Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/598353
8 illum | Il-Ħadd 08 ta' Novembru 2015 L-1 Sej!a pubblika g!al proposti ta' pro"etti li jaqg!u ta!t l-Fond ta' l-Asil , il-Migrazzjoni u l-Integrazjoni 2014-2020 Id-Divi!joni tal-Fondi u Programmi (MEAIM) b"ala l-Awtorita` responsabbli g"all-Fond g"all-Asil, il-Migrazzjoni u l- Integrazzjoni nhediet l-ewwel sej"a g"all-proposti tal-pro#etti li jaqg"u ta"t il-Fond g"all-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni fit-2 ta' Novembru 2015. Is-Sej"a Pubblika g"all-proposti ta' pro#etti li jaqg"u ta"t il-Fond g"all-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni se tiffoka fuq l- o##ettivi nazzjonali li #ejjin: L-O""ettiv Nazzjonali - Integrazzjoni Se jindirizza l-implementazzjoni tal-mi!uri ta' integrazzjoni fost i$-cittadini ta' pajji!i terzi bil-g"an li jir$ievu ta"ri# fil-lingwi u klassijiet ta' orjentazzjoni kulturali. Madwar %556,488 (EU 75% Rata ta' ko-finanzjament) ser ji#u allokati g"al din is-sej"a. Il-Benefi$jarji irridu jikkontribwixxu 25% tan-nefqa eli#ibbli u kwalunkwe spejje! inelli#ibbli. L-O""ettiv Nazzjonali – Ritorn Se jindirizza l-implementazzjoni ta' mi!uri ta' ritorn volontarju kif ukoll g"ajnuna g"al ri-integrazzjoni, ta' persuni li g"andhom status ta' refu#jat jew ta' protezzjoni o"ra kif ukoll dawk li applikaw g"all-asil. Madwar %937,500 (EU 75% Rata ta' kofinanzjament) ser ji#u allokati g"al din is-sej"a. Il-Benefi$jarji irridu jikkontribwixxu 25% tan-nefqa eli#ibbli u kwalunkwe spejje! inelli#ibli. Il-Programm Nazzjonali li jelenka fid-dettal l-o##ettivi nazzjonali jista' jitni!!el fuq il-link li #ej: https://eufunds.gov.mt/en/EU%20Funds%20Programmes/Migration%20Funds/Pages/AMIF-2014-2020.asp Dokumenti li je"tie#u li ji#u imni!la u mibg"uta b"ala kopja stampata lid-Divi!joni tal-Fondi u Programmi sa nofsinhar tas-27 ta' Novembru 2015 jistg"u jinstabu fil-link li #ej: http://eufunds.gov.mt/en/EU%20Funds%20Programmes/Open%20Calls/Pages/1st-Call-for-Project-Proposals-for-Integration-and- Return-Measures.aspx Fil-11 ta Novembru 2015 ser issir laqg"a ta' informazzjoni biex tg"in lil applikanti biex jiktbu l-proposti tag"hom. Persuni interessati g"andhom ini!!lu il-formola ta' re#istrazzjoni mill-link t'hawn fuq u jibg"atuha lil: (fpd.meaim@gov.mt) mill-aktar fiss possibbli. Programm !enerali Solidarjeta` u !estjoni ta' Migrazzjoni (2007 – 2013) Dan l-avvi" huwa m#allas mill-Fondi tal-Unjoni Ewropea Fond g�all-Fruntieri Esterni (FFE), Fond Ewropew g�ar-Refugjati (FER), Fond Ewropew g�ar-Ritorn (FRT), Fond Ewropew g�all Integrazzjoni ta' �ittadini ta' Pajji�i Terzi (FI) Programm Anwali 2013 Rata ta' kofinanzjament: 100% Fondi UE – Assistenza Teknika !estjoni Sostenibbli ta' Migrazzjoni Aħbarijiet Ġnien Bibliku: Mimli siġar li jissemmew fil-Bibbja Fuq l-inizjattiva tal- Europe Direct Information Centre tal-Belt Victoria, f 'kollaborazzjoni mal- uffiċċju tal-Parlament Ewropew f 'Malta u s-Santwarju Ta' Pinu, fil-5 ta' Novembru 2015 ġie inawgurat fuq l-Għolja Ta' Għammar, f 'Ta' Pinu, Ġnien Bibliku bħala parti minn proġett kofinanzjat mill- unjoni Ewropea bl-isem Get into nature – Plant a tree. 42 siġra tal-ħarrub, rummien u t-tin ġew imħawla qrib