Illum previous editions

ILLUM 20 December 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/618153

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 39

Il-Ħadd 20 ta' Diċembru 2015 | illum 15 jien weġibtu 'jien imbierkek b'idejja t-tnejn'. Erġajt iltqajt miegħu u staqsejtu fiex wasal fil-bini għal dar tat-talb f 'Għawdex, u qalli li għadu lura filwaqt li offrieli li meta jasal għaliha, jitlobni biex niftaħha jien. Min- naħa tiegħi tajtu l-kelma li nagħmilha bil-qalb kollha." U hawn l-Isqof Grech xtaq iżid xi ħaġa li s'issa kien għadu ma esprimiha qatt qabel, "Nixtieq li fis-sena tal-ħniena noħloq mument ta' talb bejnietna l-Insara u l-Musulmani flimkien. Għax is-sena tal-ħniena hi għall-bnedmin kollha, u nixtieq nagħti din il- possibilità lil ħutna kollha. Għad irrid nitkellem mal- Imam dwar din il-laqgħa ta' talb flimkien għax hi xewqa tiegħi għas-sena mqaddsa." Hawnhekk irrimarkajtlu li f 'kull presepju ħaj li żort f 'Għawdex, ma rajtx raġel jew mara b'karnaġġjon iswed li tieħu sehem. Dun Mario qalli, "Togħġobni din l-osservazzjoni tiegħek, però naħseb li tkun aħjar jekk din ix- xorta ta' integrazzjoni tkun spontanja u mhux tmur tfittex wieħed iswed biex tużah. L-iżvilupp għandu jkun naturali u jiġi milqugħ bil-qalb kollha." Dwar il-Milied f 'Għawdex, l-Isqof Grech qalli li għadu Milied tal-Bambin, fejn semma li bħalissa fin- novena tal-Milied, il- kappillani tiegħu tarrfulu u li l-knejjes qed ikunu ppakkjati. Staqsejtu wkoll dwar il- bidliet ta' kappillani f 'diversi rħula Għawdxin. "F'10 snin kważi nbidlu kollha, fejn minn 15-il kappillan, tnejn biss ma nbidlux. Jien infittex nies li huma mimlija ħeġġa li jaqdu lin- nies motivati bix-xewqa li jingħataw il-mediċina li Alla biss jaf jagħti. Inpoġġi l-aħjar nies li għandi bħala rgħajja tal-parroċċi tagħna u mhux bilfors skont l-età." Iż-żgħażagħ u l-messaġġ tas-sena Dwar il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-Knisja Għawdxija, Dun Mario qal, "Hemm potenzjal qawwi ħafna fiż-żgħażagħ. Hemm minnhom li l-enerġija jindirizzawha ħażin. Hemm il-bluha taż-żogħżija li allaħares mhix hemm, iżda fil-fond ta' qalbhom iż- żgħażagħ huma r-riżorsa f 'kull kamp, fejn dan l-aħħar kont qed inżur diversi każini u dejjem sibt żgħażagħ li l-ġenerożità tagħhom taffaxxinani. "Però, għandi għafsa ta' qalb li matul il-ġimgħa, iż- żgħażagħ tagħna ma jkunux hawn minħabba motivi ta' studju u xogħol li tħallihom jibqgħu Malta. U għalhekk nerġa' ntenni li hemm bżonn urġenti ta' aċċessibbiltà u mhux biss miċ-Ċirkewwa sal-Imġarr iżda għat-toroq kollha li jwasslu lejn Għawdex." F'din l-istqarrija stajt nara li l-Isqof Grech kien qed jirreferi għal metodi oħra kif iż-żgħażagħ Għawdxin jistgħu jaslu sal- Universitajiet jew postijiet tax-xogħol tagħhom, bħal fast ferry. Qal ukoll li s-soluzzjoni hu ma jafhiex, iżda jaf li anke l-awtoritajiet huma preokkupati b'din is- sitwazzjoni. Messaġġ lill-qarejja tagħna Tlabtu jagħti messaġġ lill-qarrejja tal-ILLUM, fejn Grech fakkar kif, "il- Milied hi festa ta' ferħ. Dan il-Milied qed naħseb fuq dawk li dan iż-żmien ħa jtaqqlilhom qalbhom aktar milli hi tqila. F'dawk li qed jgħixu fis-solitudni. Dawk li mietilhom xi ħadd għażiż f 'dawn iż-żminijiet. Dawk il-familji mifruda. Anzjani minsija minn uliedhom, persuni li dan l-aħħar skoprew li għandhom il- kundanna tal-mewt fuqhom, u l-lista tista' tkompli. Ma rridx li dan il-ħafna kant, daqq u ċekċik ta' tazzi jnessina parti mhux żgħira min-nies tagħna. Fl- istess ħin, nawgura li dawn ikunu żminijiet ħienja anke għalihom għax it-tarbija ta' Betlehem li wkoll twieldet fis-solitudni, hi messaġġ qawwi li Alla sar bniedem biex ikun qrib il-bniedem u ma jħallihx ibati kull xorta ta' solitudni." Qabel sellimna lil xulxin, tlabtu jispiċċali l-intervista billi jgħidli jekk kellux xi dispjaċir kbir fis-sena li għaddiet. "Inħossni isqof fil-mumenti meta nkun ħdejn bniedem li qed ibati. Bħalissa qed niftakar f 'persuna relattivament żgħira li kellha marda terminali u mietet. Kont immur naraha sikwit. Niftakar ċertu domandi li kienet tagħmilli. Liema domandi kienu profondi ħafna, li jriegħduk, bħal meta kienet tistaqsini għaliex din it-tbatija? Tħallik bla risposta u hemmhekk inħossni isqof." Intervista tappartjeni lill-politiċi u mhux lill-Knisja' "Għandi xewqa li norganizza laqgħa ta' talb bejn l-Insara u l-Musulmani flimkien"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 December 2015