Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/611946
28 illum | Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 2015 Kummerċjali 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Provision of Training: RED HAT Version 7 Certied System Administrator - T116/15 Data ta' ħruġ: 1 ta' Diċembru 2015 / Data ta' għeluq: 17 ta' Diċembru 2015 Provision of Electrician Services – T104/15 Data ta' ħruġ: 1 ta' Diċembru 2015/ Data ta' għeluq: 11 ta' Jannar 2016 Provision of Skilled Labourer Services – T105/15 Data ta' ħruġ: 1 ta' Diċembru 2015/ Data ta' għeluq: 11 ta' Jannar 2016 Provision of Training: Agile Programme and Project Management – T120/15 Data ta' ħruġ: 4 ta' Diċembru 2015/ Data ta' għeluq: 11 ta' Jannar 2016 Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jieħdu nota għall-workshops li jiġu organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training (CDRT), It-Telgħa Ta' Sa Maison, Il-Furjana FRN1610. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunita sabiex jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI BOV jirbaħ il-Premju tal-Bank tas-Sena 2015 Il-Bank of Valletta rebaħ il-'Bank of the Year Award 2015' għal Malta, il-premju prestiġjuż li jingħata minn The Banker li hi r-rivista bankarja ta' kull xahar tal-Financial Times. Il-premju ġie ppreżentat lis-Sur Charles Borg, l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Bank of Valletta, minn Brian Caplen, l-Editur ta' The Banker matul ċerimonja tal-premjijiet li saret f 'Hilton London Bankside Hotel f 'Londra. The Banker ilu meqjus bħala sors fdat ta' intelliġenza finanzjarja globali sa mill-1926 u l-lista tal-Premjijiet tal-Bank tas-Sena saret indikatur internazzjonali ewlieni tal-prestazzjoni finanzjarja. L-unur ta' 'L-Aħjar Bank' għal pajjiż partikolari jingħata mit-tim editorjali globali ta' The Banker wara li jiskrutinja d-data tal- banek fir-rigward tal-qligħ tagħhom, l-assi, it-tkabbir tal-kapital tal-Grad 1 u r-redditu fuq l-ekwità. Dan it-tim editorjali jħares ukoll lejn banek li qed jiffissaw standards ġodda għall-industriji lokali tagħhom billi jkunu innovattivi bl-użu ta' teknoloġija ġdida kif ukoll isibu modi kosteffiċjenti kif jespandu n-negozju tagħhom, filwaqt li jinvestu fil-komunità tagħhom. Il- premju għal bank wieħed f 'kull pajjiż jingħata għall- aħjar prestazzjoni globali u kisbiet kwalitattivi. Fl-ewwel reazzjonijiet tiegħu meta rċieva l-premju, l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Bank, is- Sur Charles Borg, qal, "Aħna ninsabu sodisfatti b'dan ir-rikonoxximent internazzjonali li jissottolinja s-saħħa tal-marka BOV." "L-2015 kienet sena ta' sfida b'mod eċċezzjonali li rat il-Bank of Valletta jirrapporta lejn reġim regolatorju ġdid. Minkejja dan, il- prestazzjoni tal-Bank kienet sodisfaċenti, bil- Bank jirreġistra profitti rekord ta' €117.9 miljun u jwassal prestazzjoni b'saħħitha għal kull linja tan-negozju. Fl-istess ħin, aħna komplejna nsaħħu l-infrastruttura tal-Bank, biex niżguraw is- sostenibbiltà fit-tul tiegħu, filwaqt li introduċejna inizjattivi ġodda li jsaħħu l-esperjenza globali tal-klijenti tagħna, f 'konformità mal-istrateġija tagħna li nibqgħu relevanti għall- ħtiġijiet jinbidlu tal-klijenti tagħna hekk kif jimxu minn stadju għal ieħor fiċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom," qal is- Sur Charles Borg. L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Bank ikkonkluda billi ddedika l-premju lill-impjegati tal-Bank, li huwa rringrazzja għall- impenn, id-dedikazzjoni u l-professjonaliżmu ma jaqta' xejn tagħhom. Il-Preżentazzjoni tal-Unur lill-BOV MAPFRE Middlesea tirreġistra l-akbar tkabbir fost l-operaturi ta' MAPFRE fl-Ewropa Bejn Jannar u Settembru 2015, MAPFRE Middlesea rreġistrat l-akbar żieda f 'volum premium fost il-pajjiżi fejn topera MAPFRE fl-Ewropa. Id-dħul ta' MAPFRE ammonta għal €1,339 miljun fiż-żona EMEA, li tinkorpora l-Ewropa, il-Lvant Nofsani u l-Ażja – żieda ta' 45.9% fuq is-sena l-oħra. Din iż-żieda kienet immexxija minn tkabbir sinifikanti f 'Malta, bi tkabbir ta' 51.6% għal 188 miljun Ewro, fir-Renju Unit, b'żieda ta' 23.7% għal €218 miljun, u fit-Turkija bi tkabbir ta' 22.8% għal 512 miljun. Il-Linji diretti fl-Italja u l-Ġermanja ġew konsolidati minn Ġunju 2015, wara li ġew akwistati minn MAPFRE. Flimkien, dawn iż-żewġ pajjiżi kkontribwew €207 miljun fi premium f 'erba' xhur. F'disa' xhur, MAPFRE irreġistrat €175 miljun fl-Italja u €88 miljun fil-Ġermanja, inklużi f 'operazzjonijiet ta' riskji globali u assistenza. Fiż-żona EMEA, MAPFRE topera f 'dsatax-il pajjiż. Ir- reġjun jikkontribwixxi għal 7.2% tal-premium globali ta' MAPFRE. Bejn Jannar u Settembru 2015, il-kumpanija MAPFRE irreġistrat dħul ta' 20,587 miljun Ewro, żieda ta' 6.8% fuq l-istess perjodu tas- sena l-oħra. Il-premium żdied b'5.4% għal €17,341 miljun. L-akbar tkabbir kien reġistrat f 'bejgħ ta' poloz mhux fuq assigurazzjoni fuq il-ħajja u riassigurazzjoni. Profitti qabel it-tnaqqis ta' taxxa amontaw għal €1,162 miljun, li hu tnaqqis ta' 16.2% meta kkumparat mal-istess perjodu tas-sena l-oħra.