Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/604905
12 illum | Il-Ħadd 22 ta' Novembru 2015 Feature 'Għadna m'aħniex avventurużi 'L-aħbarijiet huma 'monotoni' u d-drama fiha wisq biki imma xorta nħobbu dak in- naqra TV Malti' minn Albert Gauci Cunningham Il-MaltIn, xi ftit jew wisq, huma f 'relazzjoni ta' mħabba u mibgħeda fejn jirrigwarda l-istazzjonijiet tat- televiżjoni Maltin. Inħobbu mmaqqdruhom, intuhom mill-agħar, u nikkritikawhom imma iktar iva milli le, inħobbu nsegwuhom xorta. Il-perspettiva tal-kategoriji ta' nies li minnhom kien ifformulat ir-rapport bl- isem 'Il-Kwalità fix-Xandir televiżiv' tal-Professur Marilyn Clark u Joanna Spiteri, hija waħda imħallta bil-linja ġenerali tikkritika n-nuqqas ta' oriġinalità u avventura fil-mod kif nipproduċu, niddiskutu u nippreżentaw għat-tV. Punt ta' kritika fir-rapport hija lejn l-aħbarijiet lokali, li bosta jarawhom bħala 'monotoni'. "L-aħbarijiet ta' stazzjonijiet barranin huma iktar 'divertenti' għax dawk li jaqraw l-aħbarijiet jgħaddu kummenti li huma direttament relatati mal-istorja, xi ħaġa li turi li min qed jaqra l-aħbarijiet, fil-fatt, jaf l-aħbar sew. Min-naħa l-oħra dawk li jaqraw l-aħbarijiet Maltin huma xi ftit stirati." Hekk kien ikkwotat jgħid telespettatur fir- rapport, li forsi inkonxjament, fetaħ ferita ta' bosta ġurnalisti Maltin, speċjalment ta' dawk li jaħdmu mal-midja ta' xi partit politiku. Fil-PBS ma jistgħux isiru kummenti politiċi waqt il-qari Imma fil-verità, kemm hu preparat it-telespettatur Malti li qed jara l-aħbarijiet biex jisma wkoll xi kumment jew botta dwar l-aħbar innifisha, mingħajr ma jirreaġixxi b'mod ħażin? Lesti biex naraw l-aħbarijiet tal-PBS u nisimgħu lill-persuna li qed taqra l-aħbarijiet tgħaddi kumment, anke jekk sottili, li jmur kontra l-partit li aħna nappoġġjaw? Reno Bugeja, il-Kap tal- Kamra tal-Aħbarijiet tal- PBS isostni mal-ILLUM li fil-każ tax-xandir nazzjonali l-użu tal-kumment waqt ir-rappurtaġġ sempliċiment ma' jistax isir. Bugeja jgħid li, fil-fatt, kemm ir-regoli kif ukoll il-'kundizzjonijiet' politiċi tal-pajjiż ma jagħmlux kummenti waqt il-qari tal- aħbarijiet fuq il-PBS possibbli. "Hija regola kardinali li bħala xandir nazzjonali nistgħu biss nirraportaw," jgħid Bugeja, li jfakkar ukoll kif "fil-kundizzjoni ta' sensitività politika li teżisti f 'Malta, il- kumment waqt l-aħbarijiet ma tantx jista' jkun possibbli." Imma Reno Bugeja ma jaħsibx li programmi bħall- analiżi tal-ġurnali li jsir kull nhar ta' Ħadd fuq il-PBS stess, b'botti u kummenti (xi minn daqqiet pjuttost niggieża), huwa mod iktar frisk ta' kif twassal aħbar? Forsi mod inqas riġidu minn dak li mdorrijin bih? Bugeja jaqbel li huwa l-każ, iżda jfakkar li l-analiżi ssir minn opinjonisti u mhux impjegati li jirrapreżentaw