Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/598353
Il-Ħadd 08 ta' Novembru 2015 | illum 39 fil-handball lokali bħalissa Sports xi ħaġa faċli. L-ewwel tliet logħbiet kienu parti mill-istadju tal-gruppi u kellhom jiddeċiedu jekk kellniex nagħmluha għall-kwarti tal-finali. Fl-ewwel logħba kontra ċ-Ċina ma konniex nafu x'kellna nistennew, hekk kif qatt ma konna rajna jew smajna xejn rigward dan it-tim, u għalhekk morna għal din il- logħba mingħajr ma kellna l-ebda informazzjoni fuq l-avversarji tagħna. Wara l-ewwel taqsima konna qed nitilfu bl-iskor ta' 14-13. Ma naħsibx li konna qed nistennew dan l-iskor u dan tana l-motivazzjoni biex noħorġu b'saħħitna ferm fit-tieni taqsima. U fil-fatt irnexxielna nibnu vantaġġ ta' 7 gowls u bdejna nieħdu l-logħba b'mod leġġer, forsi striħajna wisq u l-logħba spiċċat b'rebħa marġinali ta' 29-28 favurina. Konna għadna kemm irbaħna kontra ċ-Ċina, u kulħadd kien ferm eċitat u kuntent! Fil-ġurnata ta' wara affrontajna lill-Moldova, li konna nafu li kienu avversarji diffiċli ħafna. Madankollu, jien xorta waħda għamilt minn kollox biex inżomm l-iskor viċin ta' xulxin, iżda tlifna bl-iskor ta' 47- 23. Iżda, il-fatt li jien spiċċajt bħala l-apwa skorer tal-logħba b'disa' gowls, ġiegħlni naħseb li tabilħaqq jien kont għamilt xogħli tajjeb ħafna. Fit-tielet ġurnata lgħabna kontra l-Irlanda li konna għelibnihom f 'logħbiet preċedenti, u għalhekk inżilna għal din il-logħba konxji mill-fatt li tabilħaqq stajna niksbu riżultat pożittiv. Il-logħba ntemmet 29-25 favurina u l-fatt li rnexxieli niskorja 12-il gowl għat-tim tiegħi ġegħelni nħossni tassew ferħan u kuntant. Kien irnexxielna nagħmluha għall- kwarti tal-finali. Wara dawk it-tliet logħbiet, kien bħal donnu li ħallejt ġismi warajja. Dan hekk kif dawn it-tliet logħbiet konsekuttivi kienu għejjewni ferm u kien għad fadlilna tliet logħbiet oħra x'nilagħbu. Kien imissna naffrontaw lil-Latvja li temmew fit-tieni post overall fit-tournament. Jien irnexxieli nilgħab tajjeb fl-ewwel taqsima fejn skorjajt ħames gowls għat-tim tiegħi, iżda eżattament wara, saħħti bdiet tħallini. Il-livell ta' fitness tagħna ma kienx daqs dak ta' timijiet oħra. Spiċċajna biex tlifna bl-iskor ta' 35- 14 kontra tim tajjeb ħafna, u meta wieħed jikkunsidra dan il-fatt, xorta waħda, inqis li dan kien riżultat tajjeb. Fil-ġurnata ta' wara, fil-konfront kontra l-Moldova, l-istorja kienet ferm simili għall-konfront ta' kontra l-Latvja, u tlifna bl-iskor ta' 33-19, iżda din id-darba rnexxielna nitilfu b'marġni ta' skor inqas u għalhekk konna għamilna avvanz. Is-sitt u l-aħħar logħba fissret it-tmiem tiegħi f 'dan it-tournament. Naħseb li lgħabt biss l-ewwel kwarta ta' din il-logħba, u mbagħad ma flaħtx aktar. Saħħti kienet ħallietni kollha, il-muskoli ta' jdejja kienu qed juġgħawni għax kont użajthom ħafna tul l-aħħar sitt ijiem. Spiċċajna fit-tmien post ta' dan it-tournament minn 16-il tim, li kollox ma' kollox jista' jitqies bħala riżultat pożittiv, meta saħansitra temmejna qabel pajjiżi kbar bħall- Gran Brittanja, li saħansitra kienu pparteċipaw fl-Olimpjadi ta' Londra. Jien irnexxieli niskorja total ta' 37 gowl matul dan it-tournament u spiċċajt biex kont l-aqwa skorer għal Malta f 'dan l-istess tournament. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-logħba li tant tħobb? Dan l-aħħar staġun u din l-aħħar esperjenza mat-tim nazzjonali wrewni li fadalli ħafna x'nitgħallem fil-logħba tal-handball u ħafna iktar x'intejjeb fil-livelli tiegħi f 'dan l-isport. Irrid nibda naħdem qatigħ għal darb'oħra biex insir plejer aħjar u forsi xi darba nikkompeti kontra dawn l-istess timijiet u nirbaħ aktar logħbiet. Twieled fl-10 ta' Lulju 1988 Plejer indispensabbli għall-Aloysians HC u t-tim nazzjonali tal-handball Spiċċa l-istaġun tal-Handball li għadda bħala l-aqwa skorer, u ġie vvutat bħala l-Most Valued Player, jiġifieri l-aqwa tal-kampjonat Beda l-karriera lokali ma' Kavallieri HC, qabel ingħaqad ma' Aloysians HC Alex Di Pilato "Irrid nibda naħdem qatigħ għal darb'oħra biex insir plejer aħjar u forsi xi darba nikkompeti kontra dawn l-istess timijiet u nirbaħ aktar logħbiet" Ritratti: Chris Mangion