Illum previous editions

ILLUM 06 ta Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/611946

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 39

Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 2015 | illum 3 Aħbarijiet tajba, jintagħżlu għal xi biċċa xogħol' Irid iħallas €250 fix-xahar għal sodda f 'appartament ma' sitt irġiel oħra Sakemm konna l-marsa, iltqajna ma' Baba, raġel ta' ftit iktar minn 30 sena, bilqiegħda fuq bankina ċkejkna, b'basket ma' dahru qrib raġel li kien jidher xi ftit iżgħar minnu. Baba ġej mill-Ghana u ħarab minn pajjiżu fl-2006. Meta rikeb id-dgħjasa lejn futur aħjar fl-Ewropa, spiċċa Lampedusa. Minn hemm, huwa ttieħed f 'ċentru f 'Ruma u madwar xahrejn ilu, inġieb Malta. F'dawn ix-xahrejn li ilu ta' kull filgħodu jiġi l-Marsa jistenna li jiġi ngaġġat għal xi biċċa xogħol, kellu x-xorti li jaħdem għal ftit jiem biss. "Mhux qed jirnexxili nsib xogħol. Dawk iżgħar minni jew li jidhru ftit itwal, jintgħażlu qabli." Viżibilment urtat, Baba qalilna li jgħix f 'appartament ċkejken flimkien ma' sitt irġiel oħra, kollha ta' nazzjonalità differenti. Għandu jgħixu miegħu Indjani, Pakistani, Marokkini u minn pajjiżi Afrikani oħra. Għall-kamra ċkejkna li jgħix fiha hu, qed iħallas €250 fix-xahar. "Mhux qed jirnexxili nħallas il-kera.' Is-sid tani ħamest ijiem ċans biex inħallsu, inkella se jkeċċini 'l barra." Sa nhar il-Ġimgħa kien diġà skada r-raba' jum. Spjegalna li sid il- proprjetà huwa Malti. Il-flus, iżda, jinġabru minn persuna li sa ftit ilu kien immigrant bħalu. Dan ir-raġel Afrikan, għandu r-responsabilità li fl-aħħar tax-xahar jiġbor flus il-kera mingħand dawk li qed jgħixu fl-appartament biex imbagħad jgħaddihom lis-sid. Qalilna li bħalissa fl- appartament, qed jgħixu sitt persuni, mingħajr elettriku. "Dan li jieħu ħsieb traskurat. Ma jieħux ħsieb il-kontijiet u jħawwad kif irid fil-flus li ntuh," saħaq Baba. "Il-problema hi li min qed jittradina huwa Afrikan bħali stess. Il-Maltin dejjem kienu ħanina magħna u huma ħuti stess li jippruvaw jingannawni." Staqsejnih jispjega għalfejn iddeċieda li jaħrab mill-Ghana. Missier Baba żżewweġ tliet darbiet u l-familja ġiet estiża għal tmien aħwa. Il-maġġoranza tal-ulied huma nisa, u Baba jiġi l-iżgħar mis-subien. Missieru qallu biex jitlaq lejn l-Ewropa biex isib xogħol u jibda jibgħat il- flus għall-bqija tal-familja. "Issa li qiegħed f 'din is-sitwazzjoni, kważi nistħi nerġa' lura lejn familti għax fallejt, u flus m'iniex nibgħatilhom għax m'hawnx xogħol." Sakemm konna qed nitkellmu, ir-raġel li kien maġenbna qam u mexa lejn il-bus stop fi Triq Aldo Moro. Qalilna li la m'hawnx xogħol hawn, se jara jsibx xi ħaġa tgħodd għalih il- Belt. Dan ir-raġel li telaq, ukoll ġie mill- Ghana u ma kienx bilqiegħda qrib Baba b'kumbinazzjoni. Hu u Baba kienu ltaqgħu fil-kamp tar- refuġjati fl-Italja. Xahrejn u nofs ilu, meta Baba ġie Malta, reġa' sab lil sieħbu hawnhekk, fit-toroq tal-Marsa. "Kienu qaluli li jekk trid issib xi familjari jew ħabib immigrant, trid tiġi lejn dawn in-naħat. Ġejt u sibtu hawn." Sellimna lil Baba u komplejna nduru u niltaqgħu ma' immigranti oħrajn li kienu għadhom ma qatgħux qalbhom, jittamaw li llum tmisshom xi ftit