Illum previous editions

ILLUM 06 ta Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/611946

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 39

24 illum | Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 2015 AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT Ittri L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Is-Sindku ta' Marsaskala għandu jirriżenja Joseph Cachia, Marsaskala Nirreferi għal dak li kiteb M.Galea fil-ħarġa tal-gazzetta iLLUM tad- 29 ta' Novembru, 2015. Ngħid mill-ewwel li naqbel miegħu perfettament. Anzi, inżid ngħid li fuq dak li deher u nstema s'issa, is-Sindku ta' Marsaskala għandu jirriżenja. Mhux se nidħol fil-mertu tal-każ jekk il-bini ta' parti mill-Università Amerikana għandhiex tinbena jew le fin-naħa ta' Żonqor Point. Jew jekk din hiex se tkun ta' benefiċċju għar-residenti ta' Marsaskala u tal-inħawi jew le. Naqbel, imma li jekk din se tinbena f 'Marsaskala, ir-residenti għandhom ikollhom kumpens għar- raġunijiet li jafhom kulħadd. Iżda assolutament ma naqbilx li din il-kwistjoni u iktar minn hekk, x'għandu jkun il-kumpens, għandu jkun deċiż mis-Sur Calleja waħdu u mingħajr diskussjoni fil-Kunsill jew wara konsultazzjoni mar- residenti. Xi dritt għandu s-Sindku, li waħdu u minn wara dahar kulhadd, jinnegozja mal-kumpanija Sadeen Group il-kumpens? Żgur li huwa ħażin u kontra l-interessi tar-residenti l-idea ta' Mario Calleja li jeqred parti mill-uniku ġnien li hawn f 'Wied il-Għajn, sempliċiment biex jibni uffiċji tal-Kunsill. Ta' min ifakkar li s-Sur Calleja kien diġà ttanta jagħmel dan xi xhur ilu, meta kien ippropona li jibni l-uffiċċji tal-Kunsill fi Ġnien Sant'Anna u jibni wkoll għadd ta' ħwienet kummerċjali. Niftakar l-oppożizzjoni qawwija tar-residenti għal din l-idea. Is-Sindku jaf aktar minn ħaddieħor bl- oppożizzjoni għaliha għaliex kienu bosta li lmentaw miegħu personalment dwar l-idea li jinqered parti mill-ġnien. Il-Kunsill jaf, u iżjed minnhom is-Sindku, li r-residenti kienu ħaduha qatta bla ħabel kontra din l-idea u saħansitra bdiet tinġabar anke petizzjoni kontra dak li ried iwettaq is-Sur Calleja. Niftakar lill-Onor George Vella jikkritika bl-aħrax l-idea tal-bini fil-ġnien Sant'Anna fil-Parlament. Ma nafx x'opinjoni kellu Dr. Owen Bonnici, illum Ministru tal- Kunsilli Lokali, però ninsab ċert li kien kontra l-qerda tal-ġnien. Kien waqaf kollox. Issa, għal xi raġuni jew oħra, is-sur Calleja, għal ġieħna Sindku tal-Kunsill, donnu li reġa' stenbaħ b'dan is- sagrileġġ ambjentali. Kif qal tajjeb M. Galea, hemm tant ħtiġijiet f 'Marsaskala, se nagħżlu li neqirdu parti mill-uniku ġnien li għandna f 'Wied il- Għajn? Marsaskala sal-lum, għadha mingħajr 'Day Care Centre', mingħajr faċilitajiet sportivi, inkluż piċċ tal- futbol, mingħajr 'Night Shelter' għall- anzjani u tant u tant ħtiġijiet oħra. Iżda l-aktar ħaġa li qed tħasseb bis-sħiħ lir- residenti, huwa l-fatt kif din l-idea brillanti tas-Sindku Calleja baqgħet qatt ma ġiet diskussa fil-Kunsill u qatt ma ttieħed vot fuqha. U hawnhekk allura jidħlu ħafna dubji. Fosthom, jekk dan kienx l-uniku każ li ma tressaqx quddiem il-Kunsill u ma tteħidx vot fuqu. Jista' jkun li kien hemm affarijiet oħra serji