Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/608325
12 illum | Il-Ħadd 29 ta' Novembru 2015 Feature Is-sitt żjara tal-aktar persuna minn Veronica Lynn Mizzi Kienu ħafna dawk li garrew jew saħansitra beżgħu joħorġu barra minn darhom f 'dawn il-ftit ġranet minħabba l-laqgħa tal-kapijiet tal-istati tal-Commonwealth li qed isseħħ f 'pajjiżna. Min jipprova jibqa' ġewwa biex jevita t-traffiku, min biex jevita l-ġenn li jġib miegħu avveniment bħal dan. Però, il-ġenn fit-toroq mhux l-unika ħaġa li ġġib magħha din il-laqgħa, għaliex minbarra l-kapijiet tal-istati membri fil-Commonwealth, jew ir- rappreżentanti tagħhom li jammontaw għal 53 stat differenti, se tiġi żżurna wkoll il-kap tal- Commonwealth, ir-Reġina Eliżabetta II. Huwa mifhum li din għandha tkun l-aħħar żjara uffiċjali tar-Reġina f 'din il- laqgħa tal-kapijiet tal-istati tal- Commonwealth. Fil-fatt, kien hemm id-dubji jekk kinetx attwalment ġejja għal din l-edizzjoni taċ-CHOGM minħabba li qabżet l-edizzjoni li saret sentejn ilu fi Sri Lanka u anke minħabba li qed jitnaqqsu l-avvenimenti li qed tattendi għalihom barra mill-Ingilterra sforz l-età li għandha kemm ir-Reġina kif ukoll il-Prinċep Filippu, li jgħodd l-94 sena. ir-Reġina u Malta: storja li tmur lura s-snin Minkejja dan, ir-Reġina qed tonorana bil-preżenza tagħha flimkien ma' żewġha, l-Prinċep Filippu u binha l-Prinċep Karlu u martu Camilla, id-Dukessa ta' Cornwall. Malta mhux xi destinazzjoni ġdida għar- reġina għaliex din hija l-s-sitt żjara tagħha fostna, bl-ewwel żjara tkun iktar minn 60 sena ilu. Malta huwa wkoll l-unika pajjiż li r-Reġina għexet fih għal xi żmien, barra mill-Ingilterra. Hi u l-Pinċep Filippu kienu jgħixu għal xi żmien f 'Malta, fejn ħafna nies kienu jgħidu li kienet tgħix ħajja normali, bħala l-mara ta' ħaddiem tan-Navy. Fil-fatt, 'Villa Guardamangia' f 'Tal- Pietà hi r-residenza li fiha qattgħet xi żmien tgħix ir-Reġina u żewġha, dak iż-żmien bħala l-Prinċipessa Eliżabetta. Fl-aħħar snin qamu wkoll xi kwistjonijiet fuq l-istess residenza dwar l-istat li kienet tinsab fiha, għaliex tħalliet f 'abbandun kważi totali bir-riskju li jintilef parti mill- wirt storiku tagħha. Dak iż-żmien kien intqal li din id-dar ma tistax tintilef għaliex hija, 'l-unika propjetà 'l barra mill-Ingilterra li r-Reġina sejħitilha bħala darha.' Minħabba f 'hekk, Malta huwa pajjiż speċjali għall-koppja Rjali, fejn għandhom imħabba partikolari għal pajjiżna. L-aħħar żjara li kienet għamlet ir- Reġina f 'pajjiżna kienet f 'Novembru tal-2007, f 'dik li uħud sejħulha bħala t-tieni qamar il-għasel, meta kienet għamlet żjara privata qasira fl- okkażjoni tas-sittin sena anniversarju taż-żwieġ tagħha mad-Duka ta' Edinburgh. Dakinhar, kienet waqfet għal ftit jiem Malta qabel marret lejn l-Uganda fejn kienet qed issir laqgħa taċ-CHOGM. Waħda mill-aħħar attivitajiet li se jkunu qed jipparteċipaw fihom il-koppja Rjali hija żjara fil-korsa tal-Marsa fejn il-Prinċep Filippu kien jilgħab il-polo. L-aktar persuna li ilha fuq it-tron Din is-sena kienet waħda partikolari u importanti ferm, kemm għar- Reġina kif ukoll għall-Ingilterra u l-Monarkija b'mod ġenerali. Dan hekk kif ftit wara l-5.30pm tad-9 ta' Settembru li għadda, ir-Reġina qabżet lir-Reġina Vittorja biex saret hi l-iktar persuna li ilha fil-poter fil-Monarkija Ingliża. Ir-rekord tar-Reġina Vittorja kien ta' 63 sena, seba' xhur u jumejn. F'dan iż-żmien tar-renju tagħha, ir- Reġina Eliżabetta rat bosta affarijiet jinbidlu, fosthom Fis-snin kollha li r-Reġina ilha fit- tron, kisret bosta rekords, fosthom li siefret u daret pajjiżi aktar minn kull re jew reġina oħra billi żaret 116-il pajjiż f '265 żjara uffiċjali. Hi ukoll il- persuna li l-aktar li tidher fuq muniti ta' pajjiżi differenti, minħabba li hi l-kap tal-Commonwealth, u għadha tidher fuq muniti li lanqas għadha reġina tagħhom bħal Fiji. Hi flimkien ma' żewġha kisru r-rekord tal-itwal żwieġ irjali meta ftit iktar minn ġimgħa ilu, fl-20 ta' Novembru, il-koppja għalqet 68 sena miżżewġa. X'tagħmel jekk tiltaqa' mar-Reġina? Għalkemm iż-żjara tar-Reġina hi waħda qasira u fiha ma tantx hemm mumenti li fihom se tiltaqa' man- nies, tajjeb li wieħed ikun infurmat dwar l-etikett mitlub, f 'każ ta' laqgħa bħal din, forsi min jaf, ikollok l-opportunità tagħmel dan. Minkejja li m'hemm l-ebda lista uffiċjali ta' dawk l-affarijiet li jistgħu jew ma jistgħux isiru fil-preżenza tar-Reġina, dawn huma xi affarijiet li wieħed għandu joqgħod attent għalihom: - Qatt m'għandek tmiss lir-Reġina jew lill-membri tal-familja Rjali, ħlief biex teħdilhom b'idejhom. Dan kienu tgħallmuh b'esperjenza qarsa dawk li kienu għamlu dan Ir-Reġina u l-Prinċep Filippu fuq il-bejt ta' 'Villa Gwardamangia'