Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/604905
Il-Ħadd 22 ta' Novembru 2015 | illum 27 Aquarius - Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Fik int tipposjedi ċertu qawwa li kapaċi taffaċja kull ostaklu li int ħa jiġi għalik. Dan int tafu għax fil-passat, għaddejt minnu u bħalissa trid turi din il-kapaċità għal dak li ġej lejk ħalli ma jgħelbekx. Kemm fl-imħabba u kemm fil-karriera ħa jkollok fażijiet ta' taqlib imma int ħa jirnexxielek tgħelibhom. Jekk diġà għaddej minn din il-fażi, emmen fik innifsek u tin- duna li m'għandek bżonn lil ħadt. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 12, 22 u 37. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma isfar, abjad u blu. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Jekk int miexi lejn xi direzzjoni jew ħa tibda miexi lejha, ieqaf, għax dik mhix id-direzzjoni għandek timxi fiha. Għandek bżonn ta' aktar tagħrif qabel ma taqbad tieħu xi forma ta' di- rezzjoni, ħalli meta tagħmel il-pass, tagħmlu fid- direzzjoni t-tajba imma mhux il-mument bħalissa, għax dan jaf iwasslek f'taħwida li żgur m'intix bżonnha bħalissa. Agħraf u aħseb ftit aktar qabel timxi. Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom in- fushom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 19, 27 u 33. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Bħalissa għaddej minn ħsibijiet, bħal x'hemm ġej fid-destin? Però, din qiegħda tiġri għax bħalissa hemm ftit ta' inċertezza madwarek li tagħmlek inċert, imma din tgħaddi għax il-kar- riera ħa tagħtik dak ir-riżultat li int tant qed tistenna. Sfidi u tibdil li ha jibdew jiġru madwarek se jagħtuk aktar ħejja u int se tħossok aktar int. Però, moħħok hemm, u ara lil min tafda, kważi kważi, aħjar tibda żżomm l-affarijiet għalik. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 16, 21 u 34. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Bħalissa għaddej minn fażi li kieku tista', tbiddel ħafna affarijiet minn ħajtek u min dak kollu ta' madwarek, u verament ikun ta' ġid għalik. Però kollox fil-mument tiegħu. L-ewwel tibdil huwa li ssib ħin tirrilassa ftit, tagħmel dieta tajba u taddatta l-istil ta' ħwejjeġ għall-istil li se tieħu. Però, żgur trid issib ħin fejn tirrilassa għax il-pressjoni ta' mument, ħaditlek kollox. Sib il-ħin għalik. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 14, 26 u 30. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Bosta pjanijiet huma mħejjija għalik. Vera li qiegħed tistenna bħal kaptan ta' vapur għal dik id-direzzjoni, forsi wasal żmien li int is- sir il-kaptan tiegħek innifsek. Tistenniex ċertu af- farijiet bħall-passat. Issa int qiegħed f'fażi differenti minn dak li kont. Trid tagħraf aktar. Trid taħseb aktar. Mill-passat li għadda għandek tieħu lezzjonijiet. Tgħallem mill-iżbalji u emmen fik innifsek. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 13, 27 u 33. Kuluri favoriti ma' Gemini huma isfar, oranġjo u blu. Cancer - Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Emmen fik innifsek aktar u tafdax f'dawn it- tliet ġimgħat. Trid tagħraf taffaċja d-destin tal-karriera tiegħek. Parir ta' ħabib li int vera temmen fih, ikun ta' direzzjoni għalik. Fixkla li tista' tinqala' ħa tingħeleb u tkompli għaddej. Ir- responsabbiltà tiegħek agħrafha sew. Tħallix tfixkil minn xi oppożizzjoni iħawdek. Int żomm ma' dak li inti tagħraf li huwa tajjeb għalik, u ibqa' miexi. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 7, 13, 25 u 38. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad , blu u isfar. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Viżjoni li kellek dan l-aħħar, tajjeb li tirri- fletti dwarha għax taf tagħtik idea ta' x'tista' tagħmel. Għalissa, żgur mhux tajjeb li tagħmel xi ċaqliq fix-xogħol tiegħek. Ifli sew qabel tagħmel dan. Parir ta' kollega tiegħek ukoll jaf ikun ta' gwida tajba għalik ħalli int tkun tista' tgħaqqad il-parir u l-viżjoni flimkien u minn hemm joħroġ dak ir-riżultat li ħa jkun ta' deċiżjoni għalik. Agħraf sew. Leo huma magħrufin kemm huma umli. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 17, 28 u 32. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u deheb. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Set- tembru Ir-relazzjoni tiegħek bdiet titjieb, għalkemm għad baqgħlek ħafna fejn tista' tkom- pli tagħmel titjib ħalli tkompli tissaħħaħ. Dan jgħollilek il-moral ta' madwarek. Mill-banda l-oħra, jekk int single, allura huwa ż-żmien ħalli tagħmel bħal skeda iktar mifruxa għal dak li int tħobb tagħmel fil-ħin liberu fejn int għandek bżonn terġa' ssib dan l-ispazju għalik. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 14, 22 u 34. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ot- tubru Wasal iż-żmien li int tagħraf ftit l-ideal tiegħek ħalli int ma toqgħodx tinkwieta x'jistgħu jgħidu dwarek ħbiebek jew il-kollegi. Tħallix min jipprova jimbarazzak b'xi kliem. Għalhekk, dan huwa ż-żmien li int turi int min int. Ma' dan, int trid tgħaraf tkun bilanċjat aktar. L-istilla tiegħek hi l-bilanċ, għalhekk int trid turi kemm int kapaċi żżomm bilanċ madwarek. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 13, 29 u 31. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu , aħdar u abjad. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Għalkemm turi li int tagħraf il-ħtiġijiet tal- familja tiegħek, imam trid toqgħod attent kif twassal il-messaġġ tiegħek xi kultant. Dan ħalli ma toħloqx xi problemi meta issa ġejjin il-festi tal-Milied. Għalhekk, ħejji lilek aħjar ħalli int tibqa' maħbuba minn kulħadd, u tingħata aktar approvazzjoni għal dak kollu li tagħmel. Sib ħin għalik ukoll għax tipprova tlaħħaq ma' kulħadd, imma għalik ma ssibx ħin. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 14, 23 u 34. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru L-imħabba bħalissa hi l-aktar sitwazzjoni ink- wetanti li għandek madwarek, u minħabba t-trufijiet li hemm, tinsab mifxul x'se taqbad tagħmel u x'deċiżjoni tieħu. Jinħass li għal dawn l-għaxart ijiem, is-sitwazzjoni għandha tibqa' waħda ta' tfixkil imma wara, l-affarijiet jibdew jiċċaraw, hu hemm il-mument li int tagħraf x'inhu l-aħjar pass li tagħmel. Dejjem agħraf dak kollu qabel tiddeċiedi. Sagittarius huma maghrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 15, 20 u 39. Kulur favorit ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Il-ħajja tax-xogħol qiegħda teħodlok ħafna ħin, u m'intix issib ħin għal ta' madwarek, u wisq inqas għalik. Bħalissa, ma tantx tista' tbid- del din il-fażi, għax ix-xogħol qiegħed jitlob minnek dan il-bżonn, imma kif tkun aktar trankwill, qis li tagħti ftit iktar lil ta' madwarek, u anke lilek. Dan ħalli kollox ikun jista' jsib il-bilanċ u tevita ċertu problemi. Aħbar li kont qed tistenna, se tirċeviha. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 19, 28 u 37. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, vjola u blu. L-Oroskopju Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal- ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Id-Dar Misterjuża Meta Albert ċempilli, mill- ewwel kien sinċier u spjega li kien xettiku ħafna dwar is- sopranatural, imma fuq parir tal-mara, wara li tkellmet ma' ħabiba li kienet ġiet għandi, iddeċieda li jagħmel appuntament. Ftiehmna u ltqajna. Hemm, spjegali dak kollu li kien qiegħed jesperjenza fid-dar il-ġdida tiegħu. Ovvjament, jien tlabtu biex immur u ninvestiga din id- dar, u mir-riżultati li noħroġ, inkunu nistgħu niddiskutu aktar, u hekk ġara. Hekk kif wasalt, mill-ewwel ħadt ċerta impressjoni, bid-dar maqtugħha mill- kumplament tar-raħal fil- kampanja, iddaħħlek f 'ċertu ambjent. Ħejjejt ruħi fiċ-ċentru tad-dar, u għas-1.00am xgħelt ix-xemgħat. Ma tantx għadda wisq ħin, u mill- ewwel ħassejt li l-enerġija bħal aċċettat l-istedina tiegħi u għarfet l-għan ta' din il- viżta. Mill-ewwel ħassejt il- preżenza ta' spirtu jdur madwari bl-enerġija tiksaħ f 'daqqa waħda. Mal-ħin, ukoll għaraft li kienet preżenza femminili. Żammejt lili nnifsi kawt u komplejt nassisti ghal dak li kien qiegħed iseħħ, Minn dak li bdejt inħoss, kien qiegħed jirriżulta li dan l-ispirtu kien bħal muġugħ ħafna u rrabajt għal dak li kien ġralha. Għalhekk, ma riedet lil ħadd jokkupalha darha. Kienet esperjenza oħra li nibqa' niftakar u b'dan tara kemm l-ispirti jkunu marbutin ma dak li huma jkunu ġarrbu f 'ħajjithom. Wara din is-sezzjoni, spjegajt lill-koppja li hemm bżonn immorru għal 3 ġimgħat jabitaw x'imkien ieħor ħalli jien inkun nista' nibda l-ħidma spiritwali tiegħi. Ma kinux tliet ġimgħat faċli sabiex tikkonvinċi spirtu li kien ilu hemm, iktar minn 100 sena, imma tal-inqas nara kif nikkalma l-enerġija tagħha ħalli din il-kopja tkun tista' tabita f 'aktar trankwillità. Wara tant komunikazzjoni u meditazzjoni sar bilanċ, u darba fix-xahar immur nagħmel 'cleansing'. Darba fix-xahar issir quddies għaliha u nżur il-qabar tagħha, u hekk illum din l-ispirtu hi waħda minn dawk li jien insejħilhom tal- familja. Albert baqa' impressjonat b'dak li jien wettaqt, ovvjament sirna ħbieb u anka rrakkomanda servizzi tiegħi lill-ħbieb tiegħu. Albert se joħloq rokna fil-kċina għal din l-ispirtu, u minn hemm il-familja ssaħħet bi twelid ta' tarbija. Min jixtieq jaqsam xi esperjenza, fejn l-identità tinżamm sigrieta. Agħmlu kuntatt ma' Paul Jon 99013600 / 79495804 jew email fuq pauljon. aquilina13@gmail.com