ix-xorti. Sakemm imxejna lura mill-parti tat-triq fejn tkellimna, Baba ma kienx għadu hemm. Forsi ġietu tajba u sab lil xi ħadd li lest iħaddmu, imqar għal ġurnata. jintagħżlu. "Fil-maġġoranza tagħhom, il-Maltin iħallsuna fil- ħin u bil-prezz li nkunu ftehmna," qaltilna persuna min-Niġerja. Skont l-istess persuna, il-problemi jinqalgħu meta jingħataw ix- xogħol minn persuni Sirjani. "Is-Sirjani qatt ma joffrulna iktar minn €30 għal ġurnata xogħol. U b'ġurnata xogħol ifisser sa għaxar siegħat bla waqfien." Huwa saħaq li dawn il-ħaddiema Sirjani ma jkunux iridu jħallsu kif suppost għax ħafna drabi dak li jħallsuhom ikun qed jinqata' direttament mid- dħul li qed joffrilu s-sid. Mill-kummenti, jidher ċar li n-natura tax-xogħol li jitqabbdu jagħmlu, huwa kollu relatat ma' kostruzzjoni. L-ILLUM tkellmet ma' żewġ persuni li ilhom jgħixu Malta għal iktar minn sentejn u biż-żmien saħansitra akkwistaw il- permessi meħtieġa biex jaħdmu. Irrakkuntaw kif grazzi għall-permessi, setgħu anke jsibu xogħol b'kuntratt f 'lukandi u ma' kumpaniji tal-kostruzzjoni, għalkemm kien hemm każi fejn huma spiċċaw tkeċċew mix-xogħol, minkejja li kienu marbuta b'kuntratt. "Imma għal hawn fil- Marsa, ħadd ma jitlobna permess. Qass biss inġorru miegħi," qalilna b'daħka fuq wiċċu. "Hawnhekk kemm jieqfu bil-karozza, niftiehmu prezz u nitilqu għax-xogħol." Sad-9:30am, dawk li kellhom isibu xi biċċa xogħol, kienu inġabru. Dawk li kienu għadhom hemm, issa bdew idabbru rashom lura bit-tama li l-għada, tmisshom ix-xorti lilhom ukoll. Baba tkellem dwar il-ħajja tiegħu f 'Malta Reporter u l-prospetti ekonomiċi F'RepoRteR ta' nhar it-tnejn Saviour Balzan jintervista lill-ministru tal- ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Chris Cardona u lil membru parlamentari Claudio Grech mill-partit Nazzjonalista. Saviour Balzan jistaqsi dwar ir-rapport 'An Economy for the People' maħruġ mill-Partit Nazzjonalista u jiddiskuti l-prospetti ekonomiċi għall- pajjiż. Jitkellem dwar dak li qal Simon Busuttil, "mhux intenzjonat għal ekonomija li tittrasforma l-pajjiż f 'bandli tas-sinjuri." Balzan jistaqsi wkoll dwar il-qasam tal-kostruzzjoni, il-warehouses fin-Nofsinhar ta' Malta fost l-oħrajn. Reporter, nhar it-Tnejn, fl-10.05pm fuq TVM, b'ripetizzjoni t-Tlieta fis- 1.30pm fuq TVM2. AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT 300 persuna għadha qed tistenna s-servizz tal-Meals on Wheels Sa tmiem Novembru ta' din is-sena, in-numru ta' persuni li għadhom qed jistennew biex jibdew jirċievu s-servizz tal-meals on Wheels kien jammonta għal 305. Dan qalu l-Ministru għall- Familja u s-Solidarjetà, Michael Farrugia fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari li għamel il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Robert Cutajar. F'mistoqsija separata, Cutajar staqsa wkoll dwar il-lista pendenti ta' nies għas- servizz ta' Home Help. Il- Ministru Farrugia wieġeb li sa tmiem ix-xahar ta' Novembru, il-persuni li qed jistennew għal dan is-servizz jgħoddu t-32 persuna. Il-Ministru kkonferma wkoll li l-prezz għas-servizz tal-Meals on Wheels se jibqa' l-istess għas-snin li ġejjin.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 06 ta Dicembru 2015