Illum previous editions

ILLUM 15 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/601596

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 39

18 illum | Il-Ħadd 15 ta' Novembru 2015 B osta avvenimenti, f 'dawn l-aħħar ġimgħat, juru kemm hi fraġli d-demokrazija. Xtaqt nikteb fuq il-martirju ta' Pariġi imma nagħżel li nagħmel dan darba oħra meta l-affarijiet ikunu kkalmaw. Ħa nieħu r-riżenja ta' Joe Cassar. Karriera li possibilment kien baqala futur, intemmet wara li Joe Cassar assuma r-responsabilità politika għas-sitwazzjoni li ġiet żvelata fil-pubbliku, irrispettivament minn jekk dak li wettaq kienx legali jew le. Dan wara li persuna li kienet qrib tagħha żvelat li kienet ħallset għal xi xogħlijiet fid-dar ta' Cassar. Jekk għalxejn, Cassar żbalja li kien inġenwu wisq. Kull professjonist jiżbalja jekk ma joqgħodx attent mill-ħsara li jistgħu jwettqulu l-klijenti tiegħu. Personalment, naħseb li tali ħsara tiżboq dik li tista' tagħmillek il- parti l-oħra. Wieħed irid iżomm ċerta distanza mill- klijenti għaliex illum ħbieb, imma mhux neċessarjament għada. Ferm faċli li r-rapport jiddeterjora u wara l-ħbiberija u l-intimità, taqa' l-bruda, jekk mhux ukoll tibda tirrenja l-ostilità. U meta jiġri hekk, stenna li jiġri bħalma jiġri bejn l-eks miżżewġin. Probabbilment, bejn Cassar u Gaffarena ġara xi ħaġa hekk: Gaffarena kien jappoġġja politikament lil Cassar bħalma appoġja wkoll politiċi oħra Nazzjonalisti fil-passat. Bħala quid pro quo, kien jitlob l-intervent ta' Cassar bosta drabi f 'affarijiet biex jissupera l-ostakli tal- burokrazija fil-bosta intriċċi li kellu. Cassar kien jagħmel mill-aħjar biex jgħinu u Gaffarena offra li jħallas għal xi xogħlijiet fid-dar ta' Cassar biex jikkumpensah għal din l-għajnuna. Cassar aċċetta jew ma rreżistiex tali offerta għax ħass li kien dovut tali kumpens għall- għajnuna li kien qed jagħti lil Gaffarena. Jidher li l-linja bejn il-pubbliku u l-privat spiċċat irrimedjabilment. Gaffarena kisirha man-Nazzjonalisti għaliex ma rnexxielhux jiftaħ il-pompa tal-petrol li bena mingħajr il-permessi meħtieġa f 'Ħal-Qormi. Jidher li f 'mument partikolari, kien intlaħaq ftehim mal-MEPA li l-permess jinħareġ jekk Gaffarena jwaqqa' sular li kien bena bla permess. X'kien ir-rwol ta' Cassar f 'din il-kwistjoni mhux magħruf. Imma huwa evidenti li kien hemm ħafna fin-nofs. Madankollu, Gaffarena webbes rasu u ma riedx li jwaqqa' xejn minn dak li bena illegalment. U l-permess baqa' ma ħariġx u Gaffarena qorob ħafna lejn il-Partit Laburista. Insomma kif poġġiha dan l-aħħar xi ħadd, beda jixtri minn ħanut ieħor minflok dak li kien ilu jixtri fih għal ħafna snin! Meta nbidel il-gvern, il- MEPA deherilha li għandha tapprova permess proviżorju li suppost ikopri biss il- partijiet tal-bini li nbnew regolarment. Ir-rapport bejn il-familja Gaffarena u l-PN kompla jiddeterjora wara li ħareġ fil-pubbliku s-sehem ta' Mark Gaffarena fix-xiri da parti tal-gvern ta' nofs sehem indiviż ta' palazz fi Triq iż-Żekka. Wara bosta akkużi ta' korruzzjoni u sejħiet għar-riżenja tas- segretarju parlamentari li approva x-xiri ta' dan in-nofs is-sehem indiviż, kien il-mument opportun li Gaffarena jikxef l-għajnuna 'spontanja' li kien ta lil Joe Cassar. U Cassar għażel li jagħlaq kwistjoni li ċertament kienet, jekk xejn, imbarazzanti għalih b'li jwettaq ġest onorevoli u rriżenja minn deputat parlamentari. Naħseb li din kienet l-ewwel riżenja minn deputat minn mindu Lino Gauci Borda rriżenja. F'pajjiżna, il-kultura tar-riżenja ma tantx hi f 'saħħitha. Hija sinjal ta' maturità kbira li wieħed jirrikonoxxi n-nuqqasijiet tiegħu, anke jekk mhux ta' relevanza penali, u jaċċetta r-responsabilità politika tal-azzjonijiet tiegħu. Imma xorta jibqa' l-fatt li din l-istorja tesponi l-vulnerabbiltà tal- istituzzjonijiet demokratiċi tagħna. Negozjant eżerċita għal żmien twil influwenza fuq politiku, għasar kemm felaħ din