Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/611946
16 illum | Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 2015 "Jissuspettaw fik, joqtluk u jitfgħulek sikkina ħdejk, min ħa jinteressah minn Palestinjan?" Din l-esperjenza kienet waħda mill-ħafna li Palestinjani jgħaddu minnhom kontinwament, kif spjegat Alex Caruana, meta l-gazzetta ILLUM, iltaqgħet magħha mar- ritorn tagħha mill- Palestina. Alex Caruana hi attivista fil-moviment Graffiti u għadha kemm irritornat mill-Palestina fejn marret sabiex tara b'għajnejha dak li qed iseħħ f 'din l-art u minn xiex qed ikollhom jgħaddu n-nies li qed jgħixu hemm. Din il-ġimgħa l-ġlieda għat-territorju fl-art li suppost hi imqaddsa, li tissejjaħ Iżrael, jew Palestina skont minn liema lenti qed taraha, tkun ilha għaddejja għal 68 sena. Il- ġlied kontinwu li jsir f 'din l-art, kważi kważi ndara min-nies tant, li lanqas sar jingħata l-importanza mistħoqqa fl-aħbarijiet u l-gazzetti. Minkejja dan, huma bosta l-persuni, waħedhom jew fi ħdan għaqdiet, li volontarjament jiddeċiedu li jmorru f 'din l-art sabiex jagħtu daqqa t'id lil dawk li jinsabu oppressjati. X'wassal għal dan il-ġlied kollu? Alex bdiet tispjega li dan l-inkwiet kollu beda, għax minkejja li qabel dawn it-68 sena ta' ġlied, il- Musulmani u l-Insara kienu jgħixu flimkien mingħajr problemi u minkejja li meta bdew jitmexxew mil-Lhud ħasbu li din kienet se tkun tmexxija simili għal tat- Torok u tal-Ingliżi, "ftit ħasbu li din l-okkupanza kienet se twassalhom biex ikunu llimitati u jgħixu fi spazju ristrett, f 'pajjiż li huwa tagħhom stess." Alex spjegat kif fl-1948, in-Nazzjonijiet Uniti kienu allokaw 55% tat-territorju, lil-Lhud li kienu jagħmlu biss 5% tal-popolazzjoni kollha. Stqarret kif minn dak iż-żmien, dan it- territorju li kien għad fadal, li kien jista' jissejjaħ bħala Palestinjan kompla jitnaqqar bil-mod il-mod, "Jekk tara t-territorju Palestinjan li kien hemm fl-1948, u tqabblu ma' dak li hemm illum, ma fadal kważi xejn. Illum, kulma fadal huma Gaża, li fiha ftit ikbar minn Malta u fiha jridu joqogħdu mal-miljun u nofs persuna jgħixu hemm, u parti mill-West Bank." Tkellmet ukoll fuq 'it- tkeċċija' pulit pulit ta' bosta mill-Palestinjani indiġeni 'il barra minn arthom, b'konsegwenza li dawn spiċċaw jgħixu bħala refuġjati f 'pajjiżi ġirien bħall-Ġordan u l-Libanu, li tgħid kif din kienet il-bidu tal-ġlied kollu. Minkejja dan, mhux qed jitħallew lura lejn il-pajjiż oriġinali tagħhom. "Il-liġi internazzjonali tgħidlek li kull refuġjat għandu d-dritt li jirritorna f 'pajjiżu, imma meta l-Palestinjani ppruvaw imorru lura, kien hemm qed jistennewhom ħabs u mewt, għax sparawlhom fuq il-fruntiera." Fil- fatt, sostniet kif dawk ir-refuġjati tal-Palestina li jinsabu fil-pajjiżi qrib, "għandhom dritt sagrosant li jmorru lura, imma dan jista' jagħmlu kulħadd minbarra r-refuġjati Palestinjani. Skont il-liġi jistgħu jmorru, imma l-Iżraeljani ma jħalluhomx, u l-problema hi li ħadd mhu qed jagħmel xejn." Alex kompliet tispjega kif ħafna drabi, il-kampijiet tar-refuġjati huma viċin ħafna ta' fejn kienu oriġinarjament joqogħdu r-refuġjati stess, imma hemm il-ħajt tal-Palestina jifridhom. "Jiena mort f 'kamp tar-refuġjati, u minn hemm tista' tara fejn kienet toqgħod familtek. Kemm taqsam u tmur lura fejn kien jgħix nannuk, imma minħabba l-ħajt, u s-suldati ma tistax tmur lura. Tkun tista' tara darek, imma ma tistax tmur fiha." Aċċess u moviment ristrett immens Fiż-żmien li Alex qattgħet mal-poplu Palestinjan rat u esperjenzat personalment id-diffikultajiet li dawn iħabbtu wiċċhom ta' kuljum biex