Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/598353
24 illum | Il-Ħadd 08 ta' Novembru 2015 L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Ittri GO plc: Etika tan-Negozju dubjuża? minn R. Naudi - PRO MAGOSIA B'referenza għall-ittra li ntbagħtet bid-data tal-1 ta' Ottubru mill-kumpanija tat-telekomunikazzjoni kwotata fuq il-Borża ta' Malta l-GO plc (eks Maltacom u eks TeleMalta), wieħed jistagħġeb kif mingħajr ma jistaqsu qabel lill-abbonati u jivverifikaw li ngħataw l-awtorizzazzjoni, jaqbdu u jqiegħeduhom fuq tariffa iżjed għolja. Tariffa iżjed għolja li tibda tidħol fis- seħħ mill-bidu tal-2016, jekk l-abbonat ma jibgħatx javża li ma jridx ikompli bis-servizz b'tariffa għolja. F'isem il-Malta & Gozo Shareholders & Investors Association (MAGOSIA), nixtieq nuri wkoll id- diżappunt tiegħi li waqt li snin ilu, il-GO plc f 'Laqgħa Ġenerali Annwali jew tnejn kienet ħabbret li qed tinvesti biex ittejjeb il-konnettività fosthom tal-internet, dan f 'ħafna naħat ma kienx hemm is-servizz mistenni. Diżappunt doppju għal ħafna abbonati u azzjonisti. Tal-istagħġib hu kif wara li ntqal li bil-qsim fi tnejn tal- GO plc, suppost il-kumpanija marret aħjar, issa qed naraw żieda massiċċa fit-tariffa ta' servizz, li fl-era moderna sar wieħed li jista' jitqies essenzjali. Il-fatt li l-GO plc taqa' taħt iżjed minn regolatur wieħed, l-azzjonist u l-konsumatur m'għandux suppost jistenna iżjed protezzjoni minn prattiċi ta' negozju b'etika dubjuża? Ipokrezija Ambjentali minn Michael Camilleri, Birkirkara Il-lIBerTà tal-espressjoni u d-drittijiet demokratiċi f 'kull qasam tal-ħajja, qatt ma kienu fil-livell għoli li laħqu taħt il-Gvern laburista tal-lum. L-iskrutinju nazzjonali fuq il-proposta tal-proġett tal-Università Amerikana (AUM), f 'Wied il-Għajn, huwa l-iżjed esperjenza riċenti ta' din il-libertà wiesa' fi stat tal-aqwa livell demokratiku. Fil-proċess, kienu qegħdin jieħdu sehem partiti politiċi, għaqdiet ambjentali, il-knisja u diversi NGOs oħra. L-iżjed turija ta' oġġezzjoni kontra dak l-iżvilupp saret f 'forma ta' protesta organizzata mill-PN fuq il-post. F'dik l-attività, prinċipali kien hemm il- preżenza ta' MP popolari tal-Gvern stess, waqt li ġiet innotata l-assenza ta' persuni magħrufa u anke n-nuqqas ta' partit politiku, li kienu mistennija li jattendu. Id-deputata Laburista Marlene Farrugia attendiet u esprimiet dispjaċir għaż-żoni ODZ li nbnew mill-gvernijiet fil-passat, u appellat b'ħerqa biex l-AUM titla f 'sit alternattiv fl-istess reġjun, kif eventwalment sar b'mod parzjali. Kien rapportat li l-Prim Ministru għaraf dak id- dritt demokratiku espress mid-deputata Laburista. Din kienet l-isbaħ turija ta' demokrazija li ssaltan fil-Partit Laburista, li jifhem l-awtokritika u jipproteġi fi ħdanu lill-membri tiegħu li jikkritikawh. Dr. Godfrey Farrugia kiem MP Laburista ieħor li wera opinjoni kuntrarja għall- bini f 'żoni ODZ, tant li qal li, "l-PN għandu jitlob maħfra għal hafna sagrileġġi ambjentali li wettaq meta kien fil-Gvern." Fil-fatt, l-Onor. Farrugia, m'attendiex għall-protesta li kienet saret, u qal li ma jopponix l-iżvilupp, imma biss li ma jridx li jsir kollu f 'ODZ. Għall-mistoqsijiet ripetuti tal-ġurnalisti, wera tama u nsista li se jinstab post ta' kompromess għall-proġett. Il-proposta ta' dan il- proġett tat opportunità lill- Partit tal-AD biex applika l-libertà tal-espressjoni tal-partiti politiċi b'mod intelliġenti. Bħalma dejjem għamel, il-partit ikkundanna bla riżervi l-bini f 'żoni ODZ, imma ma pparteċipax fl-imsemmija protesta organizzata mill-PN. Anzi, meta mistoqsi mill- ġurnalisti, l-kelliem tiegħu, Cacopardo qal li l-AD ma jiħux parti f 'dik l-attività, u enfasizza li hu, "ma jikkampanjax ma' min huwa ipokrita." Minbarra li jikkumplimenta l-appell tal-Onor. Godfrey Farrugia dwar is-'sagrileġġi ambjentali tal-PN', dan il-kliem iebes tas-Sur Cacopardo jpoġġi lill- PN fl-iżbarra mal-passat ambjentali maħmuġ ta' gvernijiet nazzjonalisti. Allura, fl-attività tal-PN fiż-Żonqor li saret ftit tax- xhur ilu, ħareġ element ta' intenzjoni mħallta kontra l-bini fl-ODZ ta' Wied il-Għajn, fid-dawl tad- disponibbiltà tal-gvern demokratiku għall-proposti ta' sit ta' kompromess fl- istess reġjun. Dakinhar, ġiet ukoll konfermata realtà ta' settur imdaqqas tal-poplu preokkupat mill-attitudni ipokrita tal-PN li jilgħab bil-politika ambjentali skont l-eżiġenzi partiġġjani tiegħu. Agħar milli ħammġu l-ambjent b'impuritajiet kimiċi u tossiċi u bini illegali, tal-PN qegħdin inittnuh iżjed bil-politika ambjentali ipokrita preżenti tagħhom. Il-protesta tal-PN ffiż-Żonqor