Illum previous editions

ILLUM 08 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/598353

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 39

Il-Ħadd 08 ta' Novembru 2015 | illum 21 Min imiss jirriżenja? Opinjoni M eta l-Kodiċi tal-Etika dwar il- persuni fil-ħajja pubblika f 'Malta jitkellem dwar ir-rigali li dawn jirċievu, dan jagħmlu bl-iskop li jnaqqas il-possibilità li tinħoloq obbligazzjoni bejn il-politiku u min jagħtih ir- rigal. Hemm miżuri differenti fil-Kodiċi tal-Etika dwar il- Membri Parlamentari u f 'dak dwar il-Ministri. Il-Ministri, jgħidilna l-Kodiċi tal-Etika tal-Kabinett ma jistgħux jaċċettaw rigali jew servizzi li l-entità tagħhom jistgħu jpoġġuhom f 'obbligazzjoni, kemm jekk din tkun reali kif ukoll jekk tidher li tista' tkun (Regolament 58). Jiġifieri l-obbligu tal-Ministru m'huwiex li jiddikjara x'rigali rċieva, iżda li ma jaċċettahomx. Il-każ tal-eks Ministru Joe Cassar hu dwar tliet rigali. L-ewwel rigal kien karozza li min bigħielu ma riedx flus tagħha. Qallu biex flok ma jħallas lilu, jagħti donazzjoni lill-PN. Iż-żewġ rigali l-oħra huma sistema tas-sigurtà u xogħolijiet f 'razzett f 'Ħad- Dingli: xogħol li sar fi ħwejġu u ħallas għalih ħaddieħor skond irċevuti ppubblikati. Cassar ikkontesta dak li ntqal dwaru, inkluż b'diskors fil-Parlament. Fl-aħħar, għalkemm baqa' jinnega li qatt ta xi forma ta' awtorizzazzjoni biex jitħallsu kontijiet f 'ismu, Cassar aċċetta li seta' ġieb ruħu aħjar u li għamel żball ta' ġudizzju (error of judgement). L-ewwel skuża ruħu u rriżenja minn kelliemi tal-grupp parlamentari tal-PN għall- Kultura u sussegwentement irriżenja wkoll minn Membru Parlamentari. Sa ftit siegħat qabel mat- Tabib Joe Cassar irriżenja minn Membru Parlamentari, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil kien qed jgħid li m'hemm l-ebda raġuni għaliex għandu jirriżenja, u dan minħabba li ma kienx hemm fondi pubbliċi involuti. Il-Partit Laburista min-naħa l-oħra kien qed jinsisti għar- riżenja. Ir-riżenja ta' Joe Cassar ma kienet mistennija minn ħadd. Il-Partit Nazzjonalista esprima ruħu ċar: li l-iżball ta' Cassar ma kienx jiġġustifika la tkeċċija (jew riżenja) mill- Partit u lanqas riżenja minn Membru Parlamentari. L-anqas il-Partit Laburista ma emmen li Cassar kien se jirriżenja. Minkejja li nsista fuq ir-riżenja, ma naħsibx li l-Partit Laburista qatt ried lil Joe Cassar jirriżenja. Għax issa li Cassar irriżenja, il-PL ħoloq problema kbira għalih innifsu. Għax ir-riżenja ta' Cassar hi issa l-kejl li jrid iqis Joseph Muscat kull meta jkollu Ministru jew Segretarju Parlamentari fil-Kabinett tiegħu li jiżbalja inkella li jkollu jġorr responsabbiltà politika għal żbalji goffi fid-dekasteru tiegħu. Joseph Muscat diġà keċċa lil Manwel Mallia mill-Kabinett, meta dan ma kellux il-kuraġġ morali li jerfa'r-responsabbiltà politika tiegħu u jirriżenja fid- dawl tar-rapport tal-inkjesta dwar l-inċident tal-isparatura li fiha kien involut ix-xufier tiegħu. Dan iżda kien kostrett li jagħmlu wara għoxrin ġurnata ta' tkaxkir tas-saqajn, għax ippressat mill-medja u l-opinjoni pubblika Ir-riżenja, meta tkun deċiżjoni politika ġenwina, għandha tkun waħda immedjata u mhux bħala riżultat ta' pressjoni