Illum previous editions

ILLUM 08 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/598353

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 39

Il-Ħadd 08 ta' Novembru 2015 | illum 35 Sports €10 miljuni investiti fi proġetti kapitali fil-qasam sportiv "Bħala SportMalta imbarkajna fuq ħidma sfieqa sa mill-ewwel ġranet ta' din il-leġislatura, li jkompli jikkonferma kemm verament dan huwa Gvern li ħadem u għadu għaddej bil- ħidma sabiex Malta jkollha l-Ekonomija b'saħħitha li bħala poplu tabilħaqq qed ingawdu bħalissa." Dawn kienu l-ewwel kliem tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius, waqt konferenza stampa li saret nhar it-Tnejn li għadda, fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera u li fiha ngħataw dettalji rigward diversi Progammi Sportivi, li SportMalta se tkun qed timbarka fuqhom, grazzi għas-somma allokata ta' xejn inqas minn €10 miljuni li ġew investiti mill-Gvern fi proġetti kapitali fi-qasam sportiv ġewwa pajjiżna. B'dan il-pass, SportMalta se tkompli tikkonsolida l-ħidma li bdiet f 'dawn l-aħħar sentejn u nofs. Is-Segretarju Parlamentari semma' speċifikament il-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali f 'Tal- Qroqq, li digà bdiet issirlu l-manutenzjoni għaliex tant kien tħalla fi stat diżastruż li kien hemm il-biżà li ssir xi traġedja, speċjalment minħabba d-Deck li kien tħalla fi stat xejn tajjeb. Il-Kumpless tal-Pixxina f 'Tal-Qroqq ma kienx l-uniku eżempju li semma' s-Segretarju Parlamentari, għaliex fil-kumplessi kollha kien hemm bżonn tax- xogħol sabiex dawn ikunu mmodernizzati jew estiżi, biex ikunu jistgħu jilqgħu d-diversi bżonnijiet tal- isportivi lokali. Tkellem ukoll il-Kap Eżekuttiv ta' SportMalta, Mark Cutajar, li elenka n-numru ta' proġetti li mistennija jsiru fl-2016 permezz ta' preżentazzjoni ferm dettaljata. Uħud minn dawn il-proġetti se jsiru fid-diversi Kumplessi Sportivi mxerrdin madwar Malta u Għawdex, filwaqt li oħrajn huma estensjoni tal-kumplessi eżistenti. Minbarra dan, hemm seba' proġetti oħra li jmorru lil hinn mill-faċilitajiet sportivi ta' SportMalta. Dawn huma l-jogging track f 'Ta' Qali u f 'Santa Luċija, l-ewwel fażi tal-bdil tal-court tal- basketball tas-Siġġiewi, ix-shooting range f 'Għawdex, il-kumpless tal-Judo f 'Pembroke, il-manutenzjoni fil-Padiljun tal-basketball f 'Ta' Qali u l-Kumpless Sportiv f 'Santa Venera. Mark Cutajar spjega li l-akbar xogħol se jkun qed isir fil-Pixxina Nazzjonali f 'Tal-Qroqq, fejn se jsir bdil tad-deck, fire alarm fil-plant room, manutenzjoni tal- boiler, bdil ta' dawl u pompi fil-plant room, changing rooms ġodda fil-West u East Block, hand rails tal-istands ġodda, grey water project u kanċell fl-east Block Car Park. Barra minn hekk se jkun qed isir avvanz u tiġdid fl-area tar-reception, waqt li kmamar oħra se jiġu attrezzati sew, għad-diversi programmi ta' SportMalta. Se tkun qed issir ukoll manutenzjoni tal-isquash courts u fannijiet ġodda fl-istess courts, kif ukoll manutenzjoni tas-sistema tas-CCTV eżistenti. Se jkunu qed jinfetħu wkoll uffiċji ġodda għan-National Anti-Doping Organistaion (NADO), u għall-Għaqda Ġurnalisti Sport (GĦĠS), waqt li se jitqiegħdu tmien starting blocks ġodda fil-Pixxina. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas se tkun qed tiġi ddedikata kamra ġdida għat- timijiet nazzjonai tal-għawm. Il-Kap Eżekuttiv ta' SportMalta, ta dettalji wkoll rigward xogħlijiet li se jkunu qed isiru fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, fejn se tinbidel l-art tas-sala prinċipali u l-boċċi dromo, waqt li se ssir estensjoni tal- istess kumpless. Se jsiru wkoll swali attrezzati għad-diversi konferenzi li jiġu organizzati f 'dan il-kumpless, waqt li se jsir titjib u avvanz fis-sistema tas-sound tal-kumpless. Se jsir ukoll xogħol fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa, fejn se ssir fence madwar il-pitches, warm-up