Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/608325
16 illum | Il-Ħadd 29 ta' Novembru 2015 D ħalt l-'istamperija' wara nuqqas ta' sentejn u nofs biex niltaqa' mal- preżentatur tar- Radio 101, David ake. Ikolli nammetti li għalkemm inħobb is-satira, kien is-sarkażmu fil- programm tiegħu li ħajritni nagħmel din l-intervista anke jekk inħoss li dawn it-tip ta' programmi jinżlu tajjeb biss ma' dawk diġà konvertiti, f 'dan il-każ man-Nazzjonalisti. Mistoqsi x'ħajru joħloq dan it-tip ta' programm, Thake beda biex jgħidli, "Qatt ma kont annimal politiku. L-uniku darba li kont involut fil- politika kien fl-1984 bħala president tal-istudenti tal-iskejjel tal-Knisja fejn immilitajt f 'meetings pubbliċi fil-kwistjoni bejn il-Gvern u l-iskejjel tal-Knisja. Fi żmien Alfred Sant meta ried ineħħi l-VAT, kont iddeċidejt li noħloq organizazzjoni tan-negozjanti għax kont inħoss li l-GRTU kienet 'torqod' mal-Gvern, iżda din mietet qabel bdiet timxi." 'Kien hemm bżonn bidla fil-PN' Thake beda biex qal li l-għajta li tela biha Joseph Muscat fl-2013 kienet waħda pożittiva, "mela hawn xi ħadd li ma jaqbilx li Malta m'għandiex tkun tagħna lkoll? Min ma jaqbilx ma' dan, postu mhux fil-politika. Iżda bdejt ninduna li l-Labour waqt li kien qed jipprietka dwar politika li ma tħarisx lejn kuluri, kien qed jgħabbi miegħu nies opposti fl-imġiba tagħhom minn dak li kien jingħad. Ma stajtx nifhem kif partit b'Sciberras Trigona u anke b'Joseph Muscat seta' jkun favur l-Ewropa meta l-istess mexxej kien l-'attack dog' tal-Partit Laburista kontra l-moviment tal-IVA favur sħubija fl-Ewropa. Kif jista' jkollok lil Joe Debono Grech f 'moviment meritokratiku meta dan kien waħħal plakka mal-bieb 'Jien naqdi lil- Laburisti biss'. Jien sibt diffikulta nemmen dan kollu u ż-żmien tani raġun." Dan allura kien ifisser, skont Thake, li dawk l-eluf li vvutaw labour żbaljaw? "Min ivvota labour, jekk ivvota mhux għal gwadann personali, sew għamel. Għax jien nagħżel lil dak li nemmen li se jmexxi l-pajjiż 'il quddiem." Hawnhekk donnu li Thake kien qed jinsa li kien hemm element qawwi ta' partitarji Nazzjonalisti li kienu mxebbgħin bit-tmexxija ta' Gonzi u sħabu u għalhekk ifakkar mill-ewwel li, "ħafna kienu ħassew li l-PN ma kienx għadu l-partit tagħhom. Kien partit li jġib l-isem tal-PN iżda huma kienu jħossu li m'għadux il-partit li kienu jimmilitaw fih u ħassew il- bżonn li jibdlu l-vot tagħhom." David Thake kompla jgħid li hu wkoll kien iħoss li hemm bżonn bidla fil-PN tant li ma qabilx li l-partit kien favur id-divorzju. Iżda qal li għażel li jipprova jgħin biex jibdel il-partit minn ġewwa, milli jivvota kontrih, "U kien għalhekk li ddeċidejt li ninvolvi ruħi aktar fix-xena politika." Allura dan ifisser li Simon Busuttil hu l-persuna li qed ibiddel dan il-partit? "Kien hemm diversi nies li kienu xettiċi dwaru meta laħaq kap għax kien persuna li l-mod kif jitkellem kien differenti mill-mexxejja ta' qablu, u allura kien persuna li biex jibda jiġbdek, trid tidrah. Fil-fatt, aktar ma jagħmel diskorsi aktar tibda tinduna li qed jissaħħaħ u jirfina u wera li f 'sitt xhur għamel differenza kbira anke man- nies." Il-meritokrazija: L-ewwel pilastru tal-PL li waqa' Bil-programmi li jtella' u anke kif beda l-intervista, Thake kien jidher li n-nuqqas ta' meritokrazija l-aktar li tagħtih ġewwa. Staqsejtu biex ikun sinċier u jgħidli jekk il- Partit Nazzjonalista fil-gvern kienx meritokratiku, "meta ngħidu li l-partit kellu bżonn tibdiliet, jien nemmen li l-partiti politiċi kollha fil-passat, u l-PL fil-preżent huma ħatja li għamlu ħatriet li wieħed jista' jattakkahom fuq element ta' meritokrazija. Però qatt ma konna ġejna fil-livelli li qegħdin illum. Ma nistax nimmaġina kif il-PL jagħmel il-meritokrazija bħala l-pilastru tal-kampanja elettorali u jkun proprju l-ewwel pilastru li jaqa'. Dan ġara f 'kull qasam u weġġa' lil dawk li vvutaw l-ewwel darba lil-Labour u lil dawk li bidlu l-vot minn PN għal PL għax emmnu