Illum previous editions

ILLUM 06 ta Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/611946

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 39

Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 2015 | illum 13 Feature Republic Street, Valletta next to the Courts raħal, ta' kultura u ta' poplu L-ewwel kirja tax-Xarolla kienet ta' 130 skud Fuq in-naħa ta' wara tal- bini tal-mitħna kien hemm kċina u bitħa żgħira. Meta nbniet il-mitħna, il-bini kien bi tlettax-il filata sal-bejt, u t-tromba mill-bejt 'il fuq kienet twila 28 filata. Din il-mitħna nkriet għall-ewwel darba għal 130 skud fis-sena. Fost it-taħħana li kellha din il-mitħna, nsibu lil Franġisk Bezzina fl-1816 u l-Francesco Fenech fl-1836. Il-Mitħna tax-Xarolla kienet l-aħħar mitħna li baqgħet titħan. Fil-fatt, l-aħħar li ġiet imħaddma biex titħan għall-pubbliku, kien għall-ħabta ta' 1939. Dak iż-żmien bdew jitħnu l-qamħ bil-magni jaħdmu bil-fwar, u għalhekk, anke meta ma kienx ikun riħ tajjeb, il-qamħ kien jiġi mitħna xorta waħda. L-aħħar taħħan tax-Xarolla L-aħħar taħħan tal-Mitħna tax-Xarolla kien Gian Battista Sammut magħruf bħala Patist. It-tifel tiegħu Rużar, kien jgħinu fit-tħin, filwaqt li żewġ xebbiet li baqgħu miegħu, Kurċifissa u Marija, minbarra x-xogħol tad-dar, kienu jgħarblu t-tħin permezz tal-magnetta u d-dulepp. Peress li l-mitħna kellha xi ħsarat għall-ħabta tal-1964 ġie mqabbad biex jirranġaha t-taħħan tal-Mitħna ta' Kola x-Xagħra Għawdex. Wara xi żmien, f 'Ottubru 1979 għamlet maltempata kbira li kissret l-antenni tal-Mitħna u l-bini ġie kkundannat. Għalhekk, Kurċifissa u Marija ġew mogħtija dar alternattiva u l-mitħna giet abbundunata. "Maltempata f 'Ottubru tas- sena l-oħra ġabet il-Mitħna għarkopptejha" Ir-raddiena tal-għażil li hemm fix-Xarolla, li kienet użata biex isir il-qoton Ix-Xarolla minn ġewwa, illum mużew tal-ħajja rurali fil-passat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 06 ta Dicembru 2015