tal-medja jew tal-opinjoni pubblika. Hekk għamlu l-politiċi ta' stoffa f 'kull parti tad-dinja demokratika. Il-politiku ġenwin m'għandux bżonn suġġerituri biex jirrealizza meta l-iżball hu gravi biżżejjed li jiġġustifika r-riżenja. Dan il-punt se jerġa' jqum fid-dawl tal- investigazzjoni li qed jagħmel l-Awditur Ġenerali dwar l-esproprijazzjoni tal-binja fi Triq iz-Zekka l-Belt. Diġà ġiet konkluża investigazzjoni interna fis-servizz pubbliku u dan ir-rapport ilu f 'idejn il-Prim Ministru sa minn Lulju li għadda. Il-Prim Ministru qiegħed ikaxkar saqajh biex jieħu deċiżjoni dwar il- konklużjonijiet fir-rapport li għandu f 'idejh: bl-iskuża li qed jistenna lill-Awditur Ġenerali jippreżenta r-rapport tiegħu. Waqt li l-Prim Ministru b'solennità jiddikjara li qiegħed jistenna lill-Awditur Ġenerali, dawk ta' madwaru (bla dubju bil-kunsens tiegħu) għalfu lil sezzjoni tal-istampa b'biċċiet mir-rapport intern li s'issa għadu kunfidenzjali. Kien ikun ħafna iktar għaqli kieku l-Prim Ministru jippubblika immedjatament ir-rapport kollu (u mhux biċċiet minnu kif jaqbel) u jieħu passi immedjati dwar dak li jirriżulta mir-rapport. Hi ipokrezija politika li l-ewwel tiddikjara li mhux se tippubblika r-rapport biex ma tinfluwenzax lill- Awditur Ġenerali, u mbagħad tippermetti l-pubblikazzjoni ta' partijiet minnu. Ftit ġranet wara li dan ir-rapport kien ippreżentat lill-Gvern, lejn tmiem Lulju 2015 kumbinazzjoni, irriżenja d-Direttur Ġenerali tad- Diviżjoni tal-Propjetà tal- Gvern. Dakinhar intqal li din ir-riżenja kienet għal raġunijiet personali. Ovvjament, emmen jekk trid. Bosta, jiena nkluż, ma tantx huma konvinti minn dawn il-kumbinazzjonijiet. Bosta jemmnu li d-Direttur Ġenerali, li ntqal li rriżenja għal raġunijiet personali, kien il-ħaruf tas-sagrifiċċju li ġarr fuq spallejh il-piż kollu. Jekk dan hu hekk, hu żbaljat li jġorr il-piż waħdu. Huwa għalhekk ukoll li qed tikber il-pressjoni pubblika biex is-Segretarju Parlamentari Michael Falzon jerfa' r-responsabbiltà politika għall-amministrazzjoni ħażina tat-taqsima tal-Propjetà tal-Gvern u jirriżenja. Ir- reżistenza biex dan isir la tagħmel ġid lil Falzon u l-anqas lill-Gvern. Lil Falzon nafu bħala bniedem raġonevoli li bla dubju jifhem id- differenza bejn responsabbiltà personali u responsabbiltà politika. Nifhem li ftit għandu eżempji tajbin fuq xiex jimxi, peró tajjeb li jifhem li dik hi l-unika triq onorevoli. Fil-każ ta' Manwel Mallia damu jaħsbuha għoxrin ġurnata biex jiġi mwarrab. Joe Cassar dam jaħsibha ftit ġranet biex irriżenja. Michael Falzon għandu jrabbi ftit tal-kuraġġ biex hu ukoll jerfa' r-responsabbiltajiet politiċi tiegħu. Huwa responsabbli għal mod kif iġibu ruħhom ta' taħtu. Ir-riżenja ta' Joe Cassar ma naħsibx li tħallilu wisq alternattivi. Billi jkaxkar saqajh mhu se jsolvi xejn. Carmel Cacopardo huwa Viċi Chairman ta' Alternattiva Demokratika http://carmelcacopardo. wordpress.com , cacopardocarm@gmail.com Carmel CaCopardo "Ikun ħafna iktar għaqli kieku l-Prim Ministru jippubblika immedjatament ir-rapport kollu (u mhux biċċiet minnu kif jaqbel) u jieħu passi immedjati dwar dak li jirriżulta mir- rapport" Ritratt: Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 08 Novembru 2015