Illum previous editions

ILLUM 22 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/604905

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 39

Il-Ħadd 22 ta' Novembru 2015 | illum 15 Għawdex il-Milied...raħal il-presepju it-tħabbira lir-rgħajja u l-adorazzjoni tagħhom kif ukoll bil-vjaġġ twil tal-maġi, bil-kewkba li tmexxihom sal-għar qaddis ta' Betlem. L-Istorja tieħu 13-il minuta biex issegwiha u jkun għall- wiri fis-sala tal-MUSEUM. Iżda Ġanni barra li jaħdem il-pasturi u l-istess bini għal dan il-presepju, jagħmel ukoll madwar 90 bambin li jitqassmu lit-tfal li jattendu l-Mużew għal żmien il- Milied fix-Xagħra u anke jgħin u jgħallem biex it-tfal tal-mużew jagħmlu l-grotti tradizzjonali. Interessanti l-fatt li Ġanni joħloq edizzjoni ta' bambin ġdid kull sena. 27 presepju artistiku kbir għall-wiri, kollha fix- Xagħra Fix-Xagħra, hemm 27 presepju artistiku mxerred ma' kull rokna tar-raħal. Fil- MUSEUM, barra l-presepju mekkanizzat hemm Presepju Naplitan, żewġ presepji bibliċi, presepju modern u ieħor lifesize bil-pasturi tal- kartapesta xogħol ta' Ġanni Attard u żewġ wirjiet, waħda ta' silhouettes tan-Natività ta' Marvic Muscat u wirja ta' grotti magħmula mit-tfal. Fil-Bażilika tax-Xagħra, hemm ħames presepji minn tim ta' diversi presepisti u artisti fejn l-istil u l-materjal użat ta' dawn il-presepji jvarjaw minn dak tradizzjonali u bibliku b'xenarju skolpit u mmudellat fit-tafal għal xogħol modern u kontemporanju. Presepju ieħor interessanti, flimkien ma' wirja ta' skultura u pittura antika u moderna tan- Natività jinsabu għall-wiri fiċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet. Barra dawn il-presepji u numru imdaqqas ta' oħrajn għall-wiri minn djar privati, il-komunità ta' San Anton Abbati għal dawn l-aħħar 5 snin ħolqu xena tan-Natività qrib il-knisja ta' San Anton fl-inħawi tal-Qaċċa fejn taħt id-direzzjoni tal-kanonku Dun Ġwann Sultana se jippreżentaw edizzjoni oħra tal-presepju ħaj. Xagħra Cribs by night L-Għaqda 'Il-Milied fix-Xagħra' qed toffri opportunità unika biex wieħed ikun jista' jżur is-27 presepju għall-wiri li jinsabu fix-Xagħra. Dan it-tour isir bil-minibus is-Sibt 26 ta' Diċembru akkumpanjat minn gwida b'kummentarju bl-Ingliż u Malti. Ikun hemm waqfa għall-kafè tradizzjonali, tat-taċċi, bil- biskuttini tipiċi msejħa tar- raħal. Il-minibus titlaq mit-3 pm mill-port tal-Imġarr għall-Maltin u twassalhom lura biex jaqbdu l-vapur tal-8.45 pm. L-Għawdxin interessati jinġabru minn fejn il-mitħna ta' Kola. Għal din il-ġita tintalab kontribuzzjoni ta' €5 biex tkopri t-trasport, il-gwida u l-kafè. Min jixtieq jagħmel parti minn din il-ġita kulturali jista' jċempel fuq 79205316 jew 79594508 jew b'email fuq miliedxaghra@gmail.com sal-20 ta' Diċembru. Il-Milied fix-Xagħra jagħlaq fit-3 ta' Jannar bil-Cavalcata tas- Slaten Maġi fil-pjazza Vittorja tax-Xagħra fl-10:30 ta' filgħodu bil-kollaborazzjoni tax-Xagħra Historical Re- enactment Organisation. Għal aktar informazzjoni żuru il-paġna fuq facebook tal-Għaqda, Il-Milied fix- Xagħra. L-abbatini tax-Xagħra jaħdmu fuq il-presepju tagħhom Il-Cavalcata tar-Re Maġi tagħlaq il-festi natalizji fix-Xagħra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 Novembru 2015