Illum previous editions

ILLUM 29 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/608325

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 39

34 illum Il-Ħadd 29 ta' Novembru 2015 Sports Andrew Grech bit-tieni l-aqwa ħin fl-edizzjonijiet kollha tal-Malta Challenge Marathon Wara li s sena l-oħra l-atleta ewlieni Malti, andrew Grech ħa sehem fir-relay team taċ- Challenge Marathon fejn ġera id-distanza ta' 25km f 'ħin rebbieħ ta' siegħa u 26 minuta, huwa ddeċieda li din is-sena jagħmel iċ-Challenge Marathon kollha li tikkonsisti f 'Maratona maqsuma fi tliet itlielaq fi tliet ijiem b'distanzi ta' 11.195 km, 6 km u 25 km. L-ewwel rotta ta' 11.195 kms ħadet lill-atleti mir- Rabat lejn Ħad-Dingli u l-inħawi u Andrew Grech rebaħ din ir-rotta f 'ħin ta' 37.13 minuta. It-tieni rotta ta' 6 km kienet ġewwa Birżebbuga li Grech rebaħha f 'ħin ta' 19.41 minuta, waqt li t-tielet rotta ta' 25km, minn San Pawl il-Baħar, tul il-kosta sal-Belt Valletta, Andrew Grech rebaħha wkoll f 'ħin ta' 1:27.18. It-total tal-Maratona kien dak ta' 2:24.12, li hu kważi tmien minuti 'l bogħod mill-eqreb rivali tiegħu, Charlton Debono, li kellu tlett itlielaq tajbin ħafna u ta' sfida denja fl-istess Challenge Marathon. Intant, fit-tielet post daħal Keith Galea. Ta' min isemmi li l-ħin li Andrew Grech kiseb matul iċ-Challenge Marathon ta' din is sena huwa t-tieni l-aqwa ħin fil-25 sena li ilha ssir iċ-Challenge Marathon, u tmien sekondi biss 'il bogħod mill-aqwa ħin ta' kull żmien li kien wettaq l-atleta Joe Pace, lura fl- 1993. F'kummenti li għadda lil din il-gazzetta, Andrew Grech, xtaq jirringrazzja lill-kowċ personali tiegħu, Has Kesra, għall-għajnuna kollha tiegħu, waqt li radd ħajr ukoll lill- isponsors tiegħu, Nanox Nutriceuticals, Nyoo, Eurosport B'Kara, Le Meridien Hotel & Spa St Julian's, Medcomms Ltd u lill-istess Malta Challenge Marathon, għas-sapport kontinwu tagħhom. Intant, Andrew Grech, xtaq jirrimarka l-fatt li din ir-rebħa fiha iktar valur għalih personali, minħabba li huwa m'għadux jifforma parti mill-iskema tal- Government Flexi Training. Andrew Grech jifraħ wara li rebaħ il-Malta Challenge Marathon ta' din is-sena Ritratt : Wally Galea Sewwieq Tim Ħin 1. Nico Rosberg Mercedes 1m40.237s 2. Lewis Hamilton Mercedes 1m40.614s 3. Kimi Raikkonen Ferrari 1m41.051s 4. Sergio Perez Force India/Mercedes 1m41.184s 5. Daniel Ricciardo Red Bull/Renault 1m41.444s 6. Valtteri Bottas Williams/Mercedes 1m41.656s 7. Nico Hulkenberg Force India/Mercedes 1m41.686s 8. Felipe Massa Williams/Mercedes 1m41.759s 9. Daniil Kvyat Red Bull/Renault 1m41.933s 10. Carlos Sainz Toro Rosso/Renault 1m42.708s 11. Max Verstappen Toro Rosso/Renault 1m42.521s 12. Jenson Button McLaren/Honda 1m42.668s 13. Pastor Maldonado Lotus/Mercedes 1m42.807s 14. Felipe Nasr Sauber/Ferrari 1m43.614s 15. Romain Grosjean Lotus/Mercedes - 16. Sebastian Vettel Ferrari 1m42.941s 17. Fernando Alonso McLaren/Honda 1m43.187s 18. Marcus Ericsson Sauber/Ferrari 1m43.838s 19. Will Stevens Marussia/Ferrari 1m46.297s 20. Roberto Merhi Marussia/Ferrari 1m47.434s Mix-Xellug għal-Lemin: Kimi Raikkonen, Nico Rosberg u Lewis Hamilton isellmu lill-partitarji tagħhom f 'Abu Dhabi Nico Rosberg jikseb il-pole ta' Abu Dhabi Is-seWWIeq ta' Mercedes Nico rosberg, ilbieraħ kiseb il-pole- position ta' abu Dhabi, biex b'hekk illum se jkun qed jibda mill-ewwel post tal-gradwatorja f 'dan l-aħħar GP tal-istaġun. Tajjeb ngħidu li Rosberg qatt ma rebaħ GP f 'dan iċ-ċirkiwt u għalhekk illum għandu ċans tajjeb li jikteb l-istorja billi jniżżel ismu bħala rebbieħ fuq dan iċ-ċirkwit għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu. Madankollu, ma tantx hemm aspettattivi kbar għal dan il-GP partikolari, hekk kif Lewis Hamilton ilu li sar champion tad-dinja tal-F1 ta' dan l-istaġun sa minn tliet tlielaq ilu. U ġaladarba semmejna lil Lewis Hamilton, illum is-sewwieq Brittaniku se jkun qed jibda mit-tieni post, hekk kif ilbieraħ temm biss 0.377 sekondi wara sieħbu iżda rivali kbir fuq Mercedes, Nico Rosberg. Intant, is-sewwieq Finlandiż ta' Ferrari, Kimi Raikkonen se jkun qed jibda mit-tielet post tal-gradwatorja, hekk kif għeleb bi ftit frazzjonijiet ta' sekonda lis-sewwieq ta' Force India, Sergio Perez. Intant, sieħeb Kimi Raikkonen fuq Ferrari, is-sewwieq Ġermaniż erba' darbiet champion tad-dinja, Sebastian Vettel, illum se jkun qed jibda biss mis- 16-il post tal-gradwatorja, hekk kif ikkalkula ħażin il-ħin tal-lap li kellu bżonn biex javvanza mill-ewwel sessjoni ta' prattika fil-pole- position tal-bieraħ. Intant, dawn huma l-postijiet li minnhom se jkunu qed jibdew is- sewwieqa rispettivi tal-F1 illum fil-GP ta' Abu Dhabi, flimkien mal-ħinijiet li huma rnexxielhom jiksbu lbieraħ fil-pole-position fuq l-istess ċirkwit:

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 Novembru 2015