track ġdida għall- atletika u dug-outs fejn ikunu jistgħu jiġu pprattikati bl-aktar mod xieraq iż-żewġ sports li kulma jmur qed jikbru fil-popolarità f 'pajjiżna - is-softball u l-baseball. Mark Cutajar ta dettalji wkoll rigward xogħlijiet li se jkunu qed isiru fil-Kumpless Sportiv ta' Ħal-Kirkop, fejn se jkun qed isir xogħol fuq il-pixxina u manutenzjoni taċ-changing rooms. Huwa semma' wkoll xogħlijiet li se jkunu qed isiru fl-Isports Hall tal-Università f 'Tal- Qroqq, fejn se jkun qed isir bdil tad-dawl waqt li se jinbidel il-boiler biex dawk l-isportivi li jinħaslu wara l-logħbiet li jkunu mpenjati fihom f 'dan il-kumpless isibu ilma sħun f 'kull ħin u f 'kull mument. Il-Kap Eżekuttiv ta' SportMalta sostna li din l-entità governattiva kienet ħasbet ukoll fil- gżira Għawdxija, hekk kif b'kollaborazzjoni mal-Gozo Sports Board, immexxi minn Alvin Grech, se tkun qed tiġi installata tinda ġdida fil-Gozo Shooting Range. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, indirizza lil dawk preżenti, iċ-Chairman ta' SportMalta, Luciano Busuttil, li rringrazzja lill-Gvern talli emmen fil-ħidma li qed tagħmel din l-entità sportiva, hekk kif fl-aħħar sentejn u nofs intwera biċ- ċar kemm l-impenn sħiħ tal-amministrazzjoni qed isarraf fil-frott mixtieq. Huwa spjega wkoll kif SportMalta mhux qed tieħu ħsieb biss il-faċilitajiet u l-iskemi sabiex taqdi aktar l-isportivi Maltin, imma xeddet libsa ġdida bl- isem ta' SportMalta. Skont hu dan mhux se jkun biss bdil fl-isem f 'dak li huwa iktar magħruf bħala re-branding, iżda se tkun qed tiġi nnutata bidla b'mod mill-aktar ċar, fil-mentalità u fil-kultura sportiva f 'pajjiżna, permezz tad-diversi programmi sportivi, li se tkun qed toffri SportMalta. Huwa kompla li dan mhux se jkun biss bdil kożmetiku iżda huwa wkoll rappreżentazzjoni tal-impenn u l-investiment li qed isir mill-Gvern fil- qasam sportiv f 'pajjiżna. Huwa għamel aċċenn ukoll għas-sit elettronoku l-ġdid ta' SportMalta, www.sportmalta. org.mt, li huwa wieħed faċli biex tużah. Dan biex kulħadd ikun jista' jkollu aċċess għall-informazzjoni wiesgħa, li SportMalta tkun qed tippubblika minn żmien għall-ieħor, għall-akbar ġid u benefiċċju tal-qasam sportiv ġewwa pajjiżna. Total ta' 35 benefiċjarju ta' skemi diversi ta' fondi ta' SportMalta Intant, xejn inqas minn 35 assoċjazzjoni sportiva li jinkludu atleti individwali bbenefikaw minn skemi ta' assistenza ta' SportMalta. L-għajnuna finanzjarja li kienet preżentata ftit tal- jiem ilu kienet marbuta mad-diversi skemi li toffri SportMalta, fosthom l-iskema tat-Turiżmu Sportiv. Waqt li indirizza lil dawk preżenti, Chris Agius aċċenna għall-miżuri li qed jittieħdu mill-gvern sabiex l-isportivi jkunu megħjuna. Huwa semma t-tnaqqis ta' rata tat-taxxa għall-atleti kollha u l-kowċis u r-rata anqas tat-taxxa tal-VAT fuq attivitajiet sportivi fosthom f 'gym memberships u fitness centres. Iċ-Chairman ta' SportMalta Luciano Busuttil aċċenna għall-ħidma li għamlu l-impjegati ta' SportMalta biex ma jħallux l-entità tkompli takkumula aktar dejn. Minn din is-sena din il-ħidma se tibda tħalli l-frott, hekk kif għall-ewwel darba wara diversi snin, SportMalta se tkun qed tagħmel profitt li jista' jerġa' jkun investit fl- isport lokali. L-Aġent Kap Eżekuttiv ta' SportMalta Mark Cutajar ta spjega dwar il-proċeduri l-ġodda sabiex wieħed jkun jista' japplika għall-assistenza filwaqt li aċċenna għall- ħinijiet ġodda li se jibda jopera SportMalta sabiex l-isportivi jkunu moqdija aħjar. Huwa semma' li dan huwa parti mir-rebranding tal-entità li tinkludi wkoll bdil fl-isem u website ġdida. Luciano Busuttil, Chris Agius u Mark Cutajar waqt il-konferenza stampa li fiha tħabbar investiment ta' €10m fi proġetti sportivi Chris Agius jippreżenta għotja lill-plejer Clayton Failla Ritratt - DOI - Clifton Fenech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 08 Novembru 2015