Illum previous editions

ILLUM 06 ta Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/611946

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 39

Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 2015 | illum 11 Aħbarijiet 'Stairlifts' għar-rampi taċ-Ċittadella Il-MInIstru għal Għawdex Anton refalo, f 'risposta għall- mistoqsijiet tal-IlluM, iċċara l-pożizzjoni tiegħu dwar it-tħassib li tqajjem fil-Parlament fl-aħħar ġimgħat fir-rigward ta bini ta' rampa li saret għal dawk b'diffikultà ta' mobilità fil-Pjazza Katidral fiċ-Ċittadella, fir-rabat Għawdex. Il-kritika, anke tal-President tal- Kummissjoni nazzjonali Persuni b'Diżabilità (KnPD), Oliver scicluna ilbieraħ waqt il-programm 'Għandi xi ngħid' fuq radju Malta, waslet biex refalo jassigura li l-Ministeru tiegħu hu kommess li jagħmel diversi pjattaformi u 'stairlifts' madwar u fiċ- Ċittadella bħala parti mix- xogħol tisbieħ. Barra dawn, se jsiru wkoll żewġ lifts barra s-swar taċ- Ċittadella biex ikun żgurat aċċess aħjar mil-livell tat-triq saċ-ċentru tal-viżitaturi u minn dan iċ-ċentru għaċ- Ċittadella. Refalo spjega kif il-Ministeru għal Għawdex applika mal-MEPA fil-5 ta' Ottubru li għadda għall- istallazzjoni ta' lift ieħor biex ikun hemm aċċess min-naħa t'isfel tal-pjazza tal-katidral għal Qorti t'Għawdex u t-toroq tal-madwar. Dan it-tħassib kien tqajjem mix-Shadow Minister għal Għawdex Chris Said li f 'diskors fil-Parlament kien appella lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità (KNPD) biex fi żjara ta' spezzjoni li kienet se tagħmel, tassigura li r-rampa li saret bħala parti mill-proġett taċ-Ċittadella, hi skont il-liġi. Min-naħa tiegħu, il-Ministru Refalo qal lill-ILLUM li diġà ġew iffissati dati biex isiru laqgħat mal-KNPD dwar il-kwistjoni ta' aċċessibilità u bidliet li jista' jkun hemm bżonn bil-għan li l-proġett taċ- Ċittadella riġenerata jkun wieħed li jista' jgawdi minnu kulħadd. Intant, kien fi tweġiba Parlamentari tal-istess Said, li l-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia kkonferma kif wara spezzjoni li saret riċentement, irriżulta li r-rampa fi Pjazza Katidral mhix aċċessibbli għal kulħadd. Dan minkejja li l-Perit tal-KNPD, fir-rapport tiegħu datat 29 ta' Settembru 2011, ma sabx oġġezzjoni għall-pjanti li ntbagħtu lill-KNPD mill-MEPA, dejjem sakemm l-iżvilupp ikun skont l-'Access for All Design Guidelines'. L-istess rapport jgħid ukoll, b'mod ċar, li r-responsabiltà aħħarija hija tal-applikant biex jara li x-xogħlijiet isiru skont l-livelli mistennija. Ix-xogħlijiet fuq ir-rampa li qed isiru bħala parti mill-proġett taċ-Ċittadella Ħamsa arrestati fuq sejba ta' droga WArA diversi ġimgħat ta' osservazzjoni fuq residenza fi triq Filomena, il-Kalkara, fejn allegatament kien qed isir abbuż u traffikar ta' diversi drogi, illbieraħ filgħodu l-Pulizija mill-Iskwadra ta' Kontra d-droga għamlet rejd ġol-imsemmija residenza u ġew arrestati ħames persuni Maltin li l-eta` tagħhom tvarja bejn it-33 u s-67 sena. Fuq il-persuni arrestati nstabu xi sustanzi, allegatament Eroina u Kannabis. Wara tfittxija ulterjuri li saret bl-assistenza tas-Sezzjoni tal-Klieb tal- Pulizija, ġewwa r-residenza, ġew elevati diversi qratas bi trab kannella, allegatament Eroina u diversi biċċiet ta' sustanza kannella, x'aktarx raża tal-Kannabis, kif ukoll ammont ta' flus kontanti. L-imsemmija persuni qed jinżammu mill- Pulizija sabiex jgħinu fl- investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin . Huwa probabli li wħud minn dawn il-persuni jitressqu b'arrest fil-jiem li ġejjin.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 06 ta Dicembru 2015