Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/608325
Il-Ħadd 29 ta' Novembru 2015 | illum 31 Il-Fondazzjoni GAL XLOKK ghas-servizz tal-komunitajiet tax-Xlokk ta' Malta Fondazzjoni GAL XLOKK Il-Fondazzjoni GAL XLOKK twaqqfet f 'Ottubru tal-2008 bħala parti mill-Programm għal Iżvilupp Rurali konformi mal-LEADER sabiex jiġu implimentati il-miżuri għal beneċċju tal-komunitajiet tax- Xlokk ta' Malta. L-iskop ta' dawn il-miżuri kien li tisaħħaħ ir-rabta bejn il-ħajja rural x-Xlokk ta' Malta u dik tal-komunitajiet tal-istess territorju. Biex dan iseħħ kien hemm bżonn ta' strateġija iukata li ġiet żvilluppata wara konsultazzjoni wiesa ma' rapreżentanti u entitajiet lokali. L-għan ta' din l-istrateġija kien li jittieħdu inizzjattivi għal ġid komuni tal-komunitajiet tax-Xlokk ta' Malta permezz tal-programm LEADER. Dan il-programm huwa parti minn Assi IV tal-Pjan għal Iżvilupp Rurali tal-Fond Agrikolu Ewropej. L-implimentazzjoni tal-istrateġija bdiet -2010, meta ġie irmat il-ehim bejn il-Fondazzjoni GAL XLOKK u l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Aarijiet Rurali. Dan il-kuntratt li jammonta għal €3 miljun wassal biex jibdew jiġu implimentati il-miżuri skont l-istrateġija għax-Xlokk ta' Malta. Din kienet esperjenza ġdida għal dawk kollha li ħadmu biex il-Fondazzjoni titwaqqaf u timplimenta dawn il-miżuri. Ta' min iżid li b'kuntrast ma' pajjiżi oħra li issieħbu -Unjoni Ewropeja -2004, pajjiżna ma kellux opportunita' li jipparteċipa programmi ta' qabel is-sħubija. L-Ewwel Snin Il-Fondazzjoni GAL XLOKK titmexxa minn kumitat fejn ir-rappreżentanza mis-settur privat hija ta 51% lwaqt li dik tal-entitajiet pubbliċi hija dik ta 49% hekk kif hu mitlub mill-istatut. B'din ir-rappreżentanza is-settur privat għandu rwol inuwenti t-tmexxija tal-Fondazzjoni. Rappreżentanza mis-settur privat tinkludi għaqdiet non-governattivi, volontarji, folkloristiċi, sportivi, dawk li jirappreżentaw iż-żagħżagħ, intrapiriżi privati kif ukoll bdiewa. Mis-settur pubbliku insibu 17-il lokalita rurali imkien mal-Universita ta' Malta. Dan il-kumitat jiltaqa' b'mod regolari u fost aarijiet oħra jevalwa l-applikazjonijiet marbuta ma' miżuri amministrati mil-Fondazzjoni. Il-membri tal-kumitat jiġu eletti kull tlett snin permezz ta' votazzjoni skont l-istatut. L-ewwel snin tal-Fondazzjoni kienu kemm ta' sda u sodisfazzjon għall-membri tal-kumitat. Kienu snin ta' sdi wkoll għal min applika għal waħda jew oħra mill-miżuri. Fost l-isdi kien hemm il-ħtieġa li tisaħħaħ ir-relazzjoni bejn l-entitajiet pubbliċi u dawk privati kif ukoll li tingħata informazzjoni ta' kif jitħaddmu il-proċeduri marbuta ma' kull miżura. Għalhekk kien hemm bżonn li ssir kampanja ta' informazzjoni qawwija biex il-Fondazzjoni tinforma lil kull min seta' ibbeneka mill-miżuri tal-programm LEADER. F'din il-kampanja saru laqgħat regolari ma' għaqdiet u rappreżentanti tal-komunitajiet lokali kif ukoll ġew organizzati diversi attivitajiet biex issir promozzjoni tal-ħajja u wirt kulturali u ta' prodotti artiġjanali u agrikoli. Ġiet imwaqqfa wkoll websajt in- terattiva u saru diversi publikazzjonijiet imirrati għat-tfal. Il-Fondazzjoni organizzat ukoll diversi seminars biex jiġu diskussi t-temi ta' interess għal-komunitajiet tax-Xlokk ta' Malta. Fil-bidu tal-operat tal-Fondazzjoni GAL XLOKK ġew implimentati diversi miżuri li l-iskop tagħhom kien li itejjeb il-kwalita tal-ħajja kulturali, rurali u sportiva. Dawn il-miżuri ġew implimentati skont il-gwidi tal-Awtorita' ta' Ġestjoni li taqa' taħt is-Segretarjat Parlamentari għal-Presidenza tal-Unjoni Ewropeja 2017 u l-Fondi Ewropej. Il-pagamenti marbuta ma' dawn il-miżuri jinħarġu mill-Aġenzija tal-Pagamenti li taqa' taħt il-Ministeru tal-Iżvilupp Sostennibli, l-Ambjent u t-tibdil l-Klima. Miżuri (2007-2013) Il-Fondazzjoni implimentat b'suċċess diversi miżuri fosthom il-miżura M125 (Assi I) immirata biex itejjeb l-infrastruttura rurali, fejn dawk li bbenekaw kienu bdiewa imkien mal-komunitajiet li joqgħodu ż-żoni rurali. Miżura