Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/604905
Il-Ħadd 22 ta' Novembru 2015 | illum 17 Intervista mingħajr mexxej, mingħajr gwida lura u nispjegalu. Imma meta persuna ma jkollhiex edukazzjoni ma jkollhiex il- kuraġġ jew kariżma biex jistaqsu. Għalhekk il-gwerer. Għax hemm nies li jħarsu lejn il-fidi mgħomijin u hemm min jaqbillu li jħallihom fil-għama. Hekk ġara fl- Afghanistan, it-Taliban sabu poplu fqir u għamlu li riedu. Ħaduhom fiċ-ċentri tagħhom, tawhom l-ikel u fejn jgħixu u fl-istess ħin imlewlhom moħħhom bl-ideoloġiji estremi. Persuni li għandhom sens, ma jaslu qatt li jisplodu lilhom nfushom u joqtlu lin-nies, biex mingħalihom għamlu xi ħaġa ta' ġid." Il-bniedem huwa problema u mhux ir-reliġjonijiet Nibdew ngħalqu l-intervista billi nħarsu lejn ir-reliġjonijiet kollha u nibda bl-idea, li fil-fatt mhi xejn għajr kwotazzjoni barra mill-kuntest sħiħ tagħha, ta' Karl Marx, dwar ir-reliġjon u l-opju. Bosta jużaw din il-kwotazzjoni b'konnotazzjonijiet negattivi biex jifhmu li r-reliġjon traqqad is-sensi. Fid-dawl ta' storja twila ta' attakki, gwerrer, tortura u mwiet, Atif ma jħossx li hemm element ta' verità fil- metafora Marxista, kif interpretata popolarment? Reliġjonijiet diversi kienu wżati minn mexxejja reliġjużi u politiċi biex jikkontrollaw il- masses, f 'pajjiżi foqra. Jasal Atif jgħid li r-reliġjonijiet huma parti minn sistema sħiħa li qed tħalli nies fil-faqar u l-injoranza? Atif ma jaqbilx u jiċċara li mhux ir-reliġjon hija l-problema, imma "l-problema hija ta' min ma jifhimx il-vera tagħlim ta' reliġjon. Kieku persuna tifhem l-ispirtu ta' reliġjon, kieku ma jsirux atti simili." "Għalhekk jeħtieġ li d-dinja Musulmana jkollha mexxej," isostni Atif, "biex dan ikun vuċi għalihom. Il-Profeta Mohammed stess kien qal li se jasal Messija li jkun simbolu ta' unità. Aħna bħala Komunità Ahmadiyya, nemmnu li dan il-Messija wasal u kien l-ewwel mexxej tagħna, fil-fatt bħala komunità, aħna nsegwu linja ta' ħsieb waħda." Nitlaq mill-uffiċċju ta' Atif mhux biss b'interess akbar fl- Iżlam iżda bi ħsieb partikolari. Fil-fatt, meta tneħħi l-ħażen u l-umiljazzjoni li numru ta' Musulmani infliġġew fuq dawk bl-istess fidi b'attakki barbari bħal dak ta' Pariġi, id-differenza bejn l-ispirtu Kristjan u Musulman huwa simili. Kollox jorbot fuq il-paċi u l-imħabba. U hekk kif hawn min qed jipprova jikkorrompi l-fidi Musulmana biex jirbaħ hu, hekk ukoll kien hemm min matul is-snin ipprova jikkorrompi l-fidi Kristjana biex jissodisfa l-għatx għall-poter. Din hija ċ-ċavetta għall-vera inklużjoni u integrazzjoni, l-għarfien u r-rieda li jkollna aktar għarfien dwar dak li nafu ftit dwaru. Jekk nibdew nitgħallmu minflok nibżgħu minn dak li hu differenti, inkunu nistgħu nibdew ngħixu flimkien u ngħixu aħjar. "Kien ikun aħjar kieku l-Iraqqini, minflok tajniehom arma tan-nar, tajniehom ktieb biex jkollhom edukazzjoni" Laiq Ahmed Atif, il-President tal-Komunità Musulmana Ahmadiyya f 'Malta Ritratt: Ray Attard