li baqgħu qatt ma ġew diskussi fil-Kunsill, u qatt ma ttieħdu vot fuqhom? Huwa għalhekk, kif qal tajjeb M. Galea, li l-Ministeru responsabbli mill-Kunsilli għandu jinvestiga l-każ sewwa u jittieħdu l-passi neċessarji. Ngħid li xi ħaġa serja bħal din, jekk fil-fatt saret, hija biżżejjed li timponi fuq dak li jkun, li għandu jirriżenja mill-kariga tiegħu. Ir-residenti għandhom kull dritt ikunu jafu x'ġara sewwa. Nghid il-verità, stennejt lill-kunsilliera l-oħra li jitolbu li ssir inkjesta serja, jekk mhux għalxejn, għat- trasparenza. Iżda għalkemm jidher li l-maggoranza ma qablux mal-atteġġjament tas-Sindku Mario Calleja, l-investigazzjoni ma ntalbitx. Nistennew azzjoni min-naħa tal-Ministeru responsabbli mill-Kunsilli Lokali. Tħallas biex jibgħatlek il-kont? G.Bonett, Marsalforn TGħid għad naslu f 'punt fejn meta tmur tiekol, biex iġiblek il-kont stampat iżommlok xi €2? fil-fatt il-kumpaniji Melita u GO plc hekk qed jagħmlu, għax wara li tkun ikkunsmajt xahar servizzi tagħhom, biex jibagħtulek il-kont stampat, iżommulek xi €2 oħra. Inutli li tal-konsumatur jiktbu paġna f 'ġurnali tal-Ħadd u oħrajn. Bħala konsumaturi, li rridu naraw hi azzjoni effettiva kontra kumpaniji li jieklu lill- istess konsumaturi tas-servizzi tagħhom u agħar minn hekk, anke lill-azzjonisti u investituri privati. Negozjanti one way fil-Balluta? J. Bonett Balzan, Balluta fTiT ilu, pompa tal-fuel li kienet f 'Main Street fil- Balluta ġiet trasferita lejn lokalità oħra. Naħseb li n-negozjant għamel kemxa ġmielha minn fuq dan it- trasferiment. Allura għax m'għandux ikollu d-diċenza li d-dispensers il-qodma li mhux qed jintużaw u li qed jingumbraw bankina mhux wiesa', jneħħihom? Li niskanta hu li dawk li jgergru għax għal xi ġranet fil-festa jsiru xi kolonni tal-armar fuq il-bankini, ma jsibux dawn id-dispensers mahmuġin, u li jkerrhuu ilhom is-snin jingumbraw, oġġezzjonabbli. Xgħelet il-bozza l-ħamra A. Duca, Ħal-Għaxaq fiL-ġiMGħAT li għaddew, fl-ogħla istituzzjoni ta' pajjiżna, il-Parlament, rajna żewġ xenarji. Waħda li tagħmel ġieħ lil din l-istituzzjoni, u oħra li tagħmel għajb. L-ewwel xena, fejn persuna politika wriet bil-fatti li l-ewwel interess tagħha mhux il- partit, imma l-pajjiż u ta' dawk li wrew il-fiduċja fiha permezz tal-vot. Hi wriet determinazzjoni li tara li dak li wiegħed il-partit ikun imwettaq. Liema wegħdi kienu kruċjali biex il-partit tagħha rebaħ l-elezzjoni. Iġġieldet b'kuraġġ kontra l-ksur sfaċċat ta' dawn il- wegħdi. Fit-tieni xena, kellna persuna politika li l-aġir tagħha xejn ma kien wieħed dinjituż. Anzi, kien ta' għajb, mistħija u ta' arroganza. Xena li ħaditna lura lejn żmien xejn sabiħ. Dak li ġara fl-għola istituzzjoni ta' pajjiżna ħasadna għaliex amministrazzjoni waħda wara l-oħra ta' Gvern Nazzjonalista, kienu nessewna dawn ix-xeni. Jalla li dan kien każ iżolat u ma jerġax jirrepeti ruħu għaliex ikun vera ħasra li pajjiżna jerġa' jpoġġi d-demokrazija fil-periklu. Min hu tal-età tiegħi, jaf biżżejjed minn xiex għaddejna. Jalla din il-bozza ħamra li xegħlet fit-tieni każ, tfittex tintefa għall-interess ta' kulħadd. ĠnienSan't Anna, Marsaskala

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 06 ta Dicembru 2015