Illum previous editions

ILLUM 06 ta Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/611946

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 39

Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 2015 | illum 15 Għawdex introduċiet il-ġinnastika f 'Għawdex THE JOURNEY – Il-Ħolma ta' Sarah Clare Waslet biex twettaq l-akbar ħolma tagħha li ttella' xow ta' żfin b'100 żeffien Nhar is-Sibt 19 ta' Diċembru, Sarah Clare se twettaq l-akbar ħolma li qatt kellha, li ttella xow kbir b'korijografija tagħha megħjuna minn żeffien Franċiż Donatien ravet u 100 żeffiena li ġejjin miż- żewġ kumpaniji tagħha, sew taż-żfin kif ukoll tal- ġinnastika. "Ilni noħlom b'dan mill- bidu tal-karriera taż-żfin fejn ħdimt biex noħloq koreografiji minn 15-il pajjiż differenti. Niftakar li l-ħolma tiegħi kienet bdiet meta kont rajt reklam tal-għaġin Taljan li fiha kien hemm il-mużika tat-tarantella Naplitana u kont għidt lil ommi li din xi darba ridt niżfinha. Fil-fatt irnexxieli niżfinha fil-festival tal-folklor fil- Qala, u issa magħha żidt korjografiji oħra minn diversi pajjiżi u se ntellgħu xow fit-Teatru Astra. Wirja ta' żfin, xenarju u mużika minn 15-il pajjiż differenti f 'serata waħda." Interessanti l-messaġġ li tixtieq twassal Sarah Clare f 'dan l-ispettaklu, "Aħna nistgħu nkunu differenti minn xulxin, nitkellmu lingwi differenti, għandna użanzi u drawwiet differenti, forsi wkoll twemmin differenti, iżda għall-inqas għal darba, aħna se ninsew dawn id- differenzi u dak li jifridna u ningħaqdu flimkien bħala villaġġ globali tal- ispettaklu. Aħna se nfittxu li nitkellmu l-lingwa moħbija tar-ruħ, il-lingwa li tinftiehem minn kulħadd, biex nikkomunikaw l-imħabba u l-paċi. Il-vjaġġ se jieħdok miegħu permezz ta' parata bla waqfien ta' moviment, kuluri, mużika tradizzjonali u postijiet eżotiċi." Id-direttriċi u korijografa tal-ispettaklu, Sarah Clare għażlet dawn il-pajjiżi partikolari sabiex tenfasizza d-diversità tal-kulturi involuti permezz ta' kostumi sbieħ, u l-mużika u movimenti eċitanti minn dawn il-pajjiżi differenti. Qaltilna wkoll li dan l-ispettaklu swielha ħafna u ħafna flus, "u żgur li mhux se nġib l-ispejjeż, forsi ndaħħal xi ħaġa li naqta mill-ispejjeż." Filwaqt li qaltli li l-kostumi ġew maħduma minn ommha u xi ħajjata oħra. Dan il-vjaġġ maġiku se jibda u jispiċċa fil-gżejjer għeżież tagħna ta' Malta u Għawdex, u huwa turija ta' kif nistgħu nużaw it-talenti tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna biex nuru li ż-żfin huwa verament forma ta' arti, u espressjoni li tista' titwassal fl-iktar postijiet 'il bogħod tad-dinja permezz tat- tradizzjonijiet tagħna stess. L-ispettaklu se jospita liż-żeffien ewlieni tal- Ballet Donatien Ravet, u se jkun hemm kummentarju ħaj mill-eks attur tas- serje Dr Who, Valentine Palmer. L-ispettaklu se jsir fit-Teatru Astra, r-Rabat Għawdex, nhar is-Sibt 19 ta' Diċembru, 2015 u jibda fis-7:30pm. Biljetti jinkisbu mill-Bar tal-Astra u mill- uffiċċju tal-lottu fir-Rabat, inkella wieħed jista' jċempel 99874533. Il-prezzijiet huma: €15.00 – auditorium, €12.00 – Balcony, €20.00 – Boxes, studenti bil-card tal-istudenti €10 Qabel ħallejna lil xulxin qaltli li il-ħolm tagħha ma jispiċċax hawn u qaltli li l-ewwel ħolma hi li timla