l-istazzjon nazzjonali. Bugeja jtemm jgħid li kuntrarjament għall-PBS, fuq l-istazzjonijiet politiċi għandek problema, "fejn titfixkel liema parti tal-aħbar hija fil-fatt aħbar, u liema parti hija kumment." Bħala Kap tal- Kamra tal-Aħbarijiet tal-PBS, Bugeja jesprimi sentiment ta' soljev hekk kif ir-rapport joħroġ lill-aħbarijiet tal-PBS bħala l-aktar kredibbli mill- aħbarijiet fuq stazzjonijiet oħra. l-aħbarijiet tal-OnE u n-nEt jaqilgħu ċamata Numru ta' nies li kkontribwew għar-rapport, jgħidu li jippreferu li jaraw l-aħbarijiet tal-PBS, minkejja li jżidu jgħidu wkoll li xi minn daqqiet l-istess aħbarijiet jista' jkun xi ftit żbilanċjat, anke jekk b'mod sottili. Min-naħa l-oħra, ż-żewġ bulettini l-oħra, tal-ONE u tan-NET, jaqilgħu baraxx ta' kritika fosthom li huma "wisq żbilanċjati," "mhux ta' min joqgħod fuqhom," u allura ta' "kwalità inferjuri." Mingħajr ebda sorpriża, il-kummenti tan-nies dwar l-aħbarijiet taż-żewġ stazzjonijiet politiċi huma ġeneralment fuq il-linja ta' "wieħed jippreżenta kollox iswed, u l-ieħor kollox abjad." Id-drama hija eċċellenti, imma... In ġenerali, il-produzzjonijiet ta' drama huma meqjusin bħala ta' livell għoli, xi ħaġa li hija wkoll ikkonfermata minn studju li sar minn Ernst and Young fl-2008. Jidher li l-entużjażmu għad-drama Maltija kiber ħafna, u fil-fatt mill-isplużjoni tas-soap opera Maltija 'Ipokriti' fl-aħħar tas- snin 90, l-istazzjonijiet Maltin bdew ġirja bejniethom ta' min se jkollu l-aktar u l-aqwa drama lokali. U minn hemm bdiet lista sħiħa, mill-One Star Hotel, sa Evanġelisti u Giselle, Undercover, Becky u bħalissa qed jintwerew lista ma tispiċċa qatt ta' drama. Kull fejn tmur, tisma nies li qed isegwu drama li għaddejja bħalissa fuq it- televiżjoni Maltija, u jitkellmu dwar x'ġara u x'qed jistennew li jiġri, bl-aktar popolari jidhru li huma 'Ħbieb u Għedewwa', 'Katrina', 'Iċ-Ċaqqufa' u 'Strada Stretta'. Minkejja dan, ir-rapport huwa kritiku tal-fatt, li għal darb'oħra f 'dan il-ġeneru, il-Maltin ma tantx qed ikunu avventurużi u qed imorru għas-soltu riċetta ta' biki, traġedji u aktar biki. Persuna qalet li fid-drama Maltija hemm "doża eseġerata ta' dipressjoni," filwaqt li persuna oħra qalet li "dejjem jibdew tajjeb imma mbagħad jibdew jitwalu żżejjed. Id- drama Maltija qegħda fit-triq it-tajba iżda, sfortunatament lejn l-aħħar jgħaxxquha naqra u meta serje suppost jilħaq it-tmiem u l-qofol, jerġa qisu jibda mill-ġdid." Programmi ta' diskussjoni "Hija regola kardinali li bħala xandir nazzjonali nistgħu biss nirraportaw" "Ġejna bil- kunċett li niddiskutu suġġetti li jiddiskutuhom in-nies id-dar, ix- xogħol jew meta jiltaqgħu ma' sħabhom" 'Strada Stretta', wieħed mid-drama li qed jintwerew bħalissa fuq it-TV Malti Quinton Scerri, il-preżentatur ta' Skjetti