Illum previous editions

ILLUM 20 December 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/618153

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 39

14 illum | Il-Ħadd 20 ta' Diċembru 2015 Bħal dejjem, Dun Mario (kif jieħu gost min isejjaħlu) laqgħani fl- uffiċċju tiegħu fejn sibtu jistennieni. Mill-ewwel staqsejtu x'sodisfazzjon tagħtu din is-sena li waslet biex tintemm. "L-akbar sodisfazzjon kien li għext is-sinodu dwar il-familja. Dan imlieni b'ħafna ħeġġa pastorali u għandi sodisfazzjon li pparteċipajt fi ġrajja li żgur se tgħin biex tnissel tama f 'ħafna bnedmin. F'dan is-sinodu kien hemm spazju li fih stajt infittex tweġiba għal ċertu mistoqsijiet profondi li qed jagħmlu n-nies tagħna dwar l-imħabba lejn il-familja. Is-sinodu afferma dak li f 'Għawdex ilna nagħmlu għal dawn l-aħħar ħames snin, jiġifieri li nakkumpanjaw lill-għarajjes tagħna fil- mixja umana tagħhom u fil-formazzjoni spiritwali tagħhom." "Dan is-sinodu fetaħ bieb ukoll għad-dixxipli li ż-żwieġ tagħhom mar żmerċ u daħlu fit-tieni relazzjoni. Dawn jixtiequ li jkunu parti sħiħa mill- komunità Nisranija, li qabel ma kienx possibbli. Is-sinodu tahom iċ-ċans li jixorbu mill-għajn ta' ilma ġieri li hu Kristu." 'Inutli tfittex l-ideali meta r-realtà hi differenti' Staqsejtu dwar familji oħra, fosthom dawk fejn il-membri adulti huma tal-istess sess. L-Isqof qalli li l-ideal jibqa' li relazzjoni tkun bejn mara u raġel li jingħaqdu fi żwieġ. "B'daqshekk ma jfissirx li min ma jasalx s'hawn m'hemmx post għalih fil-mixja tiegħu jew tagħha wara Kristu. U Kristu ma jkeċċi lil ħadd iżda jkompli jwieżen lil bniedem ħalli gradwalment jikber fl-għarfien ta' x'irid Alla minnu. Issa l-knisja anke lil dawn il-persuni trid takkumpanjahom u meta juru x-xewqa li jikbru fil-ħbiberija tagħhom ma' Ġesu, aħna rridu ngħinuhom. Però, dawn jimxu bil-pass tagħhom u ma tistax tippretendi li jimxu bil-pass li nixtieq jien jew li tixtieq il-Knisja. Inutli li tfittex il-familja ideali mmexxija minn mara u raġel meta r-realtà hi differenti. Irridu ngħinu lill-bniedem ibexxaq it-tieqa bħalma jagħmel kulħadd, jistaqsi lilu nnifsu jekk hux qed jagħmel jew jgħix dak li jrid Alla minnu." Grech ikompli jispjega kif, "il-ħajja Kristjana mhix xi uniformi jew libsa li jilbisha kulħadd. Imma l-vanġelu hu pezza drapp li kulħadd hu liberu, u fl-istess ħin responsabbli quddiem Alla li minn dik il-pezza drapp jaqta' l-libsa li tiġih. Il-Knisja omm, tilqa' lill-bniedem u ma tgħejjix 'tipproponilu lil Ġesu Kristu. Jekk għandu jkun hemm bidla fil-ħajja tagħna l-bnedmin, sew jekk jien eterosesswali inkella differenti dik il-bidla m'għandu jimponiha ħadd. Imma trid tkun riżultat ta' esperjenza li l-individwu jagħmel ma' Kristu." Il-Politika u l-Knisja Hawnhekk qlibt ftit id- diskors u tlabtu jgħidli jekk il-knisja għandhiex ikollha leħen fit-tmexxija tal-pajjiż. "Fis-sens strett tal-kelma, m'għandhiex ikollha sehem fit-tmexxija tal-pajjiż. Ma nistax nippretendi li jkolli farka minn dik ir-responsabbiltà tal-pajjiż. It-tmexxija tal- pajjiż tappartjeni lis-soċjetà politika u l-missjoni tal- knisja hi waħda spiritwali. "Il-vanġelu, però hu l-bxara t-tajba li tmiss lil bniedem sħiħ, sew fl-aspett spiritwali kif ukoll soċjali. Li n-Nisrani jsib ispirazzjoni biex jagħti kontribut lis- soċjetà hi ħaġa mixtieqa, mingħajr però ma jimponi t-twemmin tiegħu fuq ħadd. Allura l-komunità Nsranija tista' toffri dan is-servizz lis-soċjetà billi tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha iżda ma timponix, osservazzjonijiet li jkunu mnebbħa mill-valuri tal- vanġelu biex ikollna soċjetà aktar umana." Hawnhekk, Dun Mario qalli li xtaq li joħroġ fil- beraħ kitba tiegħu li tħares lejn l-iżvilupp sħiħ ta' kull bniedem. "Insejjaħ għat- tema ta' prattiċi fil-qasam tas-saħħa li għandhom xamma ta' diskriminazzjoni inġusta, fejn min jiflaħ ekonomikament jiġi preferut fuq min hu fqir. Ġieli jasluli lmenti minn pazjenti li jinqdew bis- servizz tas-saħħa li joffri l-istat fl-isptarijiet tiegħu, li xi wħud fil-professjoni medika ma jimpurtahomx mill-pazjent innifsu imma skont kemm il-pazjent ikun lest li jagħmel donazzjonijiet minn taħt. Ħafna mill-professjonisti mħallsa mill-fondi pubbliċi aktar jinteressahom mill-karti li għanbdu fil- kartiera l-pazjent milli l-karti li jkollu fil-file. Nemmen li l-vanġelu jixpruna li nagħmlu din l-osservazzjoni. Din il-kritika mhux diretta lejn is-sistema iżda lejn l-individwi." L-ambjent u l-mina L-ambjent għandu jkun parti mill-leħen tal-Knisja? "Kellna konferenza biex issir riflessjoni fuq l-enċiklika tal-Papa Laudato Si li hi dwar l-ambjent. Meta qed insemmu l-ambjent sħiħ, ninkludu l-ambjent naturali li hu eżempju ieħor li jitkellem mill-ġmiel u l-providenza t'Alla u aħna għandna dmir li nħarsuh u ma nisfruttawhx. Dan id-dmir hu kemm lejn il-ġenerazzjonijiet tal- lum kif ukoll għal futur. Iżda l-qofol tal-ambjent hu l-bniedem u allura daqskemm għandna jkollna attenzjoni biex inħarsu l-ambjent naturali daqstant ieħor għandna nagħtu każ il-bniedem." U la semmejna l-ambjent, ma stajtx ma nsemmilux jekk jaqbilx mal-mina jew le, bejn Malta u Għawdex, "kelli laqgħa mal-Gozo Business Chamber u ppreżentawli l-istudji u qaluli li se jkun hemm iżjed stħarriġ u studju u anke talbuni l-opinjoni tiegħi. Jien ħadt din l-opportunità biex nitlob lill-kummissjoni ambjentali tal-knisja ħalli tagħtina l-fehma tagħha fir-rigward. S'issa għadhom m'għaddewli xejn. X'tiswa li nesprimi opinjoni personali u l-kummissjoni toħroġ b'xi fehma differenti wara l-istudji tagħha? Iżda hu fatt li din il- komunikazzjoni bejn iż- żewġ gżejjer teħtieġ titjieb anke biex il-popolazzjoni f 'din il-gżira ma tkomplix titnaqqar. Min-naħa tiegħi, żgur li nara urġenza li tittieħed bis-serjetà l-kwistjoni tal-aċċessibbiltà aħjar bejn iż-żewġ gżejjer." Irridu nitgħallmu ngħixu flimkien Tkellimna dwar il- qawmien tal-Iżlam u l-Musulmani fid-dinja, fejn anke Malta tidher li din ir-reliġjon qed tikber ukoll. Staqsejtu wkoll dwar l-immigranti. L-Isqof wieġeb mingħajr wisq tlaqlieq, li hu jemmen li dawn huma persuni li qed jagħmlu kif għamilna aħna snin ilu. "Jiġifieri qed jemigraw u jissetiljaw f 'pajjiżi oħra. Il-fatt li għandhom twemmin differenti minn tiegħi ma jinkwetanix. Il-viżjoni tal- Knisja, u dan mill-Konċilju Vatikan 'l hawn, hu proprju li naraw kif ngħixu flimkien. "Jinkwetani u m'iniex kuntent meta nisma ċertu diskors li għandu riħa ta' razziżmu. Naħseb li lkoll, jiġifieri l-Maltin, l-Għawdxin u anke l-Għarab, irridu nitgħallmu ngħixu flimkien. Għax għandi l-impressjoni li hemm elementi min-naħa tat- tnejn li ma jridux jintegraw flimkien. Żgur li l-idea tal-ghettos hi żbaljata. Wieħed irid jiffaċilità biex l-integrazzjoni sseħħ. Però, ma mmorrux 'il bogħod wisq, għax jekk wieħed isegwi l-Maltin fl-Awstralja jinduna li l-Maltin għadhom ifittxu lill-Maltin. Jiġifieri hi universali li kulħadd ifittex lil tiegħu. "Imbierkek b'idejja t-tnejn" – Grech lill-Imam "Issa rridu noħolqu ċirkostanzi li jagħmilha aktar faċli li jwaqqa' ħitan anke psikoloġiċi u reliġjużi li qegħdin isaħħu din il- mentalità ta' qasma." Staqsejtu jekk jiddejjaqx jekk tinbena Moskea f 'Għawdex. "M'għandix diffikultà. Il-Ministru Anton Refalo kien tarrafli xi ħaġa li kellu idea li jibni tliet knejjes fi Knisja waħda, u jien kont qbilt ma' dan il-proġett għax kienet tgħaqqad tliet reliġjonijiet f 'waħda, għax aħna kollha aħwa. "Dan l-aħħar kellimni wkoll l-Imam li qalli li kellu xewqa li jkollu post ta' talb għall-Musulmani, u bħal speċi talab il-permess tiegħi. Jien weġibtu li l-permessi mhux jien noħroġhom għall-bini. Iżda hu qalli li kulma ried il- barka tar-reliġjon l-oħra u Intervista 'It-tmexxija tal-pajjiż tappartjeni John Busuttil illum@mediatoday.com.mt "Il-ħajja Kristjana mhix uniformi li jilbisha kulħadd" "Il-vanġelu hu pezza drapp li kulħadd hu liberu u fl-istess ħin responsabbli quddiem Alla li minnha jaqta l-libsa li tiġih"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 December 2015