Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/604905
l-mutur tal-ekonomija Maltija. Fir-rapport jingħad li mill- istudji li saru fin-Norveġja, jidher li l-ebda mina ma qabżet l-ispiża ta' €164 miljun biex inbniet, b'Cordina jgħid li t-€300 miljun ikopru fattur li jistgħu ma jkunux previst minn qabel. Dwar il-biża' li jista' jikber it-traffiku f 'Għawdex, l-estimi li ġew studjati juru li t-traffiku jista' jikber b'1.6%. Però vjaġġ li s-soltu l-Għawdxi jeħodlu total ta' madwar siegħa biex jagħmlu, sa ma jistenna l-vapur, sa ma jaqsam u sa ma jinżel, bil-mina għandu jeħodlu 12-il minuta. Chris Said jgħid li meta titlesta l-mina, jkunu għaddew żewġ elezzjonijiet oħra Ir-rapport jgħid li hemm bżonn sentejn ta' studju ġeoloġiku u preparamenti, u tliet snin biex tinbena. Meta l-ILLUM staqsa meta se jibdew l-istudji, Michael Grech, il-president tal-GBC qalilna li sa ma joħorġu l-offerti għall-istudji li jridu jsiru u jibdew il-preparamenti, l-istudju jkun jista' jibda minn Settembru tal-2016. Dan ifisser li jridu jgħaddu sentejn biex il-mina, suppost titlesta fl-2021. Iżda meta tkellem ix-shadow minister għal Għawdex Chris Said, qal li bħala Partit Nazzjonalista jaqbel mija fil-mija li għandha ssir il-mina għax kien il-PN li ħareġ bl-idea tliet snin ilu. Qal li jinsabu inkwetati li din biex titlesta jridu jgħaddu żewġ elezzjonijiet oħra (jiġifieri madwar 10 snin). Qal li din hi soluzzjoni tat-tul, iżda sadattant, l-Għawdxi għandu bżonn li jkollu soluzzjonijiet aktar malajr b'aċċessibilità aktar veloċi, bħal dik tal-fast ferry u tal-fixed link li l-Gvern tal-mument jidher li mhux qed juri iżjed interess fihom. L-istħarriġ tal-GTA ma jreġix Mistoqsi dwar l-istħarriġ li sar mill-Gozo Tourism Association u li kien żvelat fuq l-ILLUM fil-25 ta' Ottubru 2015 Michael Grech qal li lukandi f 'Għawdex hemm biss nofs tużżana, u dawn mhux vera ġew mistoqsija kollha jaqblux jew le. Grech, li jirrapreżenta lill-komunità tal-kummerċ f 'Għawdex, qal li biex tara jriduhiex jew le ma tistaqsix lill-managers tal- lukandi iżda lill-proprjetarji u dawn, skont Grech, fil- maġġoranza qalulu li jaqblu mal-mina. Il-Ħadd 22 ta' Novembru 2015| illum 5 Aħbarijiet mill-Ministeru t'Għawdex għall-laqgħa dwar il-mina Uħud minn dawk preżenti għat-tnedija tar-Rapport Cordina Il-kelliem tal-PN għal Għawdex Chris Said