Illum previous editions

ILLUM 06 ta Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/611946

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 39

H u għajb għall- istazzjon nazzjonali li jkollu joqgħod fuq il-fehmiet populisti tal-preżentatur ta' Xarabank biex jassessja jekk ix-xandir f 'Malta jinsabx fi kriżi jew le. Studju tal-Awtorità tax- Xandir (Quality in Television Broadcasting, Novembru 2015) jilmenta dwar il-kwalità ta' ċerti bulettini tal-aħbarijiet (Ara l-kummenti tal-Professur Marilyn Clark u Dr Joanna Spiteri). Il-preżentatur ta' Xarabank, li l-aktar interess tiegħu hu fir-ratings, jipprentendi li l-Gvern għandu jissussidja l-populiżmu fix-xandir, inkella programmi bħal Xarabank ikollhom 'jipprostitwixxu' ruħhom bir-reklami. Kemm dan hu minnu, irid ikun mistħarreġ sew biex naraw x'sehem jieħdu programmi bħal Xarabank mill- 'prostituzzjoni' tar-reklami. Il-preżentatur konċernat għandu fid-demm kontra l-programmi highbrow: jaħseb li l-Maltin huma kollha stupidi u ma japprezzawx il-kwalità fix-xandir. Irid li l-telespettaturi jkunu sottoposti għad-diktat tal- medjokrità. X'differenza mis-sehem tal-interventi tal-intellettwali fl-Ewropa, li jipproklamaw li fil-konfront kontra l-għadu (l-ISIS), għandu jirbaħ il-valur medjatiku tal-kultura. Anki fi stazzjonijiet nazzjonali oħra (eż. ir-RAI) programmi b'segwitu kbir bħal Che tempo che fa? fuq RAI 3 jafu jħalltu l-element divertenti ma' kontenut kulturali qawwi. F'edizzjoni riċenti, kien introdott Massimo Ranieri li kien mistieden flimkien mad-direttur tal-ġurnal La Repubblica, li nsista fuq ġurnaliżmu istruttiv. L-isfidi tax-xandir bit-TV lokalment Jason Micallef, iċ-Ċermen tal-istazzjon tat-TV Laburista, dan l-aħħar żvela f 'taqsima tal-media bl-Ingliż li l-istazzjonijiet lokali kollha tat-televiżjoni jinsabu f 'xi forma jew oħra ta' djun. Wissa li miżuri biex jitnaqqsu l-ispejjeż, bilfors iwasslu għal tnaqqis fil-kwalità tal- programmi. Iżda dan mhux bilfors għandu jkun il-każ. Anki talk show tistà tkun interessanti u tintriga lill-pubbliku, kif jista' jkun osservat mit-talk shows u/jew intervisti tal-BBC, is-CNN, ir-RAI, Al Jazeera, France 24 u oħrajn. Talk show jew intervista ma titlobx riżorsi straordinarji. Il-kwalità tinsab fl-argumentazzjoni, imma f 'Malta, l-istazzjonijiet politiċi jippreżentaw l-aġenda riċiklata u nojjuża tagħhom kontinwament. Mhux minnu li l-akbar sfida għall-industrija hi dovuta għaċ-ċokon tagħha. L-akbar sfida, pjuttost, għandha x'taqsam mal-partitiżmu u mal-fehma li, minflok ma jgħid il-verità, l-istazzjon nazzjonali jipprova jogħġob liż-żewġ entitajiet politiċi l-kbar u jimxi fuq ħabel stirat 'għall-blianċ'. Għandi tagħrif li fejn jidħol il-finanzjament, kumpaniji li jidħlu għad-drama televiżiva, speċjalment dik serjelizzata, għandhom ħafna introjtu mill- avviżi kummerċjali, imma mbagħad jumiljaw lill-atturi bi ħlas miżeru, dewmien fil-ħlas jew addirittura, mingħajr ma jħallsu. Anzi, jippretendu li qed jagħmlu pjaċir lill-atturi bl-exposure. Macchiavelli u l-vertiċi UE- Afrika Dwar il-vertiċi Unjoni Ewropea u l-Afrika fil-Belt Valletta, ftit li xejn smajna dwar ix-xiżma kulturali. Ħafna mill-kriżijiet ġeopolitiċi tal-lum