Illum previous editions

ILLUM 08 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/598353

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 39

20 illum | Il-Ħadd 08 ta' Novembru 2015 Iċ-CHOGM, l-Isports u Agatha Barbara Opinjoni M 'hemmx dubju li fil-ġimgħat li ġejjin, l-attenzjoni tad-dinja ser tkun iffukata fuq Malta, hekk kif pajjiżna ser ikun qiegħed jospita diversi laqgħat importanti. Il-Valletta Summit se jkun qiegħed jiddiskuti t-tema tal- immigrazzjoni. Kien hemm snin li matulhom sibna bosta diffikultajiet sabiex inpoġġu din it-tema fuq l-aġenda politika internazzjonali għaliex konna waħedna nsofru l-impatt tagħha. Illum iżda, din saret diffikultà ta' dimensjoni internazzjonali b'bosta pajjiżi qegħdin jaffaċċjaw influss ma jaqta' xejn ta' immigranti li qegħdin jaħarbu mill-inkwiet u l-faqar li ħakem lill-pajjiżi tagħhom. Ic-CHOGM se jġib f 'Malta l-kapijiet tal-istati tal-Commonwealth. Dawn ukoll huma mistennija li jiffukaw fuq temi importanti, inkluż fosthom in-nisa, is-settur tan-negozju u wieħed jistenna wkoll l-immigrazzjoni. Ma nemminx li hemm soluzzjonijiet faċli, iżda nemmen li huwa tassew importanti li propju f 'Malta, issir diskussjoni serja li filwaqt li tfittex li qatt ma tinsa l-ħtieġa li dejjem jinżamm il-focus ta' ħniena u rispett lejn dawn l-imsejkna li qegħdin jirriskjaw hajithom sabiex jaharbu mill-mizerja li hakmet lil pajjizi taghhom, tidentifika modi sabiex dawk il-pajjizi, inkluz Malta, li qegħdin isofru impatt qawwi u dirett minn din is-sitwazzjoni, isibu sostenn u appoġġ konkret li jgħinuhom jaffrontaw din il-mewġa umana. Sport Huwa ta' sodisfazzjon nara li fil-baġit li tħabbar, il-Gvern ta attenzjoni mistħoqqa lill- qasam sportiv. Miżuri bħal dik imħabbra għall-korsa tal-Marsa huma ċertifikat qawwi għall-aspirazzjonijiet tal-Gvern Laburista fil-qasam sportiv. Tħabbar ukoll dan l-aħħar kif matul is-sena d-dieħla, SportMalta se tkun qiegħda tagħmel investiment kapitali ta' €10 miljuni biex ittejjeb l-infrastruttura tal-kumplessi fi ħdanha. B'dan il-pass, SportMalta se tkompli tikkonsolida l-ħidma li nbdiet f 'dawn l-aħħar sentejn. Madankollu nemmen li għad baqgħalna ħafna sabiex nilħqu livelli internazzjonali. Jiddispjaċini ninnota li fl- iskejjel tagħna, l-isport għadu jiġi meqjus bħala xi ħaġa żejda, b'siegħa jew tnejn biss iddedikati għall-Edukazzjoni Fiżika. Anki fuq livell ta' faċilitajiet, għad baqa' ħafna xi jsir. Nagħti eżempju għax ukoll tkellmu miegħi xi ġenituri. Minkejja li qed jiżdiedu l-pixxini madwar Malta, għadna f 'sitwazzjoni li dawn huma maħsuba ghax-xhur tas-sajf, u ninsew li min jipprattika l-għawm jew sport iehħr akwatiku jrid jitħarreġ matul ix-xhur tax-xitwa. Nagħmel proposta konkreta. Għandna pixxina nazzjonali li m'għandha l-ebda forma ta' protezzjoni, la mix-xemx u lanqas mix-xita, la għall- għawwiema u lanqas għall- ispettaturi. Jgħiduli dawk li jiffrekwentaw il-pixxina matul ix-xhur tax-xitwa ta' kemm ikun hemm problemi minħabba l-maltemp. Sessjonijiet ta' taħhrig li jkollhom jitwaqfu jew jiġu kkanċellati. Spettaturi li jsiru għasra għaliex m'hemm imkien fejn jistkennu. Nappella sabiex fil-baġit tas-sena