ir-Raba' Stazzjon tat-Triq tas- Salib fuq din l-għolja. Dawn huma kollha siġar imsemmija fil-Bibbja. Dun Gerard Buhagiar, Rettur tas-Santwarju Ta' Pinu, tkellem dwar il-proġett ippjanat għal madwar is- Santwarju, li jinkludi wkoll ċentru għall-viżitaturi u spazju għat-talb fuq iz-zuntier. L-istess Ġnien Bibliku jista' jitgawda mill-pubbliku li qalb il-ħemda u l-ġmiel tan-natura jiġi megħjun jirrifletti u jitlob fis-skiet. Għaċ-ċerimonja kienu preżenti Peter Agius mill- Uffiċċju Malti tal-Parlament Ewropew, Joseph G. Grech mill-Kamra Għawdxija tal- Kummerċ, Victor Galea mill- Kulleġġ ta' Għawdex, Anthony Zammit minn EkoGħawdex, u Dun Gerard Buhagiar mis- Santwarju Ta' Pinu, li lkoll taw messaġġi qosra u ħeġġu lill- istudenti preżenti biex jieħdu ħsieb l-ambjent. Fost il-mistiedna kienu preżenti wkoll Sindki u membri mill-Kunsilli Lokali tal-Fontana, l-Għasri, Ta' Kerċem, in-Nadur u x-Xewkija. It-tfal tal-Iskola Primarja tax-Xagħra, bl- għajnuna tal-għalliema tagħhom, sebbħu ċ-ċerimonja b'kant u qari dwar l-ambjent. Hu ttamat li bosta oħrajn jitħajru joffru l-għajnuna tagħhom biex tiġi ffinanzjata parti oħra minn dan il-proġett sabiħ. Santwarju Ta' Pinu/Europe Direct Information Centre Jitħabbru s-sitt lokalitajiet il-ġodda għat-tħaddir tal-komunitajiet METa l-Ministru għall- Iżvilupp Sostenibbli, ambjent u Tibdil fil- Klima, Leo Brincat kien qed iżur il-lokalità ta' Birkirkara biex jara b'għajnejh ix-xogħol li sar mill-Kunsill Lokali għat- tħaddir tal-komunitajiet, skont il-miżura tal-Baġit 2015, ħabbar is-sitt lokalitajiet f 'Malta u Għawdex li se jgawdu minn din il-miżura. Dawn huma Bormla, Ħ'Attard, San Ġwann, Birżebbuġa, Santa Venera u x-Xewkija f 'Għawdex. Huwa żied jgħid li kemm ilha li daħlet fis-seħħ din il-miżura, l-allokazzjoni sħiħa sal-lum telgħet għal madwar nofs miljun ewro u kienu 15-il komunitajiet li gawdew jew ser igawdu minn dan il-proġett pilota sat-tmiem is-sena finanzjarja ġdida. Il-Ministru Brincat qal li dan il-proġett pilota mhux biss kiseb suċċess, iżda kienu bosta dawk il-Kunsilli Lokali li wrew interess li jiġu kkunsidrati biex igawdu minn skema simili. Qal ukoll li l-akbar sodisfazzjoni li ħa kien li kien hemm saħansitra lokalitajiet li użaw riżorsi addizzjonali kemm minn fondi tagħhom stess u kemm permezz ta' sponsorships li kisbu biex ikomplu jestendu skema simili fil-lokal tagħhom. "Filwaqt li se tibqa' l-mira aħħarija tal-Gvern li jippjana biex din il-miżura tinbidel minn waħda pilota għal waħda nazzjonali, il-Gvern se jistudja l-possibbiltà li tiddaħħal skema supplimentari biex ikun hemm arranġamenti għaż-żamma ta' dawn il-pjanti fil-kundizzjoni xierqa li hemm bżonn tul is-snin," sostna l-Ministru Brincat. Min-naħa l-oħra, huwa wera d-diżappunt tiegħu li minħabba nuqqas xieraq ta' sens ċiviku kien hemm min ivvandalizza ħidmiet simili, kif ukoll oħrajn li ħallew dawn il-pjanti mitluqin minħabba dak li sejħu nuqqas ta' riżorsi xierqa. Temm jgħid li t-tħaddir tal-komunitajiet flimkien mal-immaniġġjar tal- iskart, għandhom ikunu prijorità f 'kull belt u raħal Malti, ferm qabel ħidmiet oħrajn li jistgħu faċilment isiru jew jittellgħu minn entitajiet oħrajn. Il-Ministru Leo Brincat waqt li kien qed iżur il-lokalità ta' Birkirkara