għandhom l-għeruq tagħhom imqabbdin ma' din il-qasma. L-iżvilupp qawwi tal-partiti tal-lemin estrem (eż. fi Franza u l-Ingilterra) ukoll jirrelata ma' din il-qasma kulturali. X'inhuma r-riżultati konkreti tal-vertiċi? Iċ-ċaqliq qawwi fil- belliġerenza ta' gruppi bħall- ISIS u l-Al Qaeda għandhom sehem qawwi mhux biss fit-twessigħ tal-firda, imma fl-interpretazzjoni tal-Iżlam fih innifsu bħala reliġjon ideoloġika. Il-kunċett tal- Ġiħad hu wkoll miżinterpretat għal kollox. Il-Ġiħad m'għandux x'jaqsam mal- aggressjoni bellika. Il-Koran jitkellem dwar ġiħad bil- nafs (lotta kontra miegħek innifsek). L-Islam jipprojbixxi b'mod assolut lill-Musulmani milli jużaw l-aggressjoni jew milli jagħmlu ħsara lill-oħrajn. Għin lil ħutek, sew jekk huma l-oppressuri jew dawk oppressi. Il-media tal-Punent ta' spiss qed tinterpreta l-Iżlam bħala sors ta' 'gwerra qaddisa'. F'Punent li bħalissa jinsab mifrud, il-ġurnalist politiku- kulturali Alain Touraine fakkar li fil-Punent, bis-saħħa ta' Nicolò Macchiavelli, iċ- ċittadini għandhom il-vantaġġ li tgħallmu jiddistingwu bejn il-lajċità u r-reliġjon. Dan hu vantaġġ kulturali kbir fuq il-formola gwerriera tal- fundamentalisti Islamiċi. Iżda sezzjonijiet tal-lemin estrem bħal Marine Le Pen qed jieħdu vantaġġ qawwi mis-sitwazzjoni preżenti fl-Ewropa. Is-sitwazzjoni hi kumplessa ħafna. Xi ħadd bħal Le Pen jaf li l-poplu jista' jkun stupidu biżżejjed biex jaċċetta l-brain washing bil-mezzi tax-xandir. F'Malta m'aħniex neqsin minn dan l-element kretin li jibla' kollox bħala valur fih innifsu. Kemm se ndumu naċċettaw il- populiżmu li jista' jibbanalizza anki sitwazzjonijiet gravi? PS: Teleshopping natalizju Esklussivament. Dan verament xogħol sabiħ. Novità għall-istaġun tal- Milied 2015. Sett tas-Sagra Familja u tliet Salten Maġi. Kollha mlibbsin bi drapp lussuż: deheb, aħmar skur ħafna u lewn il-bronż. Prezz verament tajjeb. Din hi verżjoni oriġinali ħafna, biex ngħidu hekk, tar-rigali li ġabu l-Maġi lil Ġesù Bambin. Drapp ta' veru. Meħjut bi stil esklussiv u verament lussuż. Ħeqq għax Ġesù Bambin hekk jixraqlu, hux veru? Dawn statwi verament bellezza. Sett ta' six pieces. Jiġukom f 'kaxxa wara l-bieb tad-dar tagħkom b'żigarella tal-Christmas. Stokk limitat, sinjuri. It-tfal żgur jieħdu gost b'dan il-presepju in minjatura. Il-prezz hu inkredibbli, għall- but ta' kulħadd. Ċemplu issa, sinjuri, għax l-istokk ta' dawn l-istatwi hu verament limitat. Dawn verament wow! Araw x'dettalji, xi ġmiel ta' xogħol. Kollox jaslilkom f 'kaxxa preżentabbli ħafna, inkluża fil-prezz. Min jixtieq baqra u xi żewġ nagħġiet, hemm xi ħaġa żgħira żejda fil-prezz. Tistgħu tordnaw ukoll Bambin li jħoss il-bard u jċekċek snienu. Verament oriġinali, sinjuri. 22 illum | Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 2015 Xarabank u l-popoliżmu MEDIASPOT Minn Mario azzopardi opinjoni "F'Malta, l-istazzjonijiet politiċi jippreżentaw l-aġenda riċiklata u nojjuża tagħhom kontinwament" "Le Pen taf li l-poplu jista' jkun stupidu biżżejjed biex jaċċetta l-brain washing bil-mezzi tax- xandir" Marine Le Pen: Vantaġġ mill-populiżmu ta' ċittadini b'moħħhom maħsul

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 06 ta Dicembru 2015