sempliċiment imorru għax-xogħol. Qalet kif sabiex xi ħadd Palestinjan joħroġ mill-art tagħhom u jmur fl-Iżrael, jeħtieġ tip ta' pass speċjali li hija xi ħaġa kważi impossibbli li jiġi akkwistat. Jingħata biss f 'każi eċċezzjonali jew temporanjament biex il-Palestinjani jkunu jistgħu jaħdmu għall- kumpaniji Iżraeljani, ħafna drabi biċ-'cheap labour'. Kompliet tispjega kif minbarra l-martirju li jridu jgħaddu minnu biex jakkwistaw dan il-pass, il-Palestinjani imbagħad ma jkunux permessi li jibqgħu hemm, imqar biex jorqdu mal-lejl. Ikollhom jerġgħu jivvjaġġaw lura lejn darhom, u jagħmlu l-kontrolli mal-fruntiera li kapaċi jieħdu s-sigħat. Alex tkellmet dwar il- privileġġi jew in-nuqqas tagħhom fil-pajjiż fejn kollox jiddependi minn liema reliġjon tkun tħaddan. "Jekk inti Lhudi, għandek drittijiet totali, jekk le int biss persuna, b'inqas drittijiet." Is- sitwazzjoni, terġa' u tgħid, tispiċċa tkun agħar għal dawk l-Għarab minn Ġerusalemm li, la huma ċittadini ta' Iżrael u lanqas tal-Palestina, u agħar minn hekk, fil-każ tagħhom ma tistax tagħmel iktar minn sitt xhur barra mill-pajjiż għaliex titteħidlek ir- residenza. "Dawn jispiċċaw fi stat ta' paranoia sħiħa meta jiġu biex jitilqu xi ftit mill-pajjiż. Qed jagħmlu dan biex bil-mod il-mod, Ġerusalemm kollha tkun tal-Lhud, u dan qed jirnexxielhom bil-mod għax rajthom b'għajnejja." Tensjoni li tħossha "Ma' kull erba' passi li tagħmel, tara ħafna suldati armati ma' kullumkien, u tibda tgħid, hawn fejn dħalt? U dan jagħmluh biex iżommu l-kontroll assolut f 'idejhom." Minkejja din it-tensjoni, Alex tkellmet dwar il-Lhud pożittivi, li juri li mhux kollha qegħdin jippruvaw jgħakksu u jagħmlu l-ħajja tal-Palestinjani waħda miżerabbli. "Hemm Lhud fl-Iżrael stess li jgħinu lill-Palestinjani. Fil- fatt, kien hemm rabbi li għandu għaqda li jgħinu lill-Palestinjani, u meta darba kienu qed jaqtgħu ż-żebbuġ, niżlu għalih Lhud stess bis-skieken ma' wiċċu." Meta staqsejtha dwar jekk tħossx li din hi gwerra u jekk tiġġustifikax il-qtil li jsir mill-Palestinjani, hi weġbitni li din mhix gwerra, u tiġġustifika b'mod assolut dawk l-attakki li jsiru mill-Palestinjani fuq il-Lhud. "F'dan l-każ, il-liġi qiegħda favurija għaliex din tgħidlek li meta jkun hemm poplu okkupat, kif qed jiġri fil-Palestina, dan għandu kull dritt jiġġieled l-okkupazzjoni kif jidhirlu hu, issa jekk hux se jwaddbu l-ġebel jew ikantaw 'Let's give peace a chance', hija f 'idejhom." Alex tistqarr kif ma jistgħux jaslu għall-paċi qabel ma jingħataw dak li huwa tagħhom. "Qabel ma jkun hemm ġustizzja u drittijiet ugwali, ma jistax ikun hemm paċi. X'se noqgħodu nagħmlu bil- paċi jekk ma jkunx hemm ġustizzja?" Inġustizzji kbar Matul iż-żjara tagħha fil-Palestina, Alex setgħet tħoss l-inġustizzji u t-tant irregolaritajiet li jgħaddu minnhom il- poplu Palestinjan. F'każ partikolari tirrakonta kif f 'żoni li suppost huma tal-Palestinjani, u għaldaqstant huwa illegali għall-Iżraeljani li jkunu hemm, is-settlers jidħlu u jokkupaw dar vojta, u jperpru l-bandiera tagħhom. "Imbagħad, biex jidħlu u joħorġu mid-dar, jiġu għalihom membri tas-sigurtà apposta għaliex jafu li l-Musulmani jistgħu jagħmlu għalihom talli qabdu u okkupaw dar li mhix tagħhom." Dan jagħmluh, kompliet Intervista Poplu bla dar u bla art Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt "Meta l-Palestinjani ppruvaw imorru lura, kien hemm qed jistennewhom ħabs u mewt, għax sparawlhom fuq il-fruntiera" "Hemm rabbi li għandu għaqda li jgħinu lill-Palestinjani, u meta darba kienu qed jaqtgħu ż-żebbuġ, niżlu għalih Lhud stess bis-skieken ma' wiċċu"