Illum previous editions

ILLUM 29 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/608325

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 39

6 illum | Il-Ħadd 29 ta' Novembru 2015 Ir-rapport tal-PN 'Ekonomija għan-nies' minn Albert Gauci Cunningham MATUL din il-ġimgħa il-Partit Nazzjonalista ippublika rapport bl-isem 'Ekonomija għan-nies', bil-Kap tal-PN Simon Busuttil, waqt it-tnedija tiegħu nhar it-Tlieta li għadda jgħid li din kienet ġurnata importanti għall-Oppożizzjoni, "li qed toħroġ bi proposti ekonomiċi konkreti" u li b'inizjattivi bħal dawn, "qed nibnu Gvern alternattiv li joffri ideat ġodda." Imma kemm, verament, huma inovattivi u ġodda l-ideat li ħareġ bihom il-PN f 'dan ir-rapport? Kemm, fil-verità, dan ir-rapport qiegħed, "imexxi trasformazzjoni ekonomika li fiha, l-ekonomija tagħna tkun verament taħdem għan-nies u mhux tikkmandalhom ħajjithom," kif sostna Busuttil? U din l-istqarrija xi tfisser? L-ekonomija sservik mhux tisserva bik, tista' tinstema bħala poeżija f 'widnejn dawk l-eluf li sal-lum għadhom mhux qed iħossu l-ġid ekonomiku tal- pajjiż f 'buthom. Imma, fil-prattika u lil hinn mill-paroli, dan kif se jissarraf f 'fatti? Il-gazzetta ILLUM evalwat ir-rapport li ppubblika l-PN u qasmet id-diversi punti li hemm f 'uħud mill-prioritajiet, msemmijin fl-istess rapport, fi tliet kategoriji: dawk l-ideat li huma innovattivi u li forsi s'issa ftit li xejn smajna dwarhom u għalhekk hemm lok għal diskussjoni aktar wiesa, ir-retorika u allura dawk il-proposti li huma tqal fil-kliem imma ħfief fis- sustanza, u l-irriċiklati, jew dawk il-proposti li jew il- Gvern preżenti ilu jitkellem dwarhom jew inkella kunċetti industrijali li ilhom jitħaddmu f 'pajjiżna minn żmien gvernijiet tal- PN fid-90s. • Minnu nnifsu, ir-rapport huwa inovattiv għax juri li l-PN qed ikun Oppożizzjoni attiva u mhux passiva. Ir-rapport huwa preżentat, kemm fid-dehra kif ukoll fil- lingwaġġ użat, b'mod professjonali ħafna. • Miżura biex permezz ta' ħidma mal-privat isir programm ta' skemi li jgħin persuni bi qliegħ baxx, biex iżidu l-qliegħ tagħhom skont kemm jipproduċu. • Taxxa ambjentali fuq negozji li tkun tvarja skont in-numru ta' impjegati li tħaddem, il-valur miżjud, l-ispazju mibni u l-ħsara f 'emissjonijiet ikkawżati mill-intrapriża. • Tariffi inqas tal- MEPA għal żviluppi kummerċjali f 'żoni diġà mibnija u bil-ħolqien ta' żoni ħodor. • L-Istitut tal-Bini fl-MCAST isir akkademja ddedikata għall-industrija tal-kostruzzjoni b'ċertifikazzjoni f 'livelli differenti. • Tingħata għajnuna lill-industrija tal- kostruzzjoni, bil-kundizzjoni li l-kumpaniji jaderixxu ma' ċerti prattiċi ambjentali. • Il-mina bejn Malta u Għawdex tkun parti minn sistema ħafna ikbar ta' mini taħt l-art madwar il-pajjiż. • Għajnuna ta' 40% mill-ispiża ta' proġett innovattiv li jitwettaq minn kumpanija żgħira li ilha topera inqas minn seba'snin • Appoġġ lill-intrapriżi soċjali speċjalizzati, speċjalment fil-qasam tas-saħħa. • Investiment privat fis- saħħa u l-edukazzjoni, partikolarment bl-użu ta' bini dilapidat – Il-Gvern ħabbar investiment privat f 'San Luqa. • Appoġġ għal Creativity Clusters. – Il-Gvern preżenti ħabbar Design Cluster bħala parti minn żona ta' kreattività fin- naħa t'isfel tal-Belt. • Ningaġġaw f 'aktar rotot (titjiriet) biex nespandu l-konnessjoni ta' Malta madwar id- dinja – Il-Gvern għaddej b'diskussjonijiet għal sieħeb strateġiku mal-Air Malta u aktar kumpaniji tal-ajru qed jibdew itiru minn u lejn Malta. • Malta ssir ċentru għall- konferenzi kbar u avvenimenti globali – Pajjiżna għadu kemm ospita l-Valletta Summit u ċ-CHOGM. • Appoġġ u tkabbir tal-Marsa Maritime Hub – Huwa proġett u kunċett li beda taħt din l-amministrazzjoni. • Bidla minn manifattura ta' fabbriki kbar li jipproduċu bil-massa għal negozji speċjalizzati – Iċ-ċaqliqa lejn negozji speċjalizzati ilha li bdiet żmien. Ħadd m'għadu jitkellem dwar fabbriki kbar, li jipproduċu bil- massa. • Inċentivi għall-iżvilupp tal-privat li qed ifittex mudelli simili għal dak ta' Smart City ¬– Il-kunċett ta' Smart City ma tantx kien xi suċċess. Ikun aħjar li nevalwaw x'seta' mar ħażin milli nippruvaw noħolqu Smart Cities oħrajn. • Kodiċi ta' etika għas-suq tal-proprjetà – Il-Gvern preżenti ħabbar li se ssir White Paper dwar dan is-suq. • L-espansjoni tal- art permezz tar- riklamazzjoni – Il- Gvern preżenti qed jistudja l-possibilità ta' riklamazzjoni. L-ambjentalisti qed jopponu. Imma kemm, verament, huma inovattivi u ġodda l-ideat li ħareġ bihom il-PN f 'dan ir-rapport? Kemm, fil-verità, dan "imexxi trasformazzjoni tkun verament taħdem tisserva bik, tista' tinstema bħala poeżija f 'widnejn dawk l-eluf li sal-lum għadhom mhux qed iħossu l-ġid ekonomiku tal- pajjiż f 'buthom. Imma, fil-prattika u lil hinn mill-paroli, dan kif se jissarraf f 'fatti? Il-gazzetta ILLUM evalwat ir-rapport li ppubblika l-PN u qasmet id-diversi punti li hemm f 'uħud mill-prioritajiet, L-inovattiv, ir-retorika L-Innovattiv fir-rapport tal-PN Imma dawn mhux diġà saru jew qed isiru? Smart City – Il-PN qed jerġa' jipproponi l-kunċett ta' Smart City fuq skala iżgħar Ir-rapport jipproponi li jsir investiment privat fis-saħħa bl-użu ta' bini dilapidat, eżattament bħall-pjan tal-Gvern preżenti għal San Luqa Il-PN qed jipproponi taxxa għal min iħammeġ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 Novembru 2015