Illum previous editions

ILLUM 06 ta Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/611946

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 39

14 illum | Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 2015 minn John Busuttil Sarah Clare Saliba hi tfajla ta' 26 sena min-Nadur, u hi għalliema tal-PE fejn tispeċjalizza fiż-żfin u ġinnastika fl-iskejjel primarji tal-Gvern f 'Għawdex. Sarah Clare minn meta kienet ċkejkna, kellha ħolma li ż-żfin tagħmlu bħala karriera, u barra li ssir żeffiena professjonali, issir ukoll għalliema. Ħolma, li anke jekk missierha stess qatt ma kien jemmen li tista' ssir, irnexxielha tagħmilha. "Missieri qatt ma kien jemmen li biż-żfin stajt nagħmel karriera. Iżda llum li jaf li wasalt fejn xtaqt, kuntent bija u jgħinni ħafna." Minkejja dan, persuna li mbuttatha ferm, hi ommha Emily, li kull fejn tkun Sarah Clare, tara lil Emily li hi, "l-akbar kritika tiegħi iżda l-akbar supporter tiegħi," qaltli Sarah Clare. Iżda l-familja ta' Sarah huma kollha involuti fi-żfin jew ġinnastika. Ommha spiċċat għamlet kors u saret kowċ tal- ġinnastika fejn illum tagħmel parti mill-Gozo Gymnastic Club, flimkien maż-żewġ uliedha, Sarah Clare u Deborah, b'Sarah Clare hi l-headcoach. Oħtha Deborah hi wkoll kowċ u tgħinnha ħafna wkoll fil-kumpanija taż-żfin tagħha, 'The Turning Point Dance Theatre'. Meta kellha 3 snin, Sarah Clare kellha xi kuġini jiżfnu l-ballet u meta kienet tarahom jiżfnu d-dar, kienet tipprova timitahom. Ommha hemmhekk indunat li t-tifla mħajra titgħallem il-ballet u ħaditha l-istudio tan-Nadur School of Drama. "Bdejt niżfen meta kelli 3 snin u għadni niżfen sal-ġurnata tal-lum, 23 sena sħaħ. Nemmen li l-ballet hu s-sugu ta' kollox u bis-saħħa tiegħu, irnexxejt ukoll fil-ġinnastika. Il-ballet tani l-kunfidenza u bnieli l-karattru li għandi llum, u l-ġinnastika tatni Għawdex Sarah Clare Saliba: Iż-Żeffiena li introduċiet • L-unika għalliema f'Għawdex kwalifikata fl-acrobatics • Tistħi tiżfen fuq dancefloor, imma tintilef fuq il-palk • F'Għawdex, hemm mentalità li subien ma jiżfnux ballet Għaliex għandek tirreklama fuq illum.com.mt It-tieni l-iktar sit bil-Malti li jarawh nies 300,000 YLŧLWDWXU À[[DKDU 93.5% WDOYLŧLWDWXUL KXPDPLQQ Malta 15K LIKES IXT)DFHERRN f'sena ĊHPSHOIXTMHZLEJĢDWHPDLOIXTHDUULJR#PHGLDWRGD\FRPPW "Għal darba ninsew dak li jifridna u ningħaqdu flimkien bħala villaġġ globali tal-ispettaklu"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 06 ta Dicembru 2015