Illum previous editions

ILLUM 06 ta Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/611946

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 39

Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 2015 | illum 35 Sports Lingard jiċċelebra wara li skurja kontra West Brom Illum l-ASMK tkompli bil-Kampjonat Autocross Illum, l-'Assoċjazzjoni Sport muturi u Karozzi', se tkompli bil-Kampjonati ASmK Pasta Poiatti 2015/2016, bil-programm jibda f '12pm. Id- direzzjoni tal-korsa se tkun b'direzzjoni kontra l-arloġġ fit-tigrijiet kollha bil-karozzi Autocross modified u Autocross Standard. Intant, nagħtu ħarsa lejn il-klassifiki Autocross, fejn wara tliet attivitajiet fil- Klassi Nazzjonali 'Autocross Modified' naraw lil Philip Joe Vella fuq Opel Corsa fil- quċċata ta' din il-klassifika bi 82 punt segwit minn Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo b'67 punt. Christian Apap fuq Ford Fiesta qiegħed fit-tielet post b'64 punt. Fil-Klassi Autocross A naraw lil Vella jiddomina f 'din il-klassi wkoll b'24 punt segwit minn Christian Galea bi 19-il punt. Fit-tielet post insibu lil Malcolm Borg fuq Opel Corsa b'10 punti. Fl-Autocross Class B insibu lil Jonathan Camilleri fuq Opel Corsa li qiegħed fuq quddiem din il-klassifika b'20 punt segwit minn Noel Zammit fuq Fiat Punto bi 11-il punt filwaqt li fit-tielet post insibu lil Jonathan Vella fuq Ford Fiesta b'9 punti. Fil-Klassi Standard Autocross insibu lil Deane Farrugia fuq quddiem nett, fuq Citroen AX bi tliet rebħiet, b'total ta' 37 punt. Dan huwa segwit minn Traydon Bailey fuq Ford Ka b'21 punt u fit-tielet post insibu lil Ian Fenech fuq Citroen AX b'16-il punt. Intant, nhar il-Ħadd li għadda ġiet organizzata t-tieni attività mill- Kampjonat Nazzjonali Trials li saret fil-Barriera 'Ix- Xagħra tal-Magħlaq', limiti tal-Qrendi. Kollox beda fid-9am bil-kompetituri jiġu maqsuma f 'żewġ klassijiet - Klassi A u Klassi B. Fi Klassi A għal darb'oħra rajna lill-kugini Bonello jiddominaw din il-Klassi - Damon fuq mutur Gas Gas u Rowen fuq mutur Beta kienu l-ħin kollu ras imb'ras sakemm Rowen tilef xi ftit f 'sezzjoni 2 u 5, biex Damon spiċċa rebaħ din il-klassi komdu b'16-il punt ta' penalità segwit minn Rowen b'27 punt ta' penalità. Fit-tielet post spiċċa Gary Debono fuq mutur Sherco filwaqt li fir-raba' post daħal Joseph Scicluna fuq mutur Gas Gas. Il-Klassi B intrebħet minn Manuel Camilleri fuq mutur Gas Gas segwit minn Ian Scicluna fuq mutur Beta. Intant, l-ASMK, ħabbret li fetħet l-applikazzjonijiet għad-'Demolition Derby 2015', li jekk ikun hemm biżżejjed applikazzjonijiet, mistennija ssir nhar il- Ħadd 20 ta' Diċembru. Kull min hu interessat li jipparteċipa f 'din l-attività għandu jattendi għal- laqgħa informattiva li se ssir nhar il-Ħamis li ġej, fil-Club House tal-ASMK, fl-Imtarfa. Għal iktar informazzjoni, wieħed jista' jagħmel kuntatt mal-President Frans Deguara fuq in-numru tal-mobile 9945 2117 jew inkella mas-Segretarju Ġenerali, Johann Pace, fuq in-numru tal-mobile 9942 5489. Wieħed jista' wkoll jibgħat email fuq info@ asmk.org.mt. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur ukoll is-sit elettroniku, www.asmk.org.mt. Azzjoni mit-tieni attività mill-Kampjonat Nazzjonali Trials li saret fil-Barriera 'Ix-Xagħra tal-Magħlaq', limiti tal-Qrendi Kollox lest għall-14-il edizzjoni tal-MOC Awards Kollox jinsab lest għall-14-il edizzjoni tal- moC Awards, li se ssir nhar it-Tnejn li ġej, lejlet festa pubblika, f 'lukanda ewlenija f 'Ħ'Attard. Waqt konferenza stampa li saret ilbieraħ fil-Kwartieri Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti f 'Tal-Qroqq, ingħataw dettalji rigward din is-serata speċjali fil-kalendarju annwali tal-Kumitat Olimpiku Malti, li għaliha se jkun preżenti il-kowċ tat- team nazzjonali Taljan tal-waterpolo, Sandro Campagna. Il-kelliema ta' din il- konferenza stampa kienu Julian Pace Bonello, Mark Cutajar u anki Charles Camenzuli, li lkoll esprimew il-fatt, li din is-serata għandha l-iskop ewlieni li trodd ħajr u ġġib fid-dawl l-avvanzi u r-riżultati mill-aqwa li rnexxielhom jiksbu bosta atleti Maltin, fid-diversi dixxiplini li huma ħadu sehem fihom matul din is-sena, li dalwaqt waslet biex tintemm. Is-serata finali se tkun trasmessa b'mod dirett fuq TVM 2, nhar it-Tnejn li ġej u se tkun qed tibda fit- 8.30pm. Is-serata se tkun ippreżentata minn Rodney Vassallo u Janice Briffa. Julian Pace Bonello, Mark Cutajar, Joe Cassar u Charles Camenzui jindirizzaw konferenza stampa li fiha ngħataw dettalji rigward l-14 -il edizzjoni tal-MOC Awards

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 06 ta Dicembru 2015