Illum previous editions

ILLUM 22 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/604905

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 39

28 illum | Il-Ħadd 22 ta' Novembru 2015 Kummerċjali Premjati Cisk Export Premium Lager u Blue Label Ale fil-Brussels Beer Challenge 2015 Iċ-CIsk Export Premium Lager u l-Blue Label Ale, żewġ prodotti ta' simonds Farsons Cisk plc, għadhom kemm rebħu premju fl-edizzjoni ta' din is-sena tal-Brussels Beer Challenge. Ir-raba' edizzjoni ta' din il-kompetizzjoni globali ttellgħet mill-5 sat-8 ta' Novembru f 'Elzenveld, Antwerp. Fl-edizzjoni ta' din is-sena ħadu sehem aktar minn 1,100 birra minn 30 pajjiż u matul dawn il-jiem inġabru 75 espert internazzjonali biex jiġġudikaw b'mod professjonali u oġġettiv il-birer sottomessi. Il-ġurija daqet il-birer differenti u kkategorizzathom skont l-oriġini, karatteristiċi speċifiċi u l-istil. Il-Brussels Beer Challenge hija kompetizzjoni globali tal-birra li ssir il-Belġju u toffri opportunità unika għall-produtturi tal-birra madwar id-dinja biex jikkompetu mal-aqwa birrara internazzjonali. Il-kompetizzjoni tnediet bl- inizjattiva ta' Brusselicious bħala parti mis-Sena Gastronomika (Gourmet Food Year) li ttellgħet fi Brussell fl-2012, u hi meqjusa bħala punt ta' referenza għal dawk kollha li jħobbu u li huma esperti fil-birra. F'din il-kompetizzjoni, iċ-Cisk Export Premium Lager ġiet ippremjata bil- Bronż fil-kategorija Lager: German-Style Pilsner u l-Blue Label Ale kisbet Ċertifikat ta' Eċċellenza fil-kategorija Pale & Amber Ale: Amber. Iż-żewġ birer kienu f 'taqtigħa mal-aqwa birer mill-Istati Uniti, l-Italja, il-Ġermanja u Franza u ma' birer oħrajn minn pajjiżi aktar eżotiċi bħaċ-Ċina, il-Korea t'Isfel, il-Ġappun u l-Kambodja. Is-Sur Eugenio Caruana, il-Kap tal-Produzzjoni u l-Birrar Ewlieni ta' Simonds Farsons Cisk plc, qal kif, "Huwa ta' sodisfazzjon kbir għalina li qed inżidu żewġ premjijiet oħra mal-lista twila ta' midalji u rikonoxximenti li diġà kisbu l-birer tagħna matul is-snin. L-impenn tagħna li nużaw biss materja prima magħżula apposta u d-dedikazzjoni tal-birrara tagħna għall-arti tal- produzzjoni tal-birra għal darb'oħra wassluna għal riżultat sodisfaċenti ieħor għall-birer tagħna." Jürgen Klopp ibiddel il-klabb iżda mhux il-karozza tal-kumpanija MAtuL ix-xahar li għadda, l-ambaxxatur tal- Opel Jürgen klopp kien ippreżentat bħala l-maniġer il-ġdid ta' Liverpool FC. Liverpool, 18-il darba rebbieħa tal-kampjonat Ingliż u tmien darbiet rebbieħa ta' tazzi Ewropej (ħames darbiet il-uEFA Champions League u tliet darbiet il-uEFA Europa League), iridu jerġgħu jirritornaw għall-aqwa tagħhom mal-eks kowċ ta' Borussia Dortmund. Wara seba' snin bħala kowċ ma' Mainz u Dortmund rispettivament, Liverpool hu l-ewwel klabb li se jkun qiegħed jikkowċja barra l-Ġermanja. "Qiegħed tassew inħares 'il quddiem għal din l-isfida ġdida minħabba li Liverpool hu klabb speċjali ħafna għalija. Kont ippjanajt waqfa aktar twila, iżda bl- avvenimenti u b'dak kollu li ġara fl-aħħar sentejn, sfurzawni nieħu azzjoni. Imbagħad kollox seħħ malajr ħafna u se nerġa' nirritorna bis-saħħa kollha," qal Jürgen Klopp dwar il- pożizzjoni ġdida tiegħu. Klabb ġdid, plejers ġodda, kampjonat ġdid, lingwa ġdida u sewqan fuq ix-xellug – hemm ħafna x'irid jidra f 'dan l-ambjent ġdid. Madankollu, ħaġa waħda tibqa' l-istess. Il-kowċ il-ġdid xorta jibqa' l-ambaxxatur internazzjonali tal-Opel. Lanqas mhu se jkun hemm problemi kbar li jadatta f 'Liverpool, minħabba li l-kumpanija oħt l-Opel, il-Vauxhall hi l-karozza uffiċjali fl-Ingilterra msieħba mal-klabb. Vauxhall tisponsorja wkoll l-erba' timijiet nazzjonali Brittaniċi: l-Ingilterra, l-Iskozja, Wales u l-Irlanda ta' Fuq. "Aħna tassew kuntenti li l-ambaxxatur tal-karozzi tagħna aċċetta biċċa xogħol ta' sfida bħal din. Kuntenti wkoll speċjalment għall-fatt li se jbqa' jsuq il-karozza tal-kumpanija uffiċjali tiegħu, l-Insignia," qal il-Kap Eżekuttiv tal-Grupp Opel, Dr Karl-Thomas Nuemann, meta tkellem dwar iċ- ċaqliqa ta' Jürgen Klopp lejn l-Ingilterra. Meta wieħed iħares lura, jista' jaħseb li l-Opel kienet diġà taf sa minn ħafna qabel dwar il-pjani ta' Jürgen Klopp. Fil-passat, fil- promozzjonijiet kummerċjali tal-Opel fuq it-televiżjoni, il- karozzi dejjem kienu ta' kulur iswed, li jaqbel mal-kulur tal- eks klabb tiegħu f 'Dortmund. Iżda issa, il-promozzjonijiet kummerċjali jippreżentaw lil Jürgen Klopp jaqleb il-klassi ta' lussu għal karozza ġdida Astra ħamra. Se jkun issa qiegħed jimmira li, mar- 'Reds' ta' Liverpool, jaqlibha lit-timijiet ewlenin minn Manchester u ta' Londra. L-Opel hi rappreżentata f 'Malta minn Cars International, fi Triq l-Imdina, f 'Ħal Qormi. Għal aktar informazzjoni jew biex tibbukkja test-drive fuq kull mudell ta' karozza Opel, tista' tibgħat email lil opelsales@ cil.com.mt jew ċempel 2269 2122. Tista' żżur ukoll is-sit opel.com.mt jew il-paġna tal- Facebook tal-Opel Malta. Dr Karl-Thomas Nuemann, jifraħ lill-ambaxxatur tal-Opel Jürgen Klopp għall-kariga l-ġdida tiegħu f 'Liverpool

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 Novembru 2015