Illum previous editions

ILLUM 22 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/604905

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 39

4 illum | Il-Ħadd 22 ta' Novembru 2015 minn John Busuttil F'lukanda ewlenija f 'Għawdex ilbieraħ ħareġ għall-pubbliku, ir-rapport ta' dr Gordon Cordina dwar studju ta' aċċess permanenti bejn iż-żewġ gżejjer. l-aktar fattur li laqat l-għajn, fejn anke kien hemm min staqsa lil min kien qed imexxi l-laqgħa dwar dan, kien li l-ebda rappreżentant mill- Ministeru ta' Għawdex ma kien preżenti. Fl-istess ħin tal-laqgħa kienet għaddejja sessjoni fil-Parlament iżda sadanittant il-kelliem għall- Partit nazzjonalista għal Għawdex, l-avukat Chris Said kien preżenti u ta l-opinjoni tiegħu bħala Għawdxi u anke bħala kelliem għall-Partit. kien iċ-chairman tal-Gozo Channel u sindku tax- Xagħra, Joe Cordina li wieġeb għal xi kritika li għamel Chris Said fil-konfront tal-Gvern preżenti. Sadattant sorsi mill-kamra tal-kummerċ Għawdxija qalu lil dil-gazzetta li l-proġett se jkun jaqa' taħt ir- responsabbiltà tal-Uffiċju tal- Prim Ministru nnifsu u mhux tal-Ministeru għal Għawdex. Il-laqgħa bdiet meta Dr Gordon Cordina beda r-rapport tiegħu billi qal li ġew studjati tliet metodi, dik li hemm bħalissa jiġifieri bil-vapuri, pont u mina taħt il-baħar. Fit-tliet studji ġie studjat l-impatt ekonomiku, dak soċjali u ambjentali kif ukoll min se jħallas il-bini u l-manutenzjoni tagħhom. Wara dan l-istudju kollu, ħareġ li mina hi l-inqas li tkun piż fuq il-Gvern għax hi aktar sostenibbli. Filfatt għaliha hemm interess qawwi minn diversi konsorzji li lesti jieħdu l-bini f 'idejhom. Skont ir- rapport, meta jiġi kkunsidrat kollox, il-mina għandha tiġi tiswa mat-€300 miljun. Barra minn hekk, ikollha bżonn mad-€9 miljuni oħra fis-sena għall- manutenzjoni, bl-ikbar spiża tkun l-elettriku, sew ta ġo fiha kif ukoll biex jitħaddem l-apparat li jħaddem il-pompi li jarmu l-ilma u jnaddfu l-arja. Il-vapuri tal-Gozo Channel jiswew lill-Gvern diversi miljuni ta' ewro, u l-pont, minbarra l-impatt ambjentali, jiswa aktar. Filfatt il-prezz huwa ta €800 miljun, apparti €4.5 miljun f 'manutenzjoni. Għalhekk ikompli jgħid ir-rapport, il-mina hi l-aktar vijabbli, għax il-Gvern u l-poplu ma joħroġx ċenteżmu wieħed la għall-bini u lanqas għall-manutenzjoni tiegħu. Il-Gvern ikun irid biss joħroġ il-flus biex jibni vapuri iżgħar biex ikompli jagħti s-servizz tal-vapuri li jaqsmu l-fliegu. Barra minn hekk, Gordon Cordina, mill-istudju dettaljat li għamel, ħareġ ukoll li bis-saħħa ta' mina bejn iż-żewġ gżejjer titjieb ukoll l-ekonomija, speċjalment jekk Għawdex u l-Għawdxin jagħrfu jieħdu l-opportunità ta' din l-aċċessibilità l-ġdida billi joħolqu niċeċ ta' negozji u servizzi li jkunu mogħtija f 'Għawdex biss. Eżempji ta' dawn huwa l-isptar il-ġdid, edukazzjoni speċjalizzata u turiżmu speċjalizzat. L-impjiegi wkoll għandhom jiżdiedu u l-ħaddiema ma jibqgħux jibbażaw fuq impjiegi mas-settur pubbliku. Dan għaliex skont studji madwar pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, kull fejn saru mini bejn pajjizi fl- Ewropa, ix-xogħol kiber b'35% u naqsu l-ħaddiema fis-settur pubbliku. Dan jgħin ukoll fl-ekonomija, fejn jitkabbar il-GDP tal-pajjiż. B'hekk, Għawdex ma jibqax piż fuq Malta iżda jkun hu li jmexxi Aħbarijiet Ippublikat ir-Rapport Cordina dwar il-mina bejn il-gżejjer Ma kien hemm ħadd preżenti mill-Ministeru • 3 konsorzji Għawdxin lesti biex jibnu u jmexxu l-mina • Għal din il-mina, il-Gvern mhux se joħroġ ċenteżmu • L-istudji se jibdew f'Settembru 2016 u titlesta sal-2021

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 Novembru 2015