Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/598353
Il-Ħadd 08 ta' Novembru 2015 | illum 27 Aquarius - Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Ġejjin jiem fuq ix-xogħol fejn int trid tagħraf jekk għandekx tibqa fejn int jew tibda ħidma f'post ġdid li qiegħed jiġi offrut lilek. Jekk din għadha ma seħħitx, se sseħħ fil-ġimgħat li ġejjin. Id-deċiżjoni għandha tkun tiegħek. Huwa tajjeb li tieħu parir, imma ftakar li ħadd mhu se jgħidlek aħsel wiċċek biex tkun aħjar minni. Aħseb u rrifletti se. Bidla tkun tajba, imma irrifletti! Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 19, 20 u 38. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma isfar, abjad u blu. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Ħolma li ħlomt dwar okkażjoni li int war- rabt, ħa ttik x'wieħed jifhem meta din ħa tiġi fir-realtà. Għalhekk, għandek iċ-ċans li ma tgħaġġilx, għax fil-fatt, għalkemm int taħseb li din mhix xi okkażjoni li tagħtik xi opportunità, fil- fatt se tkun l-oppost u toffrilek dak li int ma tistenniex, u din hi t-tagħlima għalik, li għandek tirrifletti sew fuq ħolm li jagħtuk xi forma ta' messaġġ. Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom in- fushom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 12, 22 u 34. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Bħalissa tinsab imwaħħal fuq dak li tista' tagħmel. Tibdil jinħass li ġej madwarek u dan it- tibdil jaf jaffetwak ma' ċirku kollu li int għandek. Però, qiegħed tibża' li timxi ma' dawn it-tibdiliet li ġejjin. Tibżax, dawn it-tibdiliet ġejjin għall-ġid tiegħek. Ħadd ma jaċċetta ċertu tibdil għax fejn qiegħed jaf, imma fejn ikun sejjer le. Għalik, dan huwa pożittiv u ħa tkabbar aktar lilek. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 16, 26 u 32. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Bħalissa għaddej ħafna thewdin u hsibiijeiet dwar xi ħaġa ħażina li tista' tkun ġejja. Huwa veru li kellek xi diżappunti matul iż-żmien imma li tibqa' taħseb dwar dan, mhux jagħmillek tajjeb. Fil-fatt, jekk int tkun aktar kalm, ġejjin affarijiet ferm ta' sodisfazzjon għalik, u se tgħid miegħek innifsek, għalfejn kont tant negattiv. Agħraf imxi minn dak li ġej ħalli tagħraf iżjed. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 15, 24 u 39. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Kurrenti li qegħdin jinqalgħu kontra tiegħek, għandhom jagħtuk aktar kuraġġ biex int tkompli tavvanza 'l quddiem. Huwa minnu li bħalissa, is-sitwazzjoni qisha qed tkun kontra tiegħek, imma dan huwa eżami sabiex int, bħal dejjem turi l- abbiltà tiegħek u tikkumbatti dak kollu li qiegħed jinxteħet kon- tra tiegħek. Din hi l-mewġa li int trid tgħeleb, b'abbiltà kbira. Ftakar li kull telgħa hi iebsa. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 13, 27 u 33. Kuluri favoriti ma' Gemini huma isfar, oranġjo u blu. Cancer - Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Kemm huwa sabiħ li jkollok dar lussuza, karo- zza mill-aħjar, partner tal-ħolm tiegħek. Dan kollu jista' jiġri imma int trid taċċetta dak li hemm, u li għandek bħalissa. Hi barka li int għaddejja minn sitwazzjoni li int tagħraf x'hemm tajjeb u x'hemm ħażin għalik. Minn hawn, int taf tagħti deċiżjoni aktar għal dak li ġej, imbagħad wara dan, dawk ix- xewqat jibdew jitwettqu wkoll. Agħraf. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 7, 13, 27 u 39. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad , blu u isfar. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Xi kultant, tagħaddi minn esperjenza fejn int tgħid ġewwa fik, 'Imma jien din ġa għaddejtha qabel.' Dawn huma sitwazzjonijiet fejn għandek ċertu abbiltà li ċertu problemi u sitwazzjonijiet li jkunu ġejjin għandek ċans tilqa' għalihom. Bħalissa, ġa riesqa sitwazzjoni u diġà hemm fik ċertu emozzjoni. Għalhekk, agħraf minn qabel ħalli int dejjem tkun tarġa quddiem dak li jiġi għalik. Leo huma magħrufin kemm huma umli. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 16, 29 u 30. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u deheb. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Set- tembru Bħalissa qiegħed taħseb li mintix qiegħed tajjeb fil-komunikazzjoni tiegħek, peress li hemm xi persuna madwarek li mhix thifmek. Għalkemm int persuna organizzata ħafna, bħalissa int trid ittejjeb iktar lilek innifsek. Żomm f'moħħok li int kapaċi tadatta lilek innifsek għal kull sitwazzjoni li tiltaqa' magħha. Għalhekk, dur ftit iktar madwarek ħalli ttejjeb il-livell tiegħek. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 18, 28 u 38. