Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/611946
illum | Il-Ħadd 06 ta' Diċembru 2015 Ritratt tal-ġimgħa Ritratt: Ray Attard Persuna li ħadet sehem s-seba' Konvenzjoni Annwali tal-Komiks li qed issir l-Valletta Waterfront bħalissa. Fiha qed jipparteċipaw numru ta' artisti Maltin u barranin. 'Irrid nibda nindirizza l-illegalitajiet tal-miljunarji' - Joseph Muscat "DAŻGUR li rrid nindirizza l-illegalitajiet, imma rrid nibda nindirizza l-illegalitajiet tal-miljunarji l-ewwel." Hekk sostna l-Prim Ministru Joseph Muscat meta kien mistoqsi dwar il-kmamar u boathouses, fosthom tal-Armier, li kienu mibnijin illegalment matul is-snin. Waqt dibatittu dwar l-ambjent li kien organizzat mill-Knisja, il-Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li l-Partit Nazzjonalista lest li jappoġġja lill-Gvern jekk dan ikun se jieħu azzjoni kontra l-kmamar u boathouses li nbnew illegalment. Pronta kienet ir-risposta ta' Muscat li filwaqt li qabel li għandha tittieħed azzjoni kontra l-illegalità, żied jgħid li ma riedx jibda jieħu l-ewwel azzjoni, "kontra persuni li qegħdin fuq il-paga minima." Waqt id-dibattitu, Muscat iddefenda l-pjani tal-Gvern li qed ikunu diskussi fil- Parlament bħalissa u li se jwasslu biex il-MEPA tinqasam fi tnejn. Hu qal li din il-bidla se tkun mod ta' kif l-affarijiet fl-awtorità jkunu aktar ċari, bl-ambjent jingħata aktar saħħa. Intant, meta kien qed jitkellem dwar l-inċident tal-ġimgħa li għaddiet f 'Montekristo, li fih tifel ta' tliet snin indarab gravi minn tigra u li qajjem diskussjoni dwar il-post innifsu, Muscat qal li anke hawn, il-qasma fil-MEPA se tkun qed tagħmel id-differenza. Huwa spjega kif jibqa' punt ta' responsabbiltà kbira fuq il-politikanti, "li niżguraw li l-liġi tkun ugwali għal kulħadd. L-affarijiet iridu jkunu ċari u aħna nemmnu li bil-qasma fil-MEPA, hekk se jiġri." Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni ammetta li meta kien fil-Gvern il-PN saru numru ta' illegalitajiet, għalkemm qal ukoll li fil- Gvern, tispiċċa "tiffaċċja nies fin-negozju li jheddu bit- tkeċċija tal-ħaddiema. Din hija problema taż-żewġ partiti." Busuttil dar fuq Muscat u qallu li hu għamel wegħdi li jmorru lil hinn minn dak li kien hemm fil-programm elettorali. "Dan qed tgħidulek Marlene Faruugia," qal Busuttil lill-Prim Ministru, "u l-iżball tiegħek kien li inti qbilt ma' dawn l-arranġamenti pre-elettorali. Kulħadd jagħmilha, u huwa ħażin." Busuttil kompla jgħid li t-test tiegħu għad irid jasal, "imma int", reġa qal lill-Muscat, "diġà fallejt tiegħek." Il-Prim Ministru min-naħa tiegħu instema jwieġeb li dak kollu li kien qed jgħid Busuttil kien "gideb sfaċċat." Meta indirizza lil dawk preżenti, l-Arċisqof Charles J. Scicluna stieden lill-politiċi u lill-Knisja kollha biex jadottaw sens qawwi ta' responsabbiltà. "Kull biċċa art hija prezzjuża u r-riżorsi limitati ta' Malta jfisser li rridu nagħtu attenzjoni speċjali. Aħna writna patrimonju kbir u rridu nibqgħu kommessi li nipproteġu dak li ħallewlna missierijietna, għat-tgawdija tal-ġenerazzjonijiet tal-futur." L-Arċisqof temm jgħid li l-liġi għandha tapplika għal kulħadd l-istess, "batejna biżżejjed minħabba l-abbużi u nispera li l-klassi politika issa jkollha l-kuraġġ li tieħu l-azzjoni neċessarja. Ma nistgħux inħallu lil min jikser il-liġi qisu xejn mhu xejn." Waqt id-dibattitu, tkellem ukoll il-President tal-Malta Developers Association Sandro Chetcuti li semma kif numru ta' żviluppaturi kienu se jitilfu flus kbar wara l-bidliet li għamel il-Gvern preżenti fil-MEPA, minħabba li dawn, skont Chetcuti, se jfissru li ammont ta' art li setgħet tiġi żviluppata qabel, issa ma tistax. Għall-kritika ta' xi persuni preżenti dwar dan il-punt, Chetcuti instema' jgħid "u dażgur [li tikkritika], għax mhux l-art tiegħek." "Ti aċċja nies n-negozju li jheddu bit- tkeċċija tal- ħaddiema. Din hija problema taż-żewġ partiti" Muscat u Busuttil waqt dibattitu dwar l-ambjent organizzat mill-Knisja Ritratt: Uffi cju Komunikazzjoni, Kurja