l-influwenza, offrielu favuri li l-politiku forsi ħaseb li kien leċitu jaċċetta minħabba l-għajnuna li kien qed jagħtih, u meta kien komdu u konvenjenti għalih, remieh lill-klieb. M'għandix dubju li din is-sitwazzjoni ma' kinetx partikolari għal Joe Cassar u li matul iż-żmien kien hemm bosta politiċi oħrajn f 'sitwazzjoni simili. Sitwazzjoni li wieħed ikun inġenwu jekk jaħseb li ma setgħetx ma kinetx skomda għall-politiku, jekk mhux addirittura ta' rikatt. U minn hawn titnissel il-vulnerabilità tad-demokrazija, l-intralċ bejn l-interessi partikolari u d-dinja politika u kif dik tal-ewwel tinfluwenza l-evoluzzjoni ta' dik tal- aħħar. Tali intralċ imur lil hinn minn politiċi individwali. Anke l-partiti m'humiex sajma minn dawn it-tip ta' influwenzi. L-organizzazzjoni politika tirrikjedi riżorsi konsiderevoli u dawn mhux dejjem jistgħu jinġabru mill-attivisti, mit-tesserati u mill-organizazzjoni ta' attivatijiet politiko- soċjali. Li jinkwetak huwa d-donazzjonijiet li jista' jkun hemm minn individwi u kumpaniji li jagħtu donazzjonijiet lill-partiti u lill-politiċi imma mbagħad jistennew favuri meta l-individwu jew il-politiku huwa fil-poter. Naħseb li diġà sar pass fid-direzzjoni t-tajba bl-adozzjoni tal-Att dwar il-Finanzjament tal- Partiti Politiċi li jipprojbixxi donazzjonijiet anonimi li jaqbżu € 500 waqt li partiti ma jistgħux jirċievu donazzjonijiet li jaqbżu € 25,000 mill-istess sors f 'sena kalendarja. Filwaqt li din il- liġi ma timponix limitu fuq l-infiq minn partiti politiċi waqt kampanja elettorali, kandidati parlamentari issa jistgħu jonfqu sa €50,000 fl-elezzjoni tal-parlament ewropew u sa € 20,000 fl- elezzjoni ġenerali minflok il-limitu redikolu ta' €1,433 li kien hemm (u li wieħed jiddubita kemm kien qed jiġi osservat meta wieħed jisma b'min nefaq anke miljun ewro biex jirbaħ siġġu). Din il-problema tal- finanzjament tal-partiti politiċi u tal-politiċi mhix xi ħaġa partikolari għal Malta imma hawn Malta probabbilment tinħass aktar għaliex il-partiti m'għandhom l-ebda finanzjament pubbliku filwaqt li d-deputati parlamentari għandhom onorarju tassew baxx u s-salarju tal-ministri ma jirriflettix ir-responsabilità tal-inkarigu tagħhom. Dan kollha stedina għall-inkwiet. Ministru li jaħdem daqs bagħal, irid jiddeċiedi dwar kwistjonijiet ta' miljuni kbar ta' ewro u mbagħad jitħallas anqas minn €50,000 fis-sena faċli jaqa' fit-tentazzjoni. U għalkemm dan mhux sew, ma naħsibx li min jiċħad li dan jista' jseħħ ikun sinċier. Sfortunatament, ir- rimunerazzjoni tal- parlamentari u tal-ministri kienet ballun politiku fil-passat u l-Partit Laburista għasar kemm felaħ il-mod goff kif il-gvern ta' Gonzi żied ir-rimunerazzjoni tal-ministri u kien qed jopproponi li jiżdied l-onorarju tal-parlamentari. Illum li qiegħed fil- gvern, il-problema tal- onorarju parlamentari qed isolvieha b'metodu xejn kostituzzjonali b'li jagħti karigi eżekuttivi lill-parlamentari. B'hekk qiegħed jimmina d-demokrazija parlamentari b'mod ferm serju. Imma l-ministri jkollhom jistennew sal-elezzjoni li ġejja sakemm jieħdu żieda. Ir-riżultat hu li hemm deputati li bejn onorarju parlamentari u inkarigi fl- eżekuttiv idaħħlu aktar milli jaqilgħu l-ministri. Jekk dan hu normali, verament jiena iswed. L-elettorat irid japprezza li min jirrappreżentah u jmexxih għandu jkun ikkumpensat adegwatament għall-ħidma tiegħu u r-responsabilità li jġorr. Min ikompli jistrumentalizza din il-kwistjoni għal skopijiet purament popolistiċi qajla Il-Fraġilità tad-Demokrazija Joe ellis Opinjoni "Cassar żbalja li kien inġenwu wisq. Kull professjonist jiżbalja jekk ma joqgħodx attent mill-ħsara li jistgħu jwettqulu l-klijenti tiegħu" "Hija sinjal ta' maturità kbira li wieħed jirrikonoxxi n-nuqqasijiet tiegħu, anke jekk mhux ta' relevanza penali, u jaċċetta r-responsabilità politika tal- azzjonijiet tiegħu"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 Novembru 2015