l-għajta ta' Joseph Muscat. Dawn emmnu li se jgħixu f 'pajjiż li jekk int aħmar jew inti blu ma tagħmilx differenza iżda jgħodd biss dak li taf u mhux lil min taf. U meta tara l-ħatriet ta' Norman Hamilton bħala ambaxxatur fl-Ingilterra u lil Sai Mizzi li titħallas €13,000 fix-xahar biex toqgħod ħdejn il-mummy, ifisser li Muscat qed jitmejjel bija f 'wiċċi." Jista' jkun tal-partit l-ieħor, basta jkun leali Tajjeb li tikkritika, iżda David Thake allura jemmen li jekk ikun hemm gvern Nazzjonalista se jitfa' fil-bordijiet Laburisti, u lin- Nazzjonalisti ħa jħallihom barra? "Il-partit fil-Gvern għandu jappunta nies li kapaċi fix-xogħol li jintagħżlu għalih, sew bħala kapaċità akkademika, u li tkun preparat li taħdem mal- amministrazzjoni li tkun qed tmexxi l-pajjiż. Jista' jkun ta' partit oppost, basta jkun leali lejn il-Gvern. Leali ma jfissirx li tikser il-liġi biex togħġob lill- Gvern iżda li tagħmel id-dmir tiegħek, li taqdi lil kulħadd u li ma tagħmilx bsaten fir-roti. Illum, nies li kienu kapaċi tneħħew kollha u tpoġġew biss YES MEN li jagħmlu disservizz lil pajjiż." Jallega ndħil f 'dak li jkun diskuss f 'Xarabank Dak il-ħin semmjetlu l-ismijiet ta' Anton Attard, il-Kap Eżekuttiv tal-PBS, li għax hu kapaċi tħalla hemm, Lou Bondi li ngħata kariga għax għandu l-kapaċitajiet tiegħu u anke Peppi Azzopardi li baqa' għaddej b'Xarabank anke jekk dawn kienu simpatizzanti tal-PN. Thake għażel li jinjora l-ismijiet ta' Anton Attard u Bondi u wieġeb fuq Xarabank, "Jekk tistaqsini jekk il-programm Xarabank taħt l-amministrazzjoni ta' Joseph Muscat għadux l-istess programm investigattiv li ma jiddejjaq xejn jitkellem dwar kwalunkwe suġġett, anke jekk ikun imbarazzanti għall-Gvern tal- ġurnata, ngħidlek li r-realtà nbidlet drastikament. Il-Peppi Azzopardi li qed jagħmel Xarabank tal-lum, b'deċiżjoni tiegħu jew le, jew jekk ġietx imposta fuqu jew le, huwa differenti." Imma Thake qed jimplika li Peppi għandu sarima" U hu dlonk weġibni, "naħseb li r-'rules of engagement' li jrid jopera bihom illum huma differenti. Naħseb li fejn qabel, in-nies ta Xarabank kienu jagħżlu s-suġġetti huma, mingħajr inteferenzi jew minħabba l-biża' ta' interferenza jew il-biża' tal- konsegwenzi, illum dan mhux il-każ. Illum in-nies qed jibżgħu jitkellmu għax jibżgħu mill-konsegwenzi għax qed jaraw il-konsegwenzi jseħħu quddiemhom." Hawnhekk Thake semma każ ta' nurse, Lawrence Bonavia li ħa sitt transfers f 'ġimgħa waħda, semma nies li jaħdmu l-Freeport, li jitpoġġew f 'uffiċju ma jagħmlu xejn. Affarijiet li ġraw fi żmien in-Nazzjonalisti wkoll, "Jekk kienu jiġru, kien ħażin bħalma hu ħażin illum." Issa jekk il-PN ikun fil-gvern u jagħmel l-istess, David Thake se jagħmel programm fuq il-media u jattakka n-nuqqas tal-meritokrazija? "Jien kandidat tal-Partit u suġġett għad-dixxiplina tal-Partit. Persważ li dak li qed jiġri llum ma jiġrix bi Gvern immexxi minn Simon Busuttil u bin-nies li Simon qed jipproponi biex ikunu fil-Parlament. Issa jekk tinqala', dmiri lejn il-partit hu li naċċerta ruħi li ma jerġax jagħmel żbalji, u nimpenja ruħi li jekk nara xi żbalji, nara li ma jsirux u jekk ikunu qed isiru jieqfu." Min sar sinjur mill-politika huwa ħalliel Innutajt li d-David Thake li kien hemm quddiemi kien differenti mid- David Thake ta' fuq ir-radju, David l-aggressiv li qisu kelb tal-kaċċa jiġri wara l-vittmi tiegħu. Programm li jista' jagħmlu popolari, iżda qed jippriedka lill-konvertiti. "Jien aggressiv mhux mad-deputati u ministri Laburisti. Kontra l-persuna m'għandi xejn iżda mal-imġiba tagħhom. Il-politika mhux qiegħda hemm biex issir sinjur, iżda biex tagħti servizz." Iżda l-perċezzjoni tal-poplu hemm barra, mhux l-utopja li kien qed jitkellem John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Intervista "Giddieb min qal li ħadt jien irbaħt tender għax "Naħseb li fejn qabel in-nies ta' Xarabank kienu jagħżlu s-suġġetti huma mingħajr interferenzi jew il-biża tal- konsegwenzi, illum dan mhux il-każ"