Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/608325
Il-Ħadd 29 ta' Novembru 2015 | illum 15 u għaqdiet oħra fejn dan emmen fina biex inkattru dak li bdejna s-sena ta' qabel. Fil-fatt dan kien inbeda mill-avukat Joe Mifsud li issa kellu jċedi l-armi minħabba li ngħata l-inkarigu ta' Maġistrat. Dwar dan, Maria qaltilna, "Joe Mifsud firex tapit u aħna bnejna fuqu. Il-fatt li aħna konna parti mill-grupp is-sena li għaddiet għenitna biex ikun hemm kontinwità." Mistoqsijin x'inhu l-iskop kollu għal Milied f 'Għawdex, Maria qaltilna, "L-iskop tal-kumitat hu li min iżur Għawdex jista' jidħol fl-ispirtu tal-Milied u fl-istess ħin jgħin lill- komunità kummerċjali biex jagħmlu x-shopping tal-Milied f 'Għawdex. Għalhekk, se jkun hemm animazzjoni sħiħa fi triq ir- Repubblika għax-shopping." Il-MUSEUM jiddomina l-Milied fin-Nadur In-Nadur minn dejjem kien raħal progressiv fejn jidħlu ċelebrazzjonijiet ta' kull tip. U ma setax jonqos li anke fil-Milied ikun minn ta' quddiem. Iżda hawn jidher li l-Mużew tas-subien jiddominaw il-festi natalizji bi musical mill-isbaħ 'Ċelestinu bejn ħaltejn' li jittella' kuljum bejn id-19 u s-26 ta' Diċembru fis-7.30 ta' filgħaxija. Iżda fattur interessanti fil-Museum hu li dan jinbidel għal villaġġ sħiħ b'armar tal- epoka. Lejliet il-Milied, il-membri tal-MUSEUM itellgħu programm mużikali li jkun ferm interessanti bil-purċissjoni bil-bambin u l-prietka tradizzjonali tal- Milied. Dan barra l-presepju ħaj bejn id-19 ta' Diċembru u t-3 ta' Jannar u l-wirja ta' presepji li ssir fil-Kunsill tan-Nadur. Bethlehem f 'Għajnsielem Bethlehem f 'Għajnsielem jibqa' l-attrazzjoni prinċipali f 'Għawdex fejn fis-snin li għaddew żaruha madwar 100,000 fis-sena. Għalhekk, Franco Ciangura li kien il-bniedem li bidel Ta' Passi, f 'Betlem kull sena jara li jagħmel xi ħaġa ġdida biex ikompli jiġbed il-viżitaturi lejn dan il- villaġġ tant imfittex minn dawk li jżuru Għawdex bejn is-6 ta' Diċembru u t-3 ta' Jannar. Il-Milied li għaddha żżanżnet id-dgħajsa li tirrapreżenta qasma fuq ix-xmara Ġordan. Din id- darba sar pont tal-injam u ħbula li jwasslek sa din id- dgħajsa. Attrazzjoni li żgur se tkompli tiġbed tfal u kbar lejn din l-attrazzjoni unika f 'Malta u Għawdex. Din is- sena hu mistenni li se jżurha anke s-sindku ta' Betlem flimkien ma' delegazzjoni minn Betlehem. Min irid ikun jaf eżatt x'se jkun hemm madwar Għawdex għal żmien il-Milied jista' jżur is-sit elettroniku christmasingozo. com.mt Għawdex 'villaġġ wieħed tal-Milied "L-iskop tal-kumitat hu li min iżur Għawdex jista' jidħol fl-ispirtu tal-Milied u jagħmel ix-shopping tal-Milied f 'Għawdex" "Tmiem il-ġimgħa tat- 12 u 13 ta' Diċembru se jkun ddedikat lil Leah, it-tifla Għawdxija li rebħet qalb kulħadd bil-ġlieda tagħha kontra l-kanċer li tilfitha ta' sitt snin" Maria Farrugia u Catherine Cauchi, l-ixprun ta' Milied f 'Għawdex Il-presepju ħaj fin-Nadur Ritratt -Alessio Sultana