Illum previous editions

ILLUM 06 ta Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/611946

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 39

32 illum Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 2015 Sports minn Cristian Antony Muscat Pembroke A ...................0 Sliema W .......................2 Michael Mifsud jidher li reġa' sab il-forma, li mdorrijin narawh biha, hekk kif ilbieraħ skorja l-ewwel doppjetta staġjonali tieguħ matul dan l-istaġun, fir-rebħa ta' 2-0, kontra Pembroke athleta. Din ir- rebħa żgur li għolliet ferm il-moral tal-Wanderers, hekk kif tabilħaqq waslet wara tliet telfiet konsekuttivi. Permezz ta' dawn it-tliet punti prezzjużi li kisbu, Sliema Wanderers laħqu lill-istess Pembroke Athleta bi 17-il punt fil-klassifika. Għall-Blues, idebutta l-goalkeeper Timothy Aquilina, fejn ħa post Glenn Zammit. Għalihom, irritorna Mark Scerri u l-captain Alex Muscat, b'Rafael Ledesma jibda minn fuq il-bank tas- sostituti, u Kerlon Moura Souza, ikollu jitlef dan il- konfront minħabba li jinsab mweġġa'. Min-naħa l-oħra, Pembroke Athleta, affetwaw bidla waħda mit-tim li għeleb lil St Andrews bl-iskor ta' 4-0, hekk kif Leighton Grech u Siraj Arab Eddin ħadu post Gibson Bardsley u Austin Martz rispettivament. Sliema Wanderers irnexxielhom jiftħu l-iskor tnax-il minuta mill-ftuħ tat- tieni taqsima, meta Michael Mifsud irċieva pass perfett mingħand Rafael Ledesma, qabel għeleb lil Matthew Farrugia, permezz ta' xutt mill-isbaħ mill-viċin u minn pożizzjoni angulata. Il-Wanderers irduppjaw l-iskor fl-74 minuta, grazzi għall-gowl ieħor tal-captain tat-tim nazzjonali, Michael Mifsud, li x-xutt angulat tiegħu għal darb'oħra mil- lemin, wara li reġa' rċieva minn assist perfett ta' Rafael Ledesma, spiċċa wara l-goalkeeper ta' Pembroke Athleta, Matthew Farrugia. Pembroke - A. Farrugia, Cini, Attard (Shereni 70'), Bugeja, Barbetti, Levnajic, O'Brien, Arab Eddin, Laudisi, Villalobos, Grech (Martz 62') Coach: Winston Muscat Sliema W. - Aquilina, A. Muscat, Essel (Bezzina 63'), Scerri, Mifsud, Gatt Baldacchino, Potezica, Friggieri, Muir, Bianciardi (Mintoff 17') (Ledesma 36'), Dimech Coach: Stephen Azzopardi Referi - Marco Borg MICHAEL MIFSUD Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja l-ewwel doppjetta staġjonali tiegħu f'dan il-konfront. Huwa l-captain tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol. Bla dubju li huwa fost l-aqwa plejers li qatt ipproduċa l-futbol Malti. Michael Mifsud l-eroj assolut fir-rebħa ta' Sliema Wanderers Ritratt - Ray Attard Michael Mifsud jikkontrolla tajjeb il-ballun segwit minn Owen Bugeja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 06 ta Dicembru 2015