Illum previous editions

ILLUM 13 Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/614943

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 39

Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 2015 | illum 9 Aħbarijiet Immanuel Mifsud fost ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Is-serata tal-għoti tal- Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2015: Kotba 2014, li saret il- Ġimgħa filgħaxija f 'Kastilja, rat diversi awturi u poeti jiġu onorati, fosthom l-opinjonista fuq il-gazzetta ILLUM, Immanuel Mifsud. Mifsud kien ir-rebbieħ tal- Kategorija Xogħol Letterarju: Rumanzi, bil-ktieb Jutta Heim fejn ingħata premju addizzjonali mill-Fond għall- Esportazzjoni tal-Kultura tal-Kunsill Malti għall-Arti biex il-ktieb rebbieħ Jutta Heim jiġi tradott f 'lingwa barranija. Waqt is-serata uffiċjali li nfetħet b'diskors mill-Prim Ministru Joseph Muscat, ingħataw ċertifikati lill-finalisti kollha f 'kull kategorija flimkien mal-pubblikaturi tagħhom u r-rebbieħa f 'kull kategorija ingħataw trofew, ċertifikat u premju ta' €1000 kull wieħed. Ir-rebbieħa fil-kategoriji rispettivi kienu: Kategorija Xogħol Letterarju: Rumanz Jutta Heim ta' Immanuel Mifsud (Klabb Kotba Maltin) Kategorija Xogħol Letterarju: Novelli Kulħadd ħalla isem warajh ta' Clare Azzopardi (Merlin Publishers) Kategorija Xogħol Letterarju: Poeżija taħt il-kpiepel t'għajnejja ta' Maria Grech Ganado (Klabb Kotba Maltin) Kategorija Riċerka Generali The Maltese Nineteenth- Century Notary and his Archives ta' Michael Refalo (Book Distributors Limited) Kategorija Riċerka Storjografika The Social and Religious History of a Maltese Parish: St. Mary's Qrendi in the Eighteenth Century ta' Frans Ciappara (Malta University Press) Kategorija Traduzzjoni Salammbo ta' Paul Zahra (Self Published) Premju għall-Aħjar Produzzjoni ta' Ktieb 'The Maltese Bestiary' ta' Merlin Publishers Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Letteratura Maria Grech Ganado Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 Ninvestu fir-Riżorsi Umani sabiex Noħolqu Aktar Opportunitajiet filwaqt li Nippromwovu t- Tisħiħ tas-Soċjetà AVVIŻ PRELIMINARI – SEJĦA III Fond Soċjali Ewropew L-Awtorità ta' Ġestjoni f'Malta għall-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020, id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l- Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali (MEAIM), tixtieq tħabbar li dalwaqt se tniedi sejħa għal proposti ta' proġetti taħt l-Assi Prijoritarji u l- Prijoritajiet ta' Investiment li ġejjin: Assi Prijoritarju 3 – 'Investiment fin-nies permezz tal-Edukazzjoni, Taħriġ u Tagħlim Tul il-Ħajja' Is-Sejħa hija ristretta għal interventi mill-Amministrazzjoni Pubblika taħt il-prijorità ta' investiment li ġejja: Prijorità ta' Investiment 10iv – It-titjib fir-rilevanza tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ għas-suq tax- xogħol, l-iffaċilitar tat-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għax-xogħol, it-tisħiħ tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET) u l-kwalità tagħhom, inkluż permezz ta' mekkaniżmi għall-antiċipazzjoni tal-ħiliet, l- adattament tal-kurrikuli u l-istabbiliment u l-iżvilupp ta' sistemi tat-tagħlim ibbażati fuq ix-xogħol, inklużi sistemi ta' tagħlim doppju u skemi ta' apprendistat. Assi Prijoritarju 4 – 'Nibnu l-Kapaċità Amministrattiva Istituzzjonali' Is-Sejħa hija ristretta għal interventi mill-Amministrazzjoni Pubblika u l-Gvern Lokali taħt il-prijorità ta' investiment li ġejja: Prijorità ta' Investiment 11i – L-investiment fil-kapaċità istituzzjonali u fl-effiċjenza tal- amministrazzjonijiet pubbliċi u s-servizzi pubbliċi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali bl-għan li jkun hemm riformi, regolamentazzjoni aħjar u governanza tajba. Is-Sejħa hija ristetta għal interventi minn Imsieħba soċjali u Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili; Korpi tal-Amministrazzjoni Pubblika involuti fit-twettiq tal-edukazzjoni, it-tagħlim tul il-ħajja, it-taħriġ u l- impjegabbiltà u l-politiki soċjali, taħt il-prijorità ta' investiment li ġejja: Prijorità ta' Investiment 11ii – Il-bini tal-kapaċitajiet għall-partijiet interessati kollha li jwasslu edukazzjoni, tagħlim tul il-ħajja, taħriġ u politika tal-impjiegi u politika soċjali, inkluż permezz ta' patti settorjali u territorjali għall-mobilizzazzjoni tar-riformi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. It-tnedija tas-sejħa nnifisha, flimkien mad-dettalji tas-Sessjoni ta' Informazzjoni marbuta magħha, se jiġu ppubblikati fil-ġimgħat li ġejjin u se jkunu disponibbli fuq il-paġna elettronika tagħna: www.eufunds.gov.mt. Il- Formola tal-Applikazzjoni marbuta magħha u d-dokumentazzjoni rilevanti (inkluża l-lista ta' azzjonijiet eliġibbli) se tkun disponibbli fuq l-istess link ladarba titnieda s-sejħa. Sadanittant, dokumenti ta' sfond u aktar informazzjoni jistgħu jinkisbu minn fuq www.eufunds.gov.mt jew minn fuq l-email tal-PPCD għal Sejħiet għall- Proposti: info.eufunds@gov.mt. Dan l-avviż għandu jitqies bħala avviż preliminari sabiex jagħti żmien addizzjonali lill-applikanti interessati jħejju għall-proġetti. Operational Programme II - Cohesion Policy 2007-2013 Empowering People for More Jobs and a Better Quality of Life Advert part financed by the European Union European Social Fund (ESF), Co-financing rate: 85% EU Funds; 15% National Funds Investing in your Future Il-Prim Ministru jippreżenta ċ-ċertifikat rebbieħ fl-edizzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ta' din is-sena Ritratt: DOI - Pierre Sammut GħaL darba oħra saviour Balzan se jistieden lill-Kap tal-Oppożizzjoni simon Busuttil fuq il-programm reporter ta' għada t-tnejn. Il-proposti dwar il- governanza ta' Simon Busuttil, ir-riżenja ta' Joe Cassar, il-pożizzjoni ta' Marlene Farrugia fil- Parlament u l-allegazzjonijiet dwar ix-xufier ta' Simon Busuttil. Dan u aktar f 'Reporter, Saviour Balzan jintervista lil Simon Busuttil għat-tieni darba. Nhar it-Tnejn fl-10.05pm fuq TVM, b'ripetizzjoni l-għada t-Tlieta fis-1.30pm fuq TVM2. Segwu l-aħħar aġġornamenti fuq Facebook u Twitter. Simon Busuttil fuq Reporter

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Dicembru 2015