oħra ta' success kienet il-miżura M313 (Assi III) – li l-għan tagħha kien il-promozzjoni ta' attivitajiet turistiċi speċjalment x-xhur tax-Xitwa. Eżempji ta' dawn l-inizjattivi jinkludu spazji rikrejattivi għall-familji ġewwa Ħal-Farruġ, il-Bajja ta' San Tumas ġewwa Marsaskala u Ħal-Għaxaq. Proġetti oħra ta' min isemmihom kienu Heritage Trails minn kapella sa kapella ġewwa iż-Żejtun u Ħal-Qormi. Dawn il-proġetti għenu biex itejbu l-kwalita' tal-ħajja u -istess waqt jattiraw iktar turisti lejn ix-Xlokk ta' Malta. Il-Fondazzjoni tpoġġi emfasi kbira fuq it-titjieb tal-kwalita' tal-ħajja permezz ta' proġetti biex jisebbaħ l-ambjent għall-beneċċju tar-residenti tax-Xlokk ta' Malta. Inizzjativi oħra importanti kienu il-bini ta' Ċentru ta' Informazzjoni għat-turisti ġewwa Marsaxlokk, attivitajiet għall-promozzjoni ta' prodotti artiġjanali u agrikoli, kif ukoll attivitajiet kulturali, edukattivi u għat-tfal tal-iskejjel t-terrtorju. Ingħatat għajnuna wkoll lill-għaqdiet volontarji f 'ħafna rħula x-Xlokk ta' Malta. Il-kunsilli lokali kellhom sehem attiv bħala membri tal-Fondazzjoni kemm t-tfassil ta' l-istrateġija kif ukoll -implimentazzjoni tal-miżuri amministrati mill-Fondazzjoni. Ir-rwol tagħhom se jerġa jkun daqstant importanti t-tfassil tal-istrateġija l-ġdida. Din l-istrateġija għandha tioka aktar fuq miżuri biex jgħinu l-iżvilupp rurali speċjalment permezz ta' miżuri li jgħinu -immaniġjar tal-ilma, is-sostenibilita' tal-annimali, il-konservazzjoni tal-enerġija, prodotti agrikoli ta' kwalita', tisbieħ tal-ambjent u tisħieħ tal-ekonomija rurali u l-kwalita tal-ħajja. F'dan l-isfond lir-rwol tal-Fondazzjoni ma jistax jiġi sottovalutat l-aktar minħabba l-esperjenza li din l-istess Fondazzjoni akwistat matul l-ewwel snin tat-twaqqif taghħa, speċjalment minħabba il-koperazz- joni li żviluppat ma' entitajiet simili f 'Italja u pajjiżi oħra. Il-Fondazzjoni żviluppat din il-kollaborazzjoni permezz ta' proġetti transnazzjonali. Proġetti Transnazzjonali Il-Fondazzjoni pparteċipat f 'żewġ proġetti transnazzjonali bejn is-snin 2012 u l-2015. Fl-ewwel proġett il-Fondazzjoni GAL XLOKK imkien mal-GAL Majjistral u sebgħa imsieħba oħra mill-Italja ingħaqdu imkien sabiex jaħdmu fuq proġett "Dieta meDIETerranea" taħt il-miżura transnazzjonali. Permezz ta' dan il-proġett, il-Fondazzjoni oriet opportunita' lill-produtturi mix-Xlokk ta' Malta biex jipparteċipaw tlett festivals ġewwa Malta, Sardinia u l-Veneto. Dan il-proġett għen l-promozzjoni ta' prodotti artiġjanali u agrikoli lokali bħala parti mid-dieta Mediterranja. Dawk li pparteċipaw ġew minn setturi varji fosthom artiġjanat, turismu rurali, settur agrikolu u vitikultura. Proġett ieħor fuq livell transnazzjonali kien dwar il-biodiversita' u s-sostenibillita' tal-ibħra bejn Malta u Sqallija. L-għan ta' dan il-proġett kien li jittieħdu miżuri biex jitnaqqas it-tniġġiż -ibħra li għandhom preżenza qawwija l-aktar ta' vapuri tal-merkanzija. Din il-preżenza twassal għal-livell għoli ta' inkwinament bejn Malta u Sqallija u dan il-proġett kellu jservi biex jittieħdu l-ewwel passi biex dan l-inkwina- ment jitaa. Impenn B' kollaborazzjoni ma' rappreżentanti u entitajiet kemm pubbliċi u privati, il-Fondazzjoni GAL XLOKK tista tħares il-quddiem b'aktar entużjażmu u impenn sabiex titkompla l-ħidma favur il-komunitajiet tax-Xlokk ta' Malta. Din il-ħidma għandha twassal biex jisaħħaħ l-iżvilupp rurali t-territorju u tisaħħaħ il-kwalita tal-ħajja għar-residenti. Mr. Joe Attard – Ċermen/Dr. Philip Von Brockdor – Viċi Ċermen FONDAZZJONI GAL XLOKK E: info@galxlokk.com T: 00356 2099 8008 Membri Pubbliċi: Il-Kunsili Lokali ta' Birżebbugia, Ħal Għaxaq, Imqabba, Ħal Luqa, Ħal Kirkop, Marsaskala, Marsaxlokk, Ħal Qormi, Qrendi, Ħal Sa, Ħaż-Żabbar, Żejtun u Żurrieq u l-Universita ta' Malta. Membri Privati: Maypole, Silvercra Ltd, MOAM, Pinto Caterers, San Niklaw Estates, Għaqda Folklor, Arti u Artiġjanat taż-Żejtun, Marsaskala Outdoor Sports, Lourdcarm, Fenech Farms u r-rapreżentant taż-żgħażagħ.