ministru kien ħareġ pubblikament kontra tagħhom. Baqgħu sakemm saret manuvra istituzzjonali biex ebda wieħed minn dawn iż-żewġ periti ma jibqa' fejn kien. Minflok, l-Awditur qalgħuh minn taħt il- MEPA u ħolqu wieħed fl-Uffiċju tal- Ombudsman jieħu hsieb l-affarijiet tal-MEPA. Flok qalu li dawk li kien hemm qabel, qegħdin jaħdmu tajjeb, baqgħu sakemm xkupawhom min- nofs. Din is-sistema ta' kondotta anti-legali, baqgħet tintiret minn persuna għall-oħra. F'dan il- kuntest, l-Awditur Ġenerali kellu jara l-passjoni wara kull rapport li għamel fejn kixef abbużi jew irregolaritajiet. Niftakar qisu lbieraħ lil Austin Gatt fil-każ tal-Voice of the Meditterranean jhedded lill- Awidtur Generali bi proċeduri serji għaliex dan tal-aħħar kien qiegħed jagħmel xogħlu. Niftakar it-theddid li sar lill- Awditur meta ħareġ il-famuż rapport dwar kif ħarġet it-tender tal-power station ta' Marsaxlokk. Għal darba jixlu lill-Awditur Ġenerali li ma kienx korrett f 'dak li qal u dwar ir-rakkomandazzjonijiet li għamel. Biex infakkar, dakinhar l-Awditur Ġenerali kien ikkonkluda li t-tender kienet ivvizzjata u li kien jaqbel li tinħareg oħra ġdida. Flok laqgħu l-parir, għal darba oħra provaw jiskreditawh! Din l-attitdudni baqgħet tippersisti sa riċentement. Il-każ klassiku kien dak dwar l-inkjesta tal- isparatura tax-xufier ta' Manuel Mallia. Biex kulħadd ikun jaf eżattament x'ġara, il-Gvern ħass li kellu jagħmel inkjesta. Biex jagħmluha, ħatar tlett imħallfin li sakemm kienu jippressjedu dejjem kellhom ir-rispett ta' kulħadd. Waqt li kienu għaddejjin bl-inkjesta l-Oppożizzjoni bħal donnha bdiet tixlihom li kienu kompliċi f ''cover up.' Kien jidher ċar li riedu jagħmlu pressjoni fuq dawn l-Imħallfin. Meta waslu għall-konklużjonijiet tagħhom f 'wieħed mill-passaġġi ta' din l-inkjesta u bir-raġun, ma felħux ma jikkummentawx dwar dan l-attakk anti-legali li sar fuqhom. Rajna xi ħaġa simili fil-kawża li hemm għaddejja kontra Tony Debono, żewġ l-eks Ministru Giovanna Debono. Il-Whistleblower f 'dik il-kawża, xehed b'mod li ma' Simon Busuttil iltaqa' fuq il-każ, u għalhekk ġie jidher li giddeb il- verżjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni. Il-Kap tal-Oppożizzjoni, kontra kull sens ta' proċedura legali u b'mod insolitu għall-aħħar, u waqt li għadha għaddejja din il-kawża, għamel protest ġudizzjarju kontra dan ix-xhud 'jordnalu' biex jirtira dak li qal dwaru. L-effett fuq ix- xhud kien bil-kuntrarju, għaliex kompla jsostni dak li qal fix-xhieda tiegħu. Attitudni għal kollox anti- legali. L-aħħar minn din ix-xorta ta' attitudni, qegħdin narawha fil- każ taż-żewġ inkjesti li fihom kien involut is-Sinjur Gaffarena. Huwa minnu li dak li ġara, jaqa' taħt id-dekasteru ta' Michael Falzon. Wara li talbu b'mod voċiferu biex issir inkjesta, u flok waħda saru tnejn, issa jridu li Michael Falzon jirriżenja qabel il-konklużjonijiet ta' dawn iż-żewg inkjesti. Fejn jaqbel, jgħidu li jkun għaqli li nħallu l-Ġustizzja tieħu l-kors naturali tagħha, u fejn jaqblilhom, iriduha 'fast forward.' Din ix-xorta ta' anti- legaliżmu baqgħet tispikka anke issa li dawn il-persuni m'għadhomx fil-Gvern. Nagħmilha ċara li wara li joħorġu r-riżultati ta' dawn iż-żewg inkjesti, min se jirriżulta li għandu tort, irid jerfa' r-responsabbiltà kollha. Mhux biss dik legali, iżda anke dik politika. Biex inkunu legali u ma jiġrix kif kien jiġri qabel inkunu anti-legali u għadu jiġri issa lill- Oppożizzjoni, irridu nsegwu l-konklużjonijiet ta' dawn iż-żewġ inkjesti mhux biss fl-ittra iżda anke fl-ispirtu. Toni AbelA Anti-legali Opinjoni "Fejn jaqbel jgħidu li jkun għaqli li nħallu l-ġustizzja tiehu l-kors naturali tagħha, u fejn jaqblilhom iriduha 'fast forward' " Joe Falzon, Il-PN ħareġ kontrih wara li kixef ir- regolaritajiet "Niftakar qisu lbieraħ lil Austin Gatt fil-każ tal- Voice of the Mediterranean jhedded lill-Awditur Ġenerali" "Minn meta din il-Maġistrat tat sentenza dwar it- taħwid li kien għaddej fil-Fondazzjoni tal-Iskejjel t'Għada, qatt ma ħallewha minuta bi kwietha"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 08 Novembru 2015