d-dieħla, jiġu ddedikati fondi sabiex il- pixxina nazzjonali tissaqqaf, jekk mhux kompletament, tal-anqas billi jsiru tined fuq l-istands. B'dan il-mod, inkunu qegħdin nagħmlu pass ieħor 'il quddiem sabiex nagħtu faċilitajiet aħjar lil dawk kollha li jiddedikaw enerġija, ħin u flus fil- prattika tal-isports akwatiċi. Pensjonijiet Il-miżuri mħabbra fil-baġit li għadda, huma l-ewwel pass fi proċess kontinwu li l-Gvern qed jaħdem fuqu biex itejjeb il-ħajja ta' dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna, filwaqt li jidher ċar li l-Gvern qed jippjana wkoll għas-sostenibbiltà futura tal- pensjonijiet. Fost l-anomaliji li qed jiġu indirizzati permezz tal-baġit li għadda, hemm l-anomalija għal dawk li se jirtiraw u li kienu twieldu qabel l-1962. Permezz tal-miżuri fil-baġit mis-sena d-dieħla wara 20 sena, dawn l-individwi se jkollhom titjib fil-pensjoni tagħhom. Anomalija oħra li qed tiġi indirizzata permezz tal-baġit hija dik fejn ġiet imwarrba r-rabta bejn il-pensjoni tar- romol u l-qligħ mix-xogħol, biex b'hekk ir-romol ikunu jistgħu jibbenefikaw minn pensjoni sħiħa tar-romol filwaqt li dawk il-pensjonanti li l-pensjoni tagħhom ma taqbiżx l-ammont tal-paga minima se jkunu eżentati mill-ħlas tat-taxxa. Qed isir ukoll investiment sħiħ fl-edukazzjoni b'inizjattivi biex aktar nies ikomplu jistudjaw, mhux lanqas fost l-oħrajn b'benefiċċji bħalma huma credits għal dawk li jkomplu jistudjaw, biex hekk ma jkollhomx problemi meta jaslu għall-età tal-pensjoni. Agatha f 'Għajnejn l-Istorja Għall-ġimagħtejn li ġejjin, fil-Mużew tal-Arkeoloġija fil- Belt Valletta wieħed jista' jżur u jsegwi wirja b'rabta mal-eks President is-Sinjorina Agatha Barbara. Il-wirja nfetħet wara serata kommemorattiva li ttellgħet mill-Partit Laburista u NL - Nisa Laburisti. Is-serata saret bil- parteċipazzjoni tal-attriċi Taljana Isabel Russinova u li aktar kmieni din is-sena tellgħet monologu fit-Teatru Belli f 'Ruma bl-isem ta' 'Agatha'. Russinova hija Ambaxxatriċi Kulturali tal-Amnesty International tal-Italja u ngħatat l-Unur ta' Korrispondent Kulturali għall-monologu 'Agatha'. F'diskors imqanqal, l-attriċi Taljana Isabel Russanova tat stampa ċara tal-karattru ta' Agatha Barbara, kif jirrizultalha mir-riċerki li għamlet hija nnifsha. Iddeskriviet lil Agatha Barbara bħala mara ta' kuraġġ u determinazzjoni kbira. Qalet li Agatha Barbara kellha muntanja kbira quddiemha, imma minkejja d-diffikultajiet ta' dak iż- żmien kienet iddeċidiet li tagħmel minn kollox biex tilħaq il-quċċata. Hekk għamlet u rnexxielha. Iżda mhux biss. Kienet, għadha u tibqa' eżempju għal kulħadd. Nemmen li bħalma Agatha ma bezgħetx tbiddel, hekk ukoll ahna m'għandniex nibżgħu mill-vuċijiet konservattivi li minnhom fi żmienha Agatha ma beżgħetx. Illum ghandna sfidi differenti milli kellha Agatha. Nemmen li nistgħu ngħelbuhom ukoll. Claudette Abela Baldacchino hija President ta' NL- Nisa Laburisti Claudette abela baldaCChino "Miżuri bħal dik imħabbra għall- korsa tal-Marsa huma ċertifikat qawwi għall- aspirazzjonijiet tal-Gvern Laburista fil- qasam sportiv"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 08 Novembru 2015