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ot- tubru Int dejjem taspira li l-ħolm li toħlom tagħmlu reali. Sfidi li int taffaċċja jagħmluk aktar b'saħħtek, imma riesqa fażi f'ħajtek fejn trid tagħraf aktar lilek innifsek. Il-personalità tiegħek trid tagħraf li mhux bilfors il-ħajja hi single. Il-biża' ta' xi forma ta' relazzjoni m'għandhiex tkun aktar. Kollox ma' kollox, int persuna li jekk issib dak li int tixtieq, tħossok qiegħed sod u pożittiv. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 9, 17, 29 u 33. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu , aħdar u abjad. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Għaddej minn fażi ta' ħafna pressjoni u stress, u tlift il-ħajja ta' madwarek. Wasal iż-żmien li tieqaf ftit, tieħu break. Mhux bilfors tieħu vaganza, imma trid tieqaf ftit ħalli terġa tieħu dik l-enerġija. Jekk se tibqa' sejjer kif int, ġejjin problemi madwarek. Għal dan allura għandek tilqa' ħalli jingħata spazju għal dak li hu ta' rilassament. Qassam il-jum tiegħek aħjar u sib ħin għalik. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 12, 23 u 39. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat- 22 ta' Diċembru L-inċertezza tiegħek li qiegħda tinħoloq fir-relazzjoni mal-partner tiegħek, qiegħda toħloq ħafna tensjoni. Wasal żmien li tpoġġu mal-mejda u taraw flimkien x'hemm li mhux qed jaħdem. Jekk dan mhux se jsir, is-sitwazzjoni ta' bejnietkom ħa tkabbar il-problemi. Mhux iż-żmien li dan ikun, għax l-oppor- tunitajiet li jistgħu jiġu madwarkom, tafu titilfuhom minħabba l-inkwiet ta' bejnietkom. Sagittarius huma maghrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 18, 22 u 35. Kulur favorit ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Ħabib antik li kien parti mill-ħajja tal-passat tiegħek, jagħmel kuntatt sorpriż miegħek li jaf ikun ta' bżonn aktar milli taħseb int. Għalkemm forsi kien hemm xi mumenti diffiċli fil- passat bejnietkom, l-affarijiet u issa qegħdin f'toroq differenti. Però, ikun tajjeb għalik li titkellem ħalli għoqda li kellek, tinħall u l-pożittività tal-ħbiberija, tkun waħda aħjar biex tirrifletti dwarha. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 16, 28 u 39. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, vjola u blu. L-Oroskopju Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal- ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... 20% skont għall-qarrejja meta jippreżentaw dan ir-riklam Id-dar il-ġdida Albert u Sabrina, koppja li bħal kull koppja oħra, iltaqgħu bdew ħbiberija, u aktar ma għadda żmien, aktar draw il-kumpanija ta' xulxin, nibtet l-imħabba u għażlu li jippjanaw għal żwieġ u dar tal-ħolm. Din il-ġrajja bdiet f 'Lulju tas- sena 2007 meta bħala koppja, bdew ifittxu dar, u Albert beda xi kultant jaqta' qalbu li jsibu din id-dar kif xtaqu huma. Iddur u ddur, fl-aħħar sabu dak li xtaqu. Din id-dar kellha problema żgħira għaliex kienet maqtugħa mill-kumplament tar-raħal, u kienet viċin ħafna tal-kampanja. Sar il-ftehim, u inxtrat. Saret ukoll id-data taż-żwieġ u bejn xi rtokki ġodda fid-dar u sitwazzjonijiet oħra, sa fl- aħħar wasal l-ewwel lejl f 'din id-dar. Waqt li Albert kien qed jieħu banju, Sabrina bdiet issajjar u hi bdiet tħoss bħal żiffa friska ddur magħha, meta fil-kċina ma kien hemm l-ebda tieqa miftuħa. Għall-ħabta tas-1.30 ta' filgħodu, iż-żiffa friska bdiet iddur, u din id-darba magħhom it-tnejn fil-kamra tas-sodda. U aktar ma beda jgħaddi l-ħin, aktar Albert beda jħossu ħażin. Fil-fatt, tant beda jħossu ħażin li n-ngħas kien tarlu u kellu lejl ħażin ħafna. Is-sitwazzjoni fid-daar bdiet kulma tmur, tmur għall-agħar, tant li ma bdewx iħossuhom komdi. Wara xi ġimgħat jesperjenzaw ċertu affarijiet, Albert beda jagħmel riċerka dwar din id-dar, fejn kulma kien jaf hu li d-dar kellha mas- 60 sena. Imma meta daħal sew fir- riċerka, irriżulta li din id-dar kienet diġà teżisti aktar minn 150 sena ilu, imma kienet ġarrbet ħsarat kbar minħabba ħruq, u reġgħet ġiet irranġata għal dak li hi llum. Issa bħal donnu wara li sar jaf b'dan, is-sitwazzjoni marret għall-agħar. Malli kien jersaq lejn martu, kien jibda jħossu ħażin. Ovvjament, beda jaħseb ħażin fih innifsu u mar jara speċjalista, imma ma rriżulta xejn ħażin fih. Imma sitwazzjoni marret ħażin ħafna meta waqt li hu u martu kienu tilgħin dan it-taraġ, hu mar jgħannaq lil martu, bhal xi ħaġa daħlet bejniethom u bħal imbuttatu 'l isfel. Ovvjament, hu waqa' u sofra xi ġrieħi, u minn hawn, is-sitwazzjoni ħadet xejra oħra. Min jixtieq jaqsam xi esperjenza, fejn inżommu s-segretezza tal-identità, għandkom tikkuntattjaw lil PaulJon fuq 99013600 / 79495804 jew email fuq pauljon. aquilina13@gmail.com.