Illum previous editions

ILLUM 13 Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/614943

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 39

34 illum Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 2015 Manchester city laħqu lil Leicester city fil-quċċata tal-klassifika tal-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra, meta ġewwa darhom fl- etihad stadium, huma kisbu rebħa drammatika ta' 2-1 kontra swansea city. Il-gowls għall-Blues waslu minn Wilfried Bony u Keleni Iheanacho propju fid-90 minuta. Min-naħa l-oħra, il-gowl uniku għal swansea city fil-logħba wasal minn Bafetimbi Gomis fid-90 minuta. Norwich City u Everton temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1, fejn kienu Everton li fetħu l-iskor fl-ewwel taqsima eżattament wara kwarta logħob permezz tal-attakkant prolifiku Belġjan, Romelu Lukaku, iżda appena żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Norwich City ġabu l-iskor indaqs permezz ta' Wesley Hoolahan. Crystal Palace ġewwa darhom kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Southampton, bil-gowl uniku tagħhom fil-logħba jasal minn Yohan Cabaye fit-38 minuta. Bl-istess skor intemm il-konfront bejn Suderland u Watford, b'dawn tal-aħħar joħorġu rebbieħa, biex kisbu tliet punti prezzjużi, fit-tentattiv tagħhom li jevitaw ir-relegazzjoni, u dan meta kienu qed jilagħbu barra minn darhom. Il-gowl waħdieni tagħhom wasal mis-solitu Odion Ighalo, wara biss erba' minuti logħob mill- ftuħ tal-partita. West Ham United u Stoke City temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' mingħajr gowls. Intant fil-Kampjonat Serie A TIM fl-Italja, Bologna komplew jimpressjonaw meta barra minn darhom fi Stadio Marassi, għelbu lil Genoa bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl uniku tagħhom fil-logħba jasal minn Luca Rossettini propju fid-90 minuta. Tajjeb ngħidu li ż-żewġ timijiet spiċċaw jilagħbu b'10 plejers, meta tkeċċew il-plejers Diego Perotti u Amadou Diawara għal Genoa u Bologna rispettivament. Sports RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 12 ta' Diċembru Norwich C. vs Everton 1-1 Crystal P. vs Southampton 1-0 Manchester C. vs Swansea C. 2-1 Sunderland vs Watford 0-1 West Ham U. vs Stoke C. 0-0 Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 14:30 Aston V. vs Arsenal 17:00 Liverpool vs WBA 17:00 Tottenham H. vs Newcastle U. It-Tnejn 14 ta' Diċembru 21:00 Leicester C. vs Chelsea Kampjonat Serie A TIM Fixtures Is-Sibt 12 ta' Diċembru Genoa vs Bologna 0-1 Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 15:00 AC Milan vs Hellas Verona 15:00 Chievo V. vs Atalanta 15:00 Empoli vs Carpi 18:00 Napoli vs Roma 20:45 Juventus vs Fiorentina It-Tnejn 14 ta' Diċembru 20:45 Lazio vs Sampdoria Manchester City jilħqu lil Leicester City fil-quċċata permezz ta' rebħa drammatika Kalechi Iheanacho, Yaya Toure u Nicolas Otamendi jiċċelebraw waqt ir-rebħa ta' Manchester City kontra Swansea Jittellgħu l-poloz tal-Euro 2016 ILBIeraħ ittellgħu l-poloz tal-Finali tal-Kampjonati ewropej tal-euro 2016, organizzati mill-UeFa, ġewwa l-Palais des congres de la Porte Maillot f 'Pariġi. Il-Kampjonati ewropej tas-sena d-dieħla se jkunu l-15-il edizzjoni ta' dawn il-Kampjonati, liema tournament ferm importanti u prestigjuż fl-isfera tal-futbol ewropew, jiġi organizzat darba kull erba' snin u għall-ewwel darba se jieħdu sehem 24 tim, li jfisser żieda ta' tmien timijiet hekk kif mill-1996 'l hawn kienu jipparteċipaw 16-il tim. L-24 tim ittellgħu f 'sitt gruppi ta' erba' timijiet kull wieħed. Il-Kampjonati Ewropej tant mistennija li se jsiru matul is-sena d-dieħla fost biża' u tensjoni partikolari ta' attakki terroristiċi, se jkunu qed jibdew nhar l-10 ta' Ġunju u jintemmu xahar eżatt wara fl-10 ta' Lulju, meta dakinhar tintlagħab il-finalissima tant mistennija fi Stade de France. It-23 pajjiż li għaddew għall-Finali ġew maqsuma f 'erba' pots, skont il- koeffiċjent nazzjonali tal- UEFA fejn Spanja, minbarra li rnexxielhom jikkwalifikaw għal dawn il-Kampjonati, iżda wkoll bħala champions Ewropej tal-aħħar edizzjoni, ġew assigurati minn post fl-ewwel pot. Tajjeb ngħidu li bħala l-pajjiż ospitant ta' Euro 2016, Franza ma ġewx inklużi f 'wieħed mill-pots, minħabba li huma tpoġġew awtomatikament bħala Tim A1, u dan fisser li f 'Pot 1, kien hemm ħames timijiet nazzjonali u mhux sitta. Intant, is-sitt Gruppi rispettivi ta' Euro 2016, ittellgħu hekk: Grupp a: Franza, Rumanija, Albanija, Svizzera Grupp B: Ingilterra, Russja, Wales, Slovakkja Grupp Ċ: Ġermanja, Polonja, Ukrajna, Irlanda ta' Fuq Grupp D: Spanja, Repubblika Ċeka, Turkija, Kroazja Grupp e: Belġju, Italja, Irlanda, Svezja Grupp F: Portugal, Islanda, Awstrija, Ungerija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Dicembru 2015