Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/598353
28 illum | Il-Ħadd 08 ta' Novembru 2015 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Provision of Training : ITIL Intermediate - Service Lifecycle: Service Operation Module – T087/15 Data ta' ħruġ: 3 ta' Novembru 2015 / Data ta' għeluq: 23 ta' Novembru 2015 TIL Intermediate - Service Capability Module Release, Control and Validation – T088/15 Data ta' ħruġ: 3 ta' Novembru 2015 / Data ta' għeluq: 23 ta' Novembru 2015 VMware V6 Install, Congure and Manage - T089/15 Data ta' ħruġ: 3 ta' Novembru 2015 / Data ta' għeluq: 25 ta' Novembru 2015 RED HAT Version 7 Certied System Administrator - T090/15 Data ta' ħruġ: 3 ta' Novembru 2015 / Data ta' għeluq: 25 ta' Novembru 2015 CWNA – Certied Wireless Network Administrator – T091/15 Data ta' ħruġ: 3 ta' Novembru 2015 / Data ta' għeluq: 27 ta' Novembru 2015 Agile Programme and Project Management – T092/15 Data ta' ħruġ: 3 ta' Novembru 2015 / Data ta' għeluq: 27 ta' Novembru 2015 Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jieħdu nota għall-workshops li jiġu organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training (CDRT), It-Telgħa Ta' Sa Maison, Il-Furjana FRN1610. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunita sabiex jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI Kummerċjali It-Tazza tad-Dinja tar-Rugby, it-tema tal-ġimgħa tal-apprezzament tal-Istaff ta' DHL Express HEKK kif it-Tazza tad- Dinja tar-Rugby waslet fil-qofol tagħha fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, l-istaff kollu ta' DHL Express f 'Ħal Luqa (62 impjegat u maniġers) ħadu l-opportunità jgħixu l-finali eċitanti billi kellhom it-tieni Ġimgħa ta' Apprezzament tal-Istaff din is-sena bit-tema ta' RWC2015 wara dik li saret f 'April. Fl-ewwel jum tal-ġimgħa ttieħdu ritratti ta' kull dipartiment u l-għada kien hemm żjara minn promoturi ta' energy drink. F'nofs il- ġimgħa kien hemm Hot Dog Day, billi issajru hot dogs fejn l-uffiċċju u dawn ġew servuti lill-istaff waqt il-break tagħhom. Kompetizzjoni tal-kejkijiet bit-tema RWC2015 saret l-għada. Kien hemm ħames parteċipanti bir-rebbieħa tirċievi massage għal tnejn fi spa rinomata lokali b'xejn. Il-qofol tal-Ġimgħa ta' Apprezzament tal-Istaff kienet logħba ta' 7-a-side touch rugby li saret bl- għajnuna tal-Malta Rugby Football Union (MRFU) fil-post ta' taħriġ tagħhom il-Marsa. Il-plejer tat-tim nazzjonali Joseph Cutajar l-ewwel spjega r-regolamenti peress li l-maġġoranza tal- membri tal-istaff qatt ma lagħbu xi tip ta' rugby qabel. Wara marru u lagħbu l-lgħba, bir-riżultat jispiċċa 5-5. L-avveniment spiċċa b'majjalata. Il- membri kollha tal-istaff urew l-apprezzament u s-sodisfazzjon għall- attivitajiet li ġew organizzati. "DHL Express issa daħlu f 'relazzjoni b'saħħitha ħafna mal-MRFU u konna kuntenti li l-isponsor taż-żjara tat- tifel Malti li jilgħab ir-rugby għar-RWC2015 ix-xahar li għadda marret tajjeb ferm," qal Charles Schiavone, Country Manager Malta ta' DHL Express. "Allura meta avviċinajnihom bir-rikjesta tagħha biex inkomplu bit- tema ta' RWC2015 għat-tieni Ġimgħa ta' Apprezzament tal-Istaff, mill-ewwel aċċettaw." Iż-żewġ timijiet tad-DHL Express li lagħbu l-logħba ta' Touch Rugby L-ewwel kumpanija tal-Green Taxi f 'Malta F'KONFORMITÀ ma' dikjarazzjonijiet riċenti ta' Transport Malta, rigward il-promozzjoni ta' vetturi elettriċi u ċ-ċiklu attwali ta' konferenzi dwar l-elettromobilità li qed isir f 'Malta din il-ġimgħa, Greenr hija onorata li tħabbar il-bidu tal-ewwel kumpanija tat-taxis b'emissjoni żero f 'Malta. Bi flotta ġdida li hija 100% elettrika u tal-marka Nissan Leaf, Greenr hija l-unika kumpanija li topera l-green taxis madwar Malta. Dawn it-taxis b'emissjonijiet zero, ma jarmux sustanzi niġġiesa fit-toroq Maltin u l-ħoss tal-vetturi tagħhom huwa viċin iż-żero. Id- Direttur Maniġerjani tal-Kumpanija, Fabien Courtellemont qal: "Aħna kburin li qed nieħdu sehem fit-titjib tal-kwalità tal-ħajja lokali u għaldaqstant din hija l-aħjar motivazzjoni li nistgħu niksbu mix-xogħol tagħna." Dawn il-karozzi huma mgħammra b'WiFi u charger tal-mobajl kif ukoll huma fost l-aktar karozzi li jagħmlu l-inqas storbju u perfetti għall- vjaġġi kummerċjali. Is-Sur Courtellemont żied, "Aħna nemmnu li f 'Malta qed tikber dejjem aktar il- ħtieġa għal servizzi favur l-ambjent, u rridu ngħinu l-korporazzjonijiet involuti fl-iżvilupp sostenibbli sabiex jilħqu l-miri tagħhom." L-informazzjoni kollha rilevanti tista' tinstab fuq www.greenr.cab L-ewwel Green taxis f 'Malta