l-Astra, imbagħad li ttella l-ispettaklu f 'Malta. Qaltli wkoll li tixtieq ukoll tagħmel ringrazzjament speċjali lil ħuha Max li ħadilha ħsieb il-disinji grafiċi kollha li kellha bżonn. l-flessibbilità, koordinazzjoni, aġilità u bilanċ li huma l-'motor skills' tiegħek. Permezz taż-żfin tgħallimt nikkomunika u neħħejt is-self esteem baxx." Ta' 11-il sena bdiet titgħallem ukoll iż-żfin modern, u llum hi għalliema reġistrata tal-ballet mar-Royal Academy of Dance u anke kwalifikata fiż-żfin modern, jazz u l-acrobatics li jagħmilha l-unika waħda kwalifikata f 'Għawdex u aktarx anke f 'Malta. Ommha jidher li kienet l-ixprun tal-karriera tagħha. Emily li kienet żeffiena tal- ballroom, kienet ħajritha biex jibdew jgħallmu l-ġinnastika fi Skola Sport, u maż-żmien qalbu professjonali fejn bdew jgħallmu dan l-Isport madwar Għawdex, u kienet hi flimkien ma' ommha u oħtha li introduċew il- ġinnastika f 'Għawdex. Illum, waslu żewġ ġinnasti tagħha biex jikkompetu b'mod internazzjonali, fosthom Joanne Vella li kienet waħda mill-finalisti tal-European Eurovision Young Dancers u Daphne Marie Cassar fil- ġinnastika. Sarah Clare ukoll irrapreżentat lil pajjiżna fit-Teamgym mal-Gymstars fiż-żfin u ġinnastika, fl-2008 fi Newcastle, u fil-Kampjonati Ewropej f 'Ghent il-Belġju. Din it-tfajla Għawdxija fejn jidħol żfin m'hemmx tregwa, fil-fatt tgħallem u titħarreġ madwar 6 sigħat kuljum, għalhekk staqsejtha jekk l-għarus tagħha jgergirx. Qaltli li Justin hu persuna solidali ħafna magħha, anke jekk fil-bidu dam ma dara l-istil ta' ħajja tagħha, "ġieli niltaqgħu f 'xil-11 ta' bil-lejl u nibdew naraw film u norqod wara l-ewwel kwarta." Tlabtha tgħidli jekk meta tmur xi club tintefax fuq id-dancefloor u turi x'taf fiż-żfin. Tbissmet u wieġbet, "Ġieli morna disco u rqadt bit-tazza f 'idi għax inkun għajjiena. Iżda jien fuq id-dancefloor nistħi, u biex niżfen irrid nieħu xi drink. Imbagħad nitla fuq palk u insib lili nnifsi u nintilef. Għax il-ballet, barra li nqisu bħala karriera, hu passjoni. Ngħejja fiżikament iżda jgħini nikkonċentra mentalment." F'Għawdex, hemm mentalità li l-ballet jitgħallmuh biss il-bniet, "hi mentalità ħażina. Iżda hu minnu li f 'ħames snin, kelli biss 3 subien fil-klassijiet tiegħi, fejn wieħed spiċċa l-Ingilterra u ħa scholarship fiż-żfin, ieħor waqaf, u ieħor kien ġie bullied għax kien jiżfen il-ballet. Anke fil-ġinnastika, l-istess. Hemm ġenituri li ma jħalluhomx jagħmlu l-ġinnastika, għax jgħidulhom li dak sports tal-bniet." Fil-fatt, bħalissa għandha madwar 50 studenta tal-ballet u madwar 60 studenta fil-ġinnastika u kollha bniet. Sarah Clare qalet ukoll li llum hawn ħafna iżjed opportunitajiet għal min irid jagħmel il-ballet bħala karriera u anke biex jikkompeti, għalkemm hi qalet ukoll li hemm żewġ persuni li ma tistax ma ssemihomx li wassluha safejn waslet, li huma Allison White u Mary Jane Bellia. Sarah Clare qalet ukoll li f 'Għawdex m'hemmx fejn jittrenjaw sew, "hemm nuqqas ta' spazju u nuqqas ta' apparat li jagħmluha impossibli għal diversi atleti b'potenzjal kbir, biex jaslu sa ċertu livell. Hi ħasra kbira għax hawn kowċis kwalifikati, u atleti li jixtiequ, iżda mhux attrezzati bħal Malta."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 06 ta Dicembru 2015