Illum previous editions

ILLUM 20 December 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/618153

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 39

12 illum | Il-Ħadd 20 ta' Diċembru 2015 minn John Busuttil Estuardo Franco ġej minn Puerto Barrios fil- Gwatemala. Għandu 23 sena, miżżewweġ lil abigail u missier Fatima ta' sena. Fil-Gwatemala, Estuardo jaħdem bħala ġurnalist mas-secreteria del region repubblica Guatemala. Li hi l-aġenzija tal-istat fejn hu jaħdem bħala kordinatur mat-televiżjoni, radju u ġurnal. Dan iż-żagħżugħ mill- art tal-Maya, sab ruħu fil-gżira ta' Calypso meta b'kumbinazzjoni waqt li Alvin Scicluna u l-crew tas-CVC kienu l-Gwatemala jżuru għat-tielet darba l-missjoni mmexxija mill- Għawdxi Dun Anton Grech, iddiskutew proġett ħolma tal-missjunarju Għawdxi. Dik li joħloq stazzjon televiżiv kommunitarju fil- Gwatemala biex ikun jista' jilħaq aktar parruċċani. Dak il-ħin, tfaċċa Estuardo b'xi 'cables' u Dun Anton qallu li Estuardo jkun il-persuna adatta li kellu jmexxi dan l-istazzjon. Għax biex jagħmel dan l-istazzjon, barra l-ispiża kapitali, trid nies tekniċi u professjonisti li jkunu jridu jafu kif joperawh. Għalhekk, Dun Anton insista ma' George Scicluna (iben Alvin) fuq Estuardo Franco li kien għadu kemm temm kors universitarju fil-ġurnaliżmu u li hu wieħed mill-grupp ta' voluntiera li jgħinuh fl- organizazzjoni tal-attivitajiet komunitarji, b'George jgħid li fid-dinja, kollox hu possibbli. Alvin sadattant qal li kien lest li jżomm lil Estuardo miegħu għal tlett xhur biex jiffamiljarizza ruħu man-natura tax-xogħol, wara li l-professur Carmel Agius, preżenti wkoll waqt iż-żjara ta` CVC Media fil- Gwatemala, stqarr li kien se jaħdem sabiex isib qlub generużi Maltin li jkopru l-ispejjeż involuti. U fil-fatt, persuna Maltija aċċettat li tħallaslu kollox, il-passaġġ u anke fejn joqgħod, u fl-istess waqt ma riditx turi isimha. Dan kien f 'Marzu li għadda, u tmien xhur wara, Estuardo qasam nofs il-globu u wasal Għawdex biex jum wara l-ieħor, seta' josserva u jitgħallem. Eventwalment, beda jagħti s-sehem attiv tiegħu waqt il-produzzjoni tal-programmi televiżivi Għawdex Illum, Malta u lil ħinn minnha, SportGħawdex u GFA RoundUp. Beda josserva d-diversi ħidmiet li titlob produzzjoni televiżiva. M'hemmx għalfejn ngħidu, filwaqt li l-kollegi tiegħu l-Għawdxin bdew ilissnu xi kelma bl-Ispanjol, Estuardo tfarfar sew fil-lingwa Ingliża, fejn sa xahrejn ilu ma kienx jaf ilissen kelma bl-Ingliż. Din l-esperjenża tiegħu 'l bogħod minn pajjiżu tkompliet tikber meta ftit tal-ġranet wara, Alvin għażel lil Estuardo biex ikun wieħed mit-tliet membri tal-crew ta' CVC Media li żaru l-Italja ta' Fuq sabiex jipproduċi servizzi televiżivi minn hemm. Għal dan iż- żagħżugħ, Venezja, Bergamo, ċentri sbieħ rurali bħal Colle Umberto u d-Dolomiti kienu ħolma li llum tagħha baqgħalu biss tifkiriet. "Kienet sorpriża tiegħi li nżur l-Italja. Fl-opinjoni tiegħi l-Ewropa hi kollha l-istess, fejn anke l-ikel Taljan hu simili bħal dak ta' Malta. Iżda nammetti li l-muntanji Alpi affaxxinawni u bqajt imbellaħ bil-ġmiel tagħhom. Fil-Gwatemala hemm muntanji, għalkemm hemm iżjed vulkani minn muntanji, iżda qatt ma rajt silġ f 'ħajti u lanqas qatt ħassejt dik il-kesħa fina li ħassejt hemm." Dan għaliex f`pajjiżu, Estuardo qatt ma għex f 'temperatura taħt it-30 grad! "Anke l-kanali ta` Venezja, il-knejjes u l-palazzi kbar u sbieħ, ukoll ħallew timbru indelibbli f 'moħħi" kompla Estuardo. Dan iż-żagħżugħ qalli li din l-esperjenza hi waħda sabiħa mmens għalih, "iżda l-akbar esperjenza tiegħi kienet li ltqajt ma' familja ġdida f 'Għawdex għax Alvin għalija mhux 'boss' iżda hu t-tieni missier tiegħi bħalma martu Margaret hi t-tieni omm tiegħi. Għalkemm xorta għallimni affarijiet ġodda." Fil-fatt kemm ilu Għawdex, Estuardo irnexxielu jiltaqa wkoll mal-president ta' Malta, il-Ministru għal Għawdex u anke l-isqof Mario Grech. Il-Gwatemala hi msemmija għall-ħajja kriminali tagħha għax anke wara 19-il sena minn meta ntemmet il- gwerra ċivili tant imdemmija li kellhom, il-poplu għad Għawdex Estuardo Franco: Mill-art tal-Maya "Alvin u martu Margaret inqishom bħala ommi u missieri oħra" Estuardo, martu Abigail u bintu ta' sena Fatima

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 December 2015