Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/611946
Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 2015 | illum 39 ta' Chelsea u Barcelona Sports Logi Olafsson, biex ma nkunux nistgħu nilagħbu flimkien, meta l-Iżlanda lagħbet kontra l-Maċedonja f 'dan il- pajjiż, fl-ewwel logħba mir-rawnd ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-1998. Dan għaliex l-eks president tal- FA Iżlandiża, ried li din ix-xewqa tagħna ssir realtà f 'logħba li l-Iżlanda tilgħab ġewwa darha. Iżda, din ix-xewqa qatt ma saret realtà hekk kif propju xahar biss wara l-logħba fl-Estonja, sfortunatament ksirt saqajja, meta kont involut mat-tim nazzjonali Iżlandiż ta' taħt it-18-il sena kontra l-Iżlanda. Domt biex nirkupra minn din l-injury minħabba li wara kien irriżulta li kelli tendinitis f 'sieqi. Meta erġajt lura fl-azzjoni mal-Iżlanda, missieri kien irtira u għalhekk qatt ma kellna ċ-ċans li nilagħbu flimkien fl-istess ħin mat-tim nazzjonali Iżlandiż. Fit-2 ta' Settembru tal-2006, irnexxieli nsib ix-xibka fir-rebħa li bħala Iżlanda ksibna barra minn darna kontra l-Irlanda ta' Fuq fir-rawnd ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2008, biex b'hekk ilħaqt ir-rekord tal-eks plejer Islandiż, Rikharour Jonsson, li kien dak ta' 17-il gowl fi 33 logħba internazzjonali għal pajjiżu bejn l-1947 u l-1965. Fit-13 ta' Ottubru tal-2007, lgħabt id-49 logħba tiegħi man-nazzjonal, u ksirt ir-rekord bħala l-aqwa skorer ta' kull żmien mat-tim nazzjonali Islandiż. Dan hekk kif wara sitt logħbiet fejn ma rnexxielix insib ix-xibka, skorjajt doppjetta fit-telfa ta' 4-2 ġewwa darna kontra l-Latvja. Madankollu, għalkemm żgur li se nibqa' niftakar din il-ġurnata b'mod partikolari, sfortunatament irnexxieli nikser dan ir-rekord f 'ġurnata meta bħala Iżlanda sofrejna telfa ferm diżappuntanti u deludenti, u għalhekk dan naqqasli mill- ferħ ta' dan it-tragward li kont ilħaqt. Fid-19 ta' Novembru tal-2013 wara t-telfa ta' 2-0 tal-Iżlanda kontra l-Kroazja fil-play-off għat-Tazza tad- Dinja tal-2014, kont ħabbart li kont irtirajt mill-futbol internazzjonali fuq bażi ta' tim nazzjonali. Iżda, mbagħad fit-28 ta' Marzu li għadda wara sena u nofs nieqes mill-azzjoni mal-Iżlanda, erġajt irritornajt bil-flokk tat-tim nazzjonali ta' pajjiżi, u rnexxieli nsib ix-xibka permezz tal-ewwel gowl fir- rebħa ta' 3-0, li bħala Iżlanda ksibna barra minn darna fl-Astana Arena, kontra l-Kazakhstan, fir-rawnd ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2016. Ġaladarba qed insemmu l-Euro 2016, ninsab deċiż u determinat li nilgħab għal pajjiżi, f 'dan it-tournament, fejn qed naspiraw li bħala Iżlanda niksbu riżultati pożittivi. Int li kont ferm viċin tal-kowċ Josè Mourinho għax kont ikkowċjat minnu lejn l-aħħar tal-esperjenza tiegħek ma' Chelsea, kif tiddeskrivi lil dan il-kowċ? M'hemmx dubju li Josè Mourinho huwa l-aqwa kowċ li qatt kelli fil- karriera tiegħi tal-futbol! Kont sorpriż li Chelsea kellhom bidu ferm diżappuntanti u x'taħseb li kienu r-raġunijiet għaliex Chelsea qed jaffaċċjaw din is-sitwazzjoni xejn feliċi u mistennija? Ovvjament, ninsab sorpriż! Mhuwiex normali li wieħed jara lil Chelsea tliet punti biss fuq iż-żona l-ħamra tar- relegazzjoni. Naħseb li din il-kriżi li għaddejjin minnha Chelsea bħalissa għandha x'taqsam mal-fiżika tal-plejers. Il-pre-season li huma għamlu ma kienx tajjeb, u meta tibda bil-preparazzjoni iktar tard mis-soltu, dan ikollu impatt negattiv fuq il-logħbiet tal-bidu tal- istaġun, kif fil-fatt ġara lil Chelsea. Il-fatt li Chelsea huma mdorrijin jirbħu u jiddominaw il-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra, ifisser li kull meta jitilfu, il-media aktar tenfasizza dawn it-telfiet, u dan ikabbar il-pressjoni kemm fuq il-plejers, kif ukoll fuq l-istaff tekniku tal-Blues. X'taħseb li kien is-sigriet tas-suċċess kbir li qed jikseb it-tim nazzjonali tal-Iżlanda u li wassal għall- kwalifikazzjoni storika għall-Euro 2016? Fl-Iżlanda,il-plejers dejjem kellhom livell tal-fiżika tajjeb ħafna u mentalità tajba biex iħallu l-pajjiżna, u jfittxu avventuri ġodda fil-futbol barra mill- Iżlanda. Dawn huma l-karatteristiċi ewlenin ta' pajjiżna u tat-tim nazzjonali tagħna. Taħseb li l-futbol Malti għad xi darba jilħaq il-livelli ferm għolja li rnexxielu jilħaq il-futbol Iżlandiż? Rigward Malta, ma tantx nista' nikkummenta minħabba li miniex familjari mal-futbol f 'pajjiżkom. Meta taħseb fuq il-futur tiegħek fil- futbol, ġieli għaddielek xi ħsieb minn moħħok li timbarka fil-karriera ta' kowċ? Għadni ma ħsibtx rigward dan. L-istaġun fiċ-Ċina intemm tliet ġimgħat ilu u l-kuntratt tiegħi ma' Shijiazhuang Ever Bright, jintemm f 'Jannar li ġej. Iżda, jien irrid nibqa' nilgħab sakemm iħossni fl-aqwa forma possibli biex nagħmel dan. Bħalissa,l-uniku ħsieb tiegħi huwa li nqatta' aktar ħin mal- familja tiegħi, waqt li nsegwi l-passi tat- tfal tiegħi f 'kulma qed jagħmlu, fosthom il-futbol. Twieled fil-15 ta' Settembru 1978 fl-Iżlanda, għandu 37 sena u huwa missier ta' erbat itfal. Kellu esperjenzi mill-aqwa ma' wħud mill- aqwa timijiet fl-Ewropa, fosthom ma' Chelsea u Barcelona. L-aqwa skorer tat-tim nazzjonali Iżlandiż fl- istorja, b'25 gowl fi 81 logħba internazzjonali. Skorja iktar minn 150 gowl kemm mal-klabbs li lagħab magħhom, u mat-tim nazzjonali Iżlandiż. Fl-2009 rebaħ il-UEFA Champions League ma' Barcelona. Bħalissa jilgħab bħala plejer ta' nofs il-grawnd offensiv mal-klabb Ċiniż ta' Shijiazhuang Ever Bright, bil-kuntratt jintemm f 'Jannar li ġej. Hu determinat li jkun parti mit-tim nazzjonali Iżlandiż, li se jieħu sehem fil-Euro 2016. Eiður Smári Guðjohnsen Eidur Gudjohnsen fl-azzjoni bil-flokk ta' Barcelona