Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/611946
Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 2015 | illum 27 Vetturi Ingranat minn Andrew Pisani Id-delIzzju tal- karozzi u muturi ma jiqafx sempliċiment fuq li wieħed jieħu ħsieb il- vettura tiegħu, iżda wkoll li jimmodifikaha u jarmaha bi skop li jżid il-qawwa u jtejjeb l-imġiba tagħha fi-triq. Għalkemm is- suċċessi sportivi fil-qasam ta' kull tip ta' tlielaq ta' karozzi u muturi ma tantx jieħu prominenza fuq l-aħbarijiet lokali meta mqabbla ma' affarijiet oħra bħall-futbol u l-eurovision, ma jfissirx li suċċessi ma jeżistux. 'Il bogħod minn dan. Għal dawk li huma midħla ta' x'inhu għaddej fid-dinja sportiva tal-karozzi, għalkemm m'hemmx timijiet Maltin li jieħdu sehem f 'kompetizzjonijet ewlenin bħall-Formula 1, Moto GP u World Rally Championship, żgur li jimpressjona ruħu bil- kwalità u standards għoljin fl-armar u l-kapaċità fis- sewqan f 'diversi oqsma. Mhux talli hekk, talli ġieli telgħu kontinġenti Maltin barra minn Malta u rebħu kompetizzjonijiet u kisru rekords mondjali. eżempji bħall-kwart ta' mil (tal-karozzi, muturi u trakkijiet), hillclimb, offroad, powerboats u drifting jiġuni mill-ewwel f 'moħħi bħala suċċessi kemm lokali u kif ukoll barra minn xtutna. B'distanzi daqsekk qosra, ma tagħtix tort li xi ħadd isaqsi minn fejn beda dan kollu. Forsi dik is-sens ta' kompetittività ilha ġo fina meta wieħed jara t-tiġrijiet tar-regatta u tal-ħmir fl-Imnarja, però żgur li l-influwenza Brittanika kellha kontribut qawwi lejn dan id-delizzju. Kienu bosta Brittanniċi li kienu stazzjonati hawn Malta li ddeċidew li jġibu xi karozza jew mutur magħhom fuq din il-gżira fis-snin ta' wara l-gwerra. F'dak iż-żmien, l-industrija tal-karozzi Brittanniċi kienet fl-aqwa tagħha u kienu qegħdin jipproduċu bosta karozzi sportivi '2 seater' bis-saqaf jinkixef għall-ġuvintur Ingliżi li kellhom xi ftit introjtu disponibbli. Ditti bħal Jaguar, Triumph, Sunbeam, MG, Austin, Morgan u Lotus kienu ftit mid-ditti li pproduċew uħud mill- isbaħ karozzi ta' dik l-era. Muturi bħal Triumph, BSA, Matchless u Royal Enfield ma kienux neqsin mix-xena lanqas. Britanniku li kien fis- servizz, kien faċli jkollu xi lira żejda meta tqis li kull m'għandu bżonn, q i e g ħ e d jiġi provdut lilu mill-kuruna, u il-paga seta' wieħed iġemmagħha kollha. Ġuvni bil-flus fil-but mingħajr ebda responsabilitajiet fuq gżira fix-xemx, kienet togħġbu l-idea li jkollu xi karozza sportiva tinkixef. Kien jiġri però li kultant jiġi l-bżonn li nies li kienu stazzjonati hawn, ikollhom jitilqu din il-gżira f 'qasir żmien għaliex ġew stazzjonati banda oħra. Filwaqt li xi wħud minn dawn ħadu l-karozzi jew muturi magħhom, oħrajn sabuha iktar faċli li ibigħu l-karozza jew mutur Malta u jifrankaw dak l-iskariċċ. Bosta Maltin aprofittaw minn din is- sitwazzjoni u xtraw diversi vetturi sportivi għal prezz tajjeb. Inħolqot sitwazzjoni fejn kellek ġuvintur Maltin li setgħu jixtru dawn it-tip ta' vetturi li għal dak iż-żmien kellhom saħħa u veloċità mhux ħażin. Dawn il-karozzi kienu maħluqin għall-gost u mhux għall prattikalità. Kien minn hemm li bdew jinħolqu klikek ta' ġuvintur f 'xi pjazez tal-irħula bil- karozzi tagħhom. Postijiet prominenti għal dawn il-laqgħat kienu l-Ħamrun, fejn in-nies ta' dawn il- klikek kellhom inqas introjtu u kienu jiddominaw karozzi bħal Triumph Spitfire u Herald, u fejn il-Preluna f 'Tas-Sliema, fejn il-karozzi kienu jkunu xi ftit iktar fini u jinkludu xi Alpha Gulia Super, MGB jew xi Mini Cooper S. Wara xi film it- 'talkies' is-Sibt filgħaxija, ispirati minn xi film ta' James Bond jew 'Bullitt' ma kinetx tonqos xi ftit tal-pika u adrenalina li twassal għal folol ta' nies jerħulha lejn l-Armier fost twerżiq ta'roti biex jikkonkludu argument fuq min hu l-aqwa xufier u liema karozza tiġri l-iżjed. Dak iż-żminijet it-traffiku kien minimu, iktar u iktar bil-lejl, ma kienx hawn 'speed cameras' u ħafna inqas roundabouts. Minn dak iż-żmien, nibtet din il-passjoni għal iktar saħħa u veloċità fil-vetturi. Però, dak kien biss il-punt tat-tluq fl-storja tal-armar u ġiri tal- karozzi u muturi. "Il-Ħamrun kienu jiddominaw karozzi bħal Triumph Spitfire u Herald, waqt li fejn il-Preluna f 'tas-Sliema, fejn il-karozzi kienu jkunu xi ftit iktar fini kienu jinkludu xi Alpha Gulia Super, MGB jew xi Mini Cooper S" Karozza tat-tip Austin Healey Il-Kilba għall-veloċità - L-ewwel Parti Karozza tat-tip Sunbeam