Illum previous editions

ILLUM 06 ta Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/611946

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 39

Meta nsemmu l-Mitħna tax-Xarolla l-ewwel li jiġi f 'moħħ ħafna, huwa r-raħal kwiet u sabiħ taż-Żurrieq, hekk kif dan il-bini huwa wieħed mill- iktar postijiet prominenti li jżuru mhux biss Maltin li jħobbu l-istorja ta' pajjiżna, iżda wkoll numru sabiħ ta' turisti. Grazzi għad-dedikazzjoni ta' bosta Żrieraq, u definittivament tal-kuratur tal-istess post George Sammut, din il-mitħna storika saret vetrina tal-ħajja passata u rurali f 'Malta, b'dawk li jżuruha jkollhom il-faċilità li jingħataw informazzjoni u spjegazzjoni dwar il-post. Bi sfortuna, maltempata kbira li seħħet f 'Ottubru tas-sena l-oħra kienet ġabet il-Mitħna tax-Xarolla għarkopptejha meta r-riħ qawwi kisser il-paletti tal- Mitħna u neżżaha mill-ġmiel storiku u funzjonali tagħha. Mill-ewwel, il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq beda jaħdem flimkien mal-Garaxx tal-Gvern sabiex jerggħu jinħadmu dawn il-paletti u jitwaħħlu f 'posthom. Il- Materjal għal dawn il-paletti inġieb minn barra u nħadem mill-ħaddiema tal-Garaxx tal-Gvern. Apparti minn dan iżda, dan l-aħħar il-Mitħna tax-Xarolla ġiet atrezzata b'għamara antika, kif ukoll għoddod tal-passat li kienu jintużaw sabiex jinħadem il-qamħ fil-Mitħna tax- Xarolla. Ftit fatti dwar il-Mitħna Il-Mitħna tax-Xarolla fiha 25 filata mill-art sal- bejt, u t-tromba mill-bejt 'il fuq fiha 26 filata. Fuq waħda mill-kantunieri tal-bini li tiġi fuq il-lemin meta tħares lejn il-faċċata, hemm l-emblema tal-Gran Mastru Antonio Emanuel de Vilhena, li kif jingħad, kienet ġiet mibruxa mill- Franċiżi meta ġew jaħkmu Malta fl-1798. Fuq il-blata tat-tieqa li hemm fuq il-bieb prinċipali, insibu d-data 1791 li tindika meta nbena t-tieni sular. Hemm ammont ta' evidenza li turina kif it- tieni sular ta' din il-mitħna, fil-fatt inbena wara l-bini oriġinali tal-mitħna. Fost l-evidenza, hemm it-tarġa li tagħti mit-tromba għall- ewwel kamra li hija ftit għolja peress li l-art kienet il-bejt u b'hekk, l-ilma tax- xita ma setax jidħol ġewwa. Hemm ukoll il-fatt li parti mit-tromba li għadha tidher hekk kif tidħol ġewwa fuq in-naħa tax-xellug u l-qtugħ tal-ġebel li bih ġie mibni t-tieni sular. Il-ġebel hawn huwa maqtugħ aktar pulit mis-sular t'isfel. Is-sular t'isfel tal-Mitħna hu magħmul minn żewġt imħażen u żewġt ikmamar. L-ewwel kamra hi l-intrata li fiha nsibu l-ħorża tal- bir li kien iservi għall-użu tal-familja. L-imħażen insibuhom wieħed fuq kull naħa tal-intrata. Fil-maħzen tal-lemin, it-taħħan kien iżomm ix-xkejjer tal-qamħ mithun, il-qamħ mhux mitħun u l-qamħ mitħun u mifrud. Kien iżomm ukoll xi għalf għall-bhima li kien ikollu. Fil-maħżen tax-xellug, kien ikollu l-magnetta u d-dulepp li permezz tagħhom kien isir l-għarbil tal-qamħ mitħun. Fil-kamra ta' wara, kien iżomm il-bhima li kien ikollu. Meta nbena t-tieni sular, dan kien jintuża biex fih tgħix il-familja tat- taħħan. Is-sular ta' fuq fih ħamest ikmamar li kienu mqassmin hekk, il-kamra ta' ġewwa li kien fiha n-newl u maġenbha, kamra li kienet isservi ta' kamra tal-ikel u kċina. Imbagħad kien hemm il-kamra li kienet l-intrata bil-bieb għal ġot-tromba, mill-intrata lejn il-lemin nidħlu f 'kamra tas-sodda u minnha nidħlu fis-sala, li kienet il-kamra tas-sodda prinċipali. F'nofs il-bini nsibu t-tromba li tagħti għal fuq, fejn hemm il-makkinarju tat-tħin. Biex tasal sal- makkinarju minn isfel, trid titla' 50 tarġa. Matul it-tromba hemm tlett irjuf (raff ). Int u tiela mill-aħħar sular għal fuq, f 'nofs it-taraġ insibu tieqa żgħira jgħidulha r-rewwieħa li tagħti d-dawl lir-raff fejn hemm il-katusa minn fejn jaqa' l-qamħ mitħun. Issa biex jifrankaw l-ispazju f 'kull kamra inkluża t-tromba, insibu armarji fil-ħitan, u dan kien possibbli peress li l-ħitan huma wesgħin ħafna. Apparti l-bini tal-mitħna, qabel ma sar l-iżvilupp kif inhu llum, maġenb il-mitħna fuq in-naħa tax-xellug meta tħares lejn il-faċċata tal-bini kien hemm kamra jgħidulha l-maqjel jew il-mandra fejn kienu jżommu l-annimali u bitħa kbira. 12 illum | Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 2015 Feature READ THE GOSPEL OF JESUS for free Gospels by post ~ send an sms on 79280325 www.tecmalta.org/blata.htm Ix-Xarolla: Storja ta' raħal, "Il-mitħna tax- Xarolla kienet l-aħħar mitħna li baqgħet titħan. Fil-fatt l-aħħar li ġiet imħaddma biex titħan għall- pubbliku, kien għall-ħabta tal- 1939" Is-Sindku taż-Żurrieq Natius Farrugia ħdejn ix-Xarolla

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 06 ta Dicembru 2015