Illum previous editions

ILLUM 22 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/604905

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 39

32 illum Il-Ħadd 22 ta' Novembru 2015 Sports minn Cristian Antony Muscat Naxxar L ..................... 2 Birkirkara ................... 2 Naxxar Lions tellfu żewġ punti prezzjużi lil Birkirkara meta żammewhom fi draw ta' 2-2, u dan meta lagħbu għal aktar min-nofsiegħa b'10 plejers. Birkirkara resqu viċin li jiftħu l-iskor wara biss minuta logħob meta Ryan Scicluna minn quddiem il-goalkeeper Julian Azzopardi, ra lill-istess goalkeeper isalva tajjeb. Birkirkara komplew jattakkaw, u tliet minuti biss wara, Ellinton Antonio Costa Morais, għadda kross tajjeb lejn Vito Plut, li mill-viċin xellef il-ballun b'siequ, bil-ballun jgħaddi ftit barra. Naxxar Lions irrispondew għall-ewwel darba fis-17- il minuta permezz ta' xutt b'saħħtu mid-distanza ta' Emiliano Lattes, li iżda għadda ferm għoli. Fil- 21 minuta, huma fallew okkażjoni tad-deheb li jmorru fil-vantaġġ meta Richard Carlos Cardozo għadda l-ballun lejn Oussou Sidoine, li iżda minn pożizzjoni ferm ideali, spara għoli. L-Istripes irrispondew sitt minuti wara meta Ellinton Antonio Costa Morais, irċieva minn cross perfett ta' Cain Attard, qabel ra x-xutt tiegħu minn ġol-kaxxa jiġi milqugħ bi bravura minn Julian Azzopardi. Birkirkara fetħu l-iskor fl-40 minuta, meta Vito Plut għadda cross fin-nofs lejn Ryan Scicluna, li minn quddiem Julian Azzopardi, tefa' ġewwa. Fit-43 minuta l-Istripes irduppjaw l-iskor meta Juan Querro Barroso krossja tajjeb fin-nofs lejn Ellinton Antonio Costa Morais, li mill-viċin tefa' ġewwa. Fil-55 minuta Naxxar Lions qalgħu daqqa ta' ħarta meta spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom Angus Buhagiar wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba. Kontra x-xejra tal-logħob, fis- 76 minuta, Naxxar Lions naqsu l-marġini tal-iskor, meta minn żball difensiv ta' Ryan Scicluna, approfitta bis-sħiħ Demba Toure, li mill-viċin tefa' ġewwa. Erba' minuti biss wara Naxxar Lions ġabu l-iskor indaqs meta l-ewwel xutt ta' Demba Toure ġie maqlugħ minn fuq il-linja minn plejer Karkariż, bil-ballun jispiċċa għand Richard Carlos Cardozo, li minn tarf il-kaxxa tefa' ġewwa. Birkirkara - Haber, Attard (Herrera 86'), Z. Muscat, Latini Mazzetti (Sciberras 64'), Camenzuli, Marcelina, R. Muscat, Scicluna, Costa Morais, Plut, Barroso (Temile 71') Naxxar L. - Azzoaprdi, Rajovic, Scicluna, Toure, Gnenegbe Zady, Carlos Cardozo, Sidoine (Fenech 46'), Debono (Bonnici 74'), Buhagiar, Lattes (Falzon 74'), Tarlazis Vieira Dos Santos Referi - Sandro Spiteri EMERSON MARCELINA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Għalkemm l-iskor finali ma kienx sodisfaċenti għal Birkirkara, kien pedina ferm importanti fid-difiża tal-Istripes. Ingħaqad ma' Birkirkara mingħand Floriana, matul is-sajf li għadda. Naxxar Lions itellfu żewġ punti prezzjużi lil Birkirkara Ritratt - Ray Attard Ritratt - Chrissie's Photography Demba Toure fl-azzjoni segwit minn Ryan